LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 62
  • Kif Nistaʼ Nipproteġi Ruħi Minn Fastidju Sesswali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Nipproteġi Ruħi Minn Fastidju Sesswali?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • X’Nistaʼ Nagħmel Meta Xi Ħadd Jagħtini Fastidju b’Mod Sesswali?
    Stenbaħ!—2000
  • X’Għandi Nagħmel Jekk Qed Niffaċċja Fastidju Sesswali?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • X’għandi nkun naf dwar l-​attakki sesswali?
    Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Is-Sess Qabel iż-Żwieġ
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 62

Kif Nistaʼ Nipproteġi Ruħi Minn Fastidju Sesswali?

It-tweġiba tal-Bibbja

Ikkunsidra dawn is-suġġerimenti prattiċi bbażati fuq l-għerf li nsibu fil-Bibbja:

  1. Kun professjonali. Kun dħuli maʼ sħabek tax-xogħol u urihom rispett, però evita ħbiberija li tagħti x’tifhem li se taċċetta l-avvanzi sesswali tagħhom.—Mattew 10:16; Kolossin 4:6.

  2. Ilbes modest. Ilbies provokattiv iwassal messaġġ ħażin. Il-Bibbja tagħtina l-parir biex nilbsu “bil-modestja u b’moħħ f’loku.”—1 Timotju 2:9.

  3. Agħżel ħbiebek bil-għaqal. Jekk tagħmilha maʼ dawk li jittolleraw jew saħansitra jieħdu pjaċir li xi ħadd jifflertja magħhom jew jittantahom, x’aktarx li int se tiġi trattat l-istess.—Proverbji 13:20.

  4. Iċħad kliem baxx. Warrab jekk jibdew jitkellmu maħmuġ, jgħidu “kliem iblah jew ċajt oxxen.”—Efesin 5:4.

  5. Evita sitwazzjonijiet taʼ kompromess. Pereżempju, oqgħod attent meta jistaqsuk biex tibqaʼ wara l-ħin tax-xogħol mingħajr raġuni valida.—Proverbji 22:3.

  6. Kun sod u dirett. Jekk qed issib fastidju sesswali, għid b’mod ċar lil dak li jkun qed jagħtik fastidju li l-aġir tiegħu qed idejqek. (1 Korintin 14:9) Pereżempju, tistaʼ tgħid: “Il-ħin kollu tħakkek miegħi, u qed iġġegħelni nħossni skomda. Tibqax tagħmel hekk.” Tistaʼ tikteb ittra lil dak li qed jagħtik fastidju sesswali u fiha tiddeskrivi x’ġara, kif bdejt tħossok, u x’passi tixtieq li jittieħdu issa. Agħmilha ċara li l-waqfa tiegħek hi bbażata fuq il-konvinzjonijiet morali u reliġjużi tiegħek.—1 Tessalonikin 4:3-5.

  7. Itlob l-għajnuna. Jekk il-fastidju jkompli, iftaħ qalbek maʼ ħabib, membru tal-familja, jew maʼ sieħeb tax-xogħol fdat jew maʼ xi ħadd li għandu l-esperjenza f’li jgħin lill-vittmi. (Proverbji 27:9) Ħafna vittmi taʼ fastidju sesswali sabu li t-talb għenhom. Anki jekk qatt ma tlabt qabel, taħsibx li Ġeħova, “l-Alla taʼ kull faraġ,” ma jistax jgħinek.—2 Korintin 1:3.

Il-fastidju sesswali joħloq ambjent ostili fuq il-post tax-xogħol għal miljuni taʼ nies, imma l-Bibbja tistaʼ tgħin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja