LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 109
  • Meta se tispiċċa d-dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta se tispiċċa d-dinja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Għandek Tibżaʼ mit-Tmiem tad-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Erbaʼ Mistoqsijiet Dwar it-Tmiem Imweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Se Tibqaʼ Teżisti din id-Dinja?
    Se Tibqaʼ Teżisti Din id-Dinja?
  • Meta Se Jiġi l-Aħħar tad-Dinja? Ġesù X’Qal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 109
Arloġġ mal-ħajt, il-ħin kważi nofsillejl

Meta se tispiċċa d-​dinja?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Biex inkunu nafu meta se tispiċċa d-​dinja, hu importanti li l-​ewwel nifhmu kif il-​Bibbja tuża l-​kelma “dinja.” Il-​kelma Griega kosmos, li normalment tiġi tradotta “dinja,” ħafna drabi tirreferi għall-​umanità, b’mod partikulari għal dawk li ma jgħixux fi qbil mar-​rieda t’Alla. (Ġwanni 15:18, 19; 2 Pietru 2:5) Xi drabi, kosmos tirreferi għall-​bażi tas-​soċjetà umana, inkluż is-​sistema kummerċjali, politika, u reliġjuża tagħha.—1 Korintin 7:31; 1 Ġwanni 2:15, 16.a

X’inhu “tmiem id-​dinja”?

Il-​frażi “tmiem id-​dinja,” li tidher f’ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja, tistaʼ wkoll tfisser il-​“konklużjoni tas-​sistema.” (Mattew 24:3; Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Din ma tirreferix għall-​qerda tad-​dinja jew tal-​umanità kollha, imma għat-​tmiem tan-​nies li ma jridux jaqdu lil Alla.—1 Ġwanni 2:17.

Il-​Bibbja tgħallem li “dawk li jagħmlu l-​ħażen se jitqaċċtu ’l barra” biex in-​nies tajbin ikunu jistgħu jgawdu l-​ħajja fuq l-​art. (Salm 37:9-​11) Din il-​qerda se seħħ fit-​‘tribulazzjoni l-​kbira,’ u se tilħaq il-​quċċata tagħha fil-​gwerra taʼ Armageddon.—Mattew 24:21, 22; Rivelazzjoni 16:14, 16.

Meta se tispiċċa d-​dinja?

Ġesù qal: “Imma dak il-​jum u s-​siegħa ma jafhom ħadd, la l-​anġli tas-​smewwiet u lanqas l-​Iben, ħlief il-​Missier.” (Mattew 24:36, 42) Hu żied jgħid li t-​tmiem ħa jiġi bla mistenni, “f’siegħa li ma tistennewhiex.”—Mattew 24:44.

Għalkemm ma nistgħux inkunu nafu eżatt il-​jum u s-​siegħa, Ġesù pprovda “sinjal” kompost, jew sensiela taʼ ġrajjiet, li kien se jidentifika l-​perijodu taż-​żmien li kellu jwassal għat-​tmiem tad-​dinja. (Mattew 24:3, 7-​14) Il-​Bibbja tirreferi għal dan il-​perijodu bħala “żmien it-​tmiem,” “saż-​żmien taʼ l-​aħħar,” u “fl-​aħħar jiem.”—Danjel 12:4; GħBM; 2 Timotju 3:1-​5.

Se jibqaʼ xi ħaġa wara li tispiċċa d-​dinja?

Iva. L-​art xorta se tibqaʼ hawn, għax il-​Bibbja tgħid li “din qatt u qatt ma se titħarrek.” (Salm 104:5) U l-​art se tkun mimlija bin-​nies, bħalma twiegħed il-​Bibbja: “Il-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.” (Salm 37:29) Alla se jerġaʼ jġib lura l-​kundizzjonijiet fuq l-​art bħalma kien l-​iskop tiegħu fil-​bidu:

  • Ġenna tal-​art.​—Isaija 35:1; Luqa 23:43.

  • Sigurtà u prosperità.—Mikea 4:4.

  • Xogħol siewi u sodisfaċenti għal kulħadd.—Isaija 65:21-​23.

  • Ħelsien mill-​mard u x-​xjuħija.—Ġob 33:25; Isaija 33:24.

Nies fil-ġenna tal-art igawdu ġurnata ħdejn il-baħar

a Il-​kelma Griega ajon ukoll hija tradotta f’ċerti Bibbji bħala “dinja.” Meta tintuża b’dan il-​mod, ajon għandha tifsira simili għal kosmos għax tirreferi għall-​bażi tas-​soċjetà umana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja