LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/15 pp. 3-4
  • “Min Jgħidu n-Nies li Jien?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Min Jgħidu n-Nies li Jien?”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ħafna Aspetti taʼ Ġesù
  • Huwa Tassew Importanti li Nkunu Nafu?
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Se Twieġeb Int Għall-Imħabba taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/15 pp. 3-4

“Min Jgħidu n-​Nies li Jien?”

IL-​MILIED reġaʼ wasal. In-​nies madwar id-​dinja jagħżlu li jiċċelebraw festa t’għeluq is-​snin. Għeluq is-​snin taʼ min? Taʼ l-​Iben t’Alla jew sempliċement taʼ Lhudi devot li kellu l-​għan li jirriforma r-​reliġjon li kienet teżisti fl-​inħawi fejn kien joqgħod fl-​ewwel seklu? Għeluq is-​snin taʼ wieħed li kien jaqbeż għall-​fqar, ribell li tant kien taʼ theddida għall-​Imperu Ruman li spiċċa maqtul, jew forsi taʼ raġel għaref li enfasizza l-​importanza taʼ li wieħed ikun jaf lilu nnifsu u li jkollu għerf ġewwieni bla qjies? Bir-​raġun kollu tistaqsi, ‘Min kien tassew Ġesù?’

Ġesù nnifsu kien interessat fit-​tweġiba tan-​nies għal dik il-​mistoqsija. “Min jgħidu n-​nies li jien?” staqsa darba minnhom lid-​dixxipli tiegħu. (Mark 8:27) Għala għamel din il-​mistoqsija? Diġà kien hemm ħafna li ma baqgħux jimxu warajh. Oħrajn kienu jidhru mħawdin u diżappuntati għax kien warrab l-​isforzi tagħhom biex jagħmluh sultan. Barra minn hekk, meta ġie sfidat mill-​għedewwa tiegħu, Ġesù ma wera l-​ebda sinjal mis-​sema biex jagħti prova taʼ min kien. Għalhekk, x’qalu l-​appostli tiegħu dwar min kien meta wieġbu għal dik il-​mistoqsija? Huma semmew xi ftit mill-​opinjonijiet li kellhom ħafna nies: “Xi wħud, Ġwanni l-​Battista; oħrajn, Elija; u

oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-​profeti.” (Mattew 16:​13, 14) Huma ma qagħdux jgħidulu dwar il-​ħafna kummenti taʼ kritika u tmaqdir li kienu qed jingħadu f’dak iż-​żmien dwar Ġesù fil-​Palestina—dagħaj, impostur, profeta falz, saħansitra miġnun.

Il-​Ħafna Aspetti taʼ Ġesù

Li kieku Ġesù kellu jagħmel l-​istess mistoqsija llum, hu jistaʼ saħansitra jgħidha fi kliem ieħor: “Min jgħidu l-​istudjużi li jien?” Għal darb’oħra, ir-​risposti x’aktarx jinġabru f’din it-​tweġiba: Hemm ħafna opinjonijiet differenti. Skond David Tracy mill-​Università taʼ Chicago, nies differenti kellhom u għad għandhom ħafna opinjonijiet u interpretazzjonijiet differenti dwar Ġesù u dwar dak li qal u għamel. Matul is-​seklu l-​ieħor, l-​istudjużi użaw għadd taʼ metodi kumplessi kemm soċjoloġiċi, kemm antropoloġiċi, kif ukoll letterarji biex jipprovaw isibu t-​tweġiba għall-​mistoqsija dwar min kien tassew Ġesù. Wara dan kollu, min jaħsbu li hu tassew Ġesù?

Xi studjużi jkomplu jsostnu li skond kif inhu dokumentat fl-​istorja Ġesù kien profeta Lhudi li ppriedka dwar l-​aħħar tad-​dinja u ħeġġeġ lin-​nies jindmu. Madankollu, huma jżommu lura milli jsejħulu l-​Iben t’Alla, il-​Messija, u l-​Feddej. Ħafna jiddubitaw ir-​rakkonti Bibliċi li jitkellmu dwar l-​oriġini tiegħu fis-​sema u l-​qawmien tiegħu mill-​imwiet. Għal oħrajn, Ġesù kien sempliċement wieħed raġel li bil-​ħajja eżemplari u bit-​tagħlim tiegħu nebbaħ diversi reliġjonijiet li maż-​żmien ifformaw il-​Kristjanità. Iżjed minn hekk, bħalma tinnota r-​rivista Theology Today, oħrajn jaraw lil Ġesù bħala ċiniku, bniedem għaref li jiġġerra minn post għal ieħor, jew raħli b’poteri soprannaturali; wieħed li jorganizza l-​komunità, poeta li ma jaċċettax il-​valuri soċjali u politiċi taʼ żmienu u jikkritika l-​ordni stabbilit tas-​soċjetà, jew wieħed makakk li jindiehes man-​nies u jesprimi l-​opinjonijiet tiegħu bil-​miftuħ f’villaġġi mwarrbin tal-​Palestina li kienu fqar, mimlijin rabja, u lesti biex jirvellaw.

Hemm ukoll iktar opinjonijiet mhux tas-​soltu. L-​idea li Ġesù kien iswed qed toħroġ fil-​mużika rap, fl-​arti urbana, u anki fiż-​żfin.a Oħrajn jaħsbu li Ġesù fil-​fatt kien mara. Fis-​sajf taʼ l-​1993, dawk li żaru l-​fiera f’Orange County, il-​Kalifornja, raw statwa taʼ “Christie.” Din tirrappreżenta lil “Kristu” bħala mara bla ħwejjeġ fuq is-​salib. Kważi fl-​istess żmien, fi New York kien hemm għall-​wiri “Christa”—“Ġesù” mara msallba. Iż-​żewġ statwi qajmu ħafna kontroversji. Iktar minn hekk, kmieni fl-​1999, fil-​ħwienet wieħed setaʼ jsib ktieb li jitkellem dwar “l-​imħabba li t-​Tifel Ġesù u l-​kelb tiegħu, Anġlu, għandhom għal xulxin.” Ir-​relazzjoni tagħhom hija deskritta bħala waħda li “tqanqal spiritwalment u turi kif it-​tifel u l-​kelb huma lesti li jissagrifikaw ħajjithom għal xulxin.”

Huwa Tassew Importanti li Nkunu Nafu?

Għala għandek tinteressa ruħek dwar min kien u min hu Ġesù? Qabel xejn, għax bħalma qal Napuljun, “Ġesù Kristu influwenza u kkmanda lis-​sudditi Tiegħu mingħajr il-​preżenza viżibbli fil-​ġisem Tiegħu.” Bit-​tagħlim mimli ħajja tiegħu u bil-​mod kif għex, Ġesù effettwa b’mod qawwi l-​ħajjiet taʼ biljuni taʼ nies għal kważi elfejn sena. Ċertu kittieb innota b’mod xieraq: “L-​armati kollha li qatt immarċjaw, u l-​qawwiet navali kollha li qatt inbnew, u l-​parlamenti kollha li qatt iltaqgħu, is-​slaten kollha li qatt irrenjaw, kollha flimkien m’effettwawx il-​ħajja tal-​bniedem fuq l-​art b’daqstant qawwa.”

Iktar minn hekk, għandek bżonn tkun taf min kien u min hu Ġesù għax hu se jeffettwa l-​futur tiegħek direttament. Int għandek l-​opportunità li ssir sudditu taʼ gvern li diġà ġie mwaqqaf fis-​sema—is-​Saltna t’Alla mmexxija minn Ġesù. Taħt id-​direzzjoni taʼ Ġesù, il-​pjaneta tagħna se tinħeles mill-​inkwiet u se terġaʼ tgawdi varjetà taʼ ħajja meraviljuża u bilanċ ekoloġiku. Il-​profezija tal-​Bibbja taċċertana li s-​Saltna taʼ Ġesù se titmaʼ lil dawk bil-​ġuħ, tieħu ħsieb il-​fqar, tfejjaq lill-​morda, u ġġib il-​mejtin lura għall-​ħajja.

Int żgur tixtieq tkun taf liema xorta taʼ persuna jmexxi gvern bżonnjuż ferm bħal dan. L-​artiklu li jmiss se jgħinek tikseb dehen dwar min kien tassew Ġesù.

[Nota taʼ taħt]

a Dwar id-​dehra fiżika taʼ Ġesù, ara l-​artiklu “Ġesù X’Bixra Kellu?,” fil-​ħarġa t’Ottubru-Diċembru 1998 taʼ Stenbaħ!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja