LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 32
  • Il-manjieri tajbin—Huma verament importanti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-manjieri tajbin—Huma verament importanti?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li għandek tkun taf dwar il-​manjieri tajbin
  • Kif titjieb
  • Il-Manjieri Tajbin—Karatteristika tan-Nies Devoti Lejn Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Nuru Manjieri Tajbin Bħala Ministri t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Kif turi manjieri tajbin meta tibgħat jew tirċievi messaġġi
    Stenbaħ!—2014
  • Ġenituri—Agħtu Eżempju Tajjeb lil Uliedkom
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 32
Żagħżugħ jgħin lil mara anzjana bix-xirja

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Il-​manjieri tajbin—Huma verament importanti?

‘In-​nies lili ma jiftħulix il-​bieb; allura għax għandi niftaħhulhom jien?’

‘M’għandix affarijiet iktar importanti dwar xiex inħabbel rasi milli noqgħod ngħid “jekk jogħġbok,” “grazzi,” u “skużani”?’

‘M’għandix għalfejn nuri manjieri tajbin maʼ ħuti. Aħna mhux familja?’

Int ġieli għedt xi ħaġa simili? Jekk iva, jistaʼ jkun li m’intix tgawdi l-​benefiċċji taʼ li turi manjieri tajbin!

  • Dak li għandek tkun taf dwar il-​manjieri tajbin

  • Kif titjieb

  • Dak li jgħidu dawk tamparek

Dak li għandek tkun taf dwar il-​manjieri tajbin

Il-​manjieri tajbin jistgħu jtejbu dawn it-​tliet aspetti f’ħajtek:

  1. Ir-​reputazzjoni tiegħek. Il-​mod kif tittratta lin-​nies iħalli impressjoni, jew għat-​tajjeb jew għall-​ħażin. Jekk turi manjieri tajbin, in-​nies x’aktarx li se jqisuk bħala persuna matura u responsabbli—u mbagħad jittrattawk bħala tali persuna! Però, jekk tkun maledukat, in-​nies se jaħsbu li int jimpurtak biss minnek innifsek, u tistaʼ tispiċċa ma ssibx xogħol jew titlef opportunitajiet oħrajn. Bħalma tgħid il-​Bibbja, “bniedem kattiv iġiegħel lil ġismu stess jiġi mwarrab.”—Proverbji 11:17.

  2. Il-​ħbieb tiegħek. Il-​Bibbja tgħid: “Ilbsu l-​imħabba, għax hi rabta perfetta li tgħaqqad.” (Kolossin 3:14) Dan żgur li hu minnu f’dik li hi ħbiberija. In-​nies jinġibdu lejn dawk li juru manjieri tajbin u li jittrattawhom sew. Wara kollox, min se jkun irid ikun fil-​kumpanija taʼ xi ħadd li hu pastaż jew qżież?

  3. Il-​mod kif in-​nies jittrattawk. Żagħżugħa jisimha Jennifer tgħid, “Jekk dejjem tkun edukat, maż-​żmien tistaʼ tara titjieb fil-​mod kif tiġi trattat saħansitra min-​nies li s-​soltu ma jurux manjieri tajbin.” M’għandniex xi ngħidu, jekk tkun pastaż, jistaʼ jiġri l-​kontra. Il-​Bibbja tgħid: “Bil-​kejl li tkejlu, ikejlulkom.”—Mattew 7:2.

Il-​konklużjoni: Kuljum niġu f’kuntatt maʼ nies oħrajn. Għalhekk, il-​mod kif iġġib ruħek jistaʼ jeffettwa kif in-​nies iħarsu lejk u jittrattawk. Fi ftit kliem, il-​manjieri tiegħek huma verament importanti!

Kif titjieb

  1. Eżamina l-​manjieri tiegħek. Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal: ‘Nitkellem b’rispett mal-​adulti? Kemm-​il darba ngħid “jekk jogħġbok,” “grazzi,” jew “skużani”? Niġi aljenat meta nkun qed inkellem lil oħrajn—forsi billi naqra u nibgħat il-​messaġġi? Lill-​ġenituri tiegħi u lil ħuti nittrattahom b’rispett, jew niħodhom for granted sempliċement għax huma “tal-​familja”?’

    Il-​Bibbja tgħid: “Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw lil xulxin.”—Rumani 12:10.

  2. Agħmel miri. Ikteb tliet affarijiet li tistaʼ titjieb fihom. Pereżempju, Allison, li għandha 15-​il sena, tgħid li għandha bżonn tkun persuna li “taf tismaʼ minflok li taf titkellem.” David, li għandu 19-​il sena, jgħid li għandu bżonn jaħdem fuq li ma jibgħatx messaġġi waqt li jkun mal-​familja jew il-​ħbieb. “Hu nuqqas taʼ rispett,” jgħid hu. “Inkun bħallikieku qed ngħidilhom li nippreferi nkellem lil xi ħadd ieħor milli lilhom.” Edward, li għandu 17-​il sena, jgħid li hu għandu bżonn jitgħallem ma jaqbiżx fin-​nofs meta jkun qed jitkellem ħaddieħor. U Jennifer, li ssemmiet qabel, iddeċidiet li taħdem fuq kif turi manjieri tajbin maʼ wħud imdaħħlin fiż-​żmien. “Jien kont ngħidilhom ‘hello’ taʼ malajr u mbagħad inġib skuża biex immur ħdejn sħabi li huma tampari,” tgħid hi. “Imma veru għamilt sforz biex insir nafhom. Dan għenni ntejjeb ħafna l-​manjieri tiegħi!”

    Il-​Bibbja tgħid: “Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Filippin 2:4.

  3. Ara kif int sejjer. Għal xahar, innota kif titkellem jew taġixxi f’dawk l-​aspetti li fihom int trid titjieb. Fl-​aħħar tax-​xahar, staqsi lilek innifsek: ‘Il-​fatt li wrejt manjieri tajbin kif għenni nkun persuna aħjar? F’liema aspetti għad hemm il-​bżonn li nitjieb?’ Agħmel miri ġodda skont il-​bżonn.

    Il-​Bibbja tgħid: “Bħalma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-​istess lilhom.”—Luqa 6:31.

Kont taf? Dak li f’pajjiż jiġi kkunsidrat bħala manjieri tajbin, f’pajjiż ieħor jistaʼ jiġi kkunsidrat bħala pastażata. Pereżempju, fil-​Ġappun hemm id-​drawwa li n-​nies jinżgħu ż-​żarbun qabel ma jidħlu f’xi dar. F’pajjiżi oħrajn, dan il-​ġest jistaʼ jitqies bħala maledukazzjoni. Liema manjieri għandek turi fejn tgħix int?

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

Selena

Selena

“Meta turi manjieri tajbin, normalment din tkun l-​ewwel ħaġa li n-​nies jinnotaw—u japprezzaw. Ukoll se tħossok tajjeb miegħek innifsek għax taf li qed tagħmel dak li suppost.”

Megan

Megan

“Jekk tkun maledukat, in-​nies ma jiħdukx bis-​serjetà. Imma jekk tittratta lin-​nies b’qalb tajba, huma wkoll se jittrattawk b’rispett.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja