LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/15 p. 23
  • Ilqugħ għar-Riħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ilqugħ għar-Riħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Siġar li Jifilħu Jieqfu għall-Prova taż-Żmien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Tkellem mal-Anzjani Meta Jkollok Bżonn l-Għajnuna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Kunu Ubbidjenti Lejn Dawk li Jieħdu t-Tmexxija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • “Irgħu l-Merħla taʼ Alla”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/15 p. 23

Ilqugħ għar-​Riħ

FL-​GĦOLI fuq l-​Alpi taʼ l-​Ewropa, tħobb tikber siġra żgħira b’saħħitha msejħa l-​warda taʼ l-​Alpi mill-​familja tar-​rododendru. Din taʼ spiss tikber bl-​abbundanza u ġo xulxin, imqabbda sew maʼ l-​art bħala protezzjoni kontra l-​irwiefen kbar tar-​reġjun muntanjuż. Ir-​riħ kontinwu jhedded l-​eżistenza tal-​pjanti alpini billi jbaxxilhom it-​temperatura, jixxottalhom l-​arja u l-​ħamrija, u jipprova jaqlagħhom mill-​għeruq.

Il-warda taʼ l-​Alpi taʼ spiss jirnexxilha tevita l-​ħsara mir-​riħ billi tikber fi xquq ġol-​blat. Għalkemm jistaʼ ma jkunx hemm ħafna ħamrija f’dawn il-​postijiet, ix-​xquq fil-​blat jipprovdu protezzjoni kontra r-​riħ u jgħinu lill-​pjanta biex iżżomm l-​ilma. Waqt li ma tantx jidhru fil-​biċċa l-​kbira tas-​sena, fis-​sajf dawn is-​siġar żgħar iżejnu l-​muntanji bi fjuri lewn vjola ħamrani.

Il-profeta Isaija spjega li “prinċpijiet” kellhom jiġu maħturin minn Alla, u kull wieħed kellu jaqdi bħala “lqugħ għar-​riħ.” (Isaija 32:​1, 2) Taħt id-​direzzjoni tas-​Sultan, Kristu Ġesù, dawn il-​prinċpijiet spiritwali, jew indokraturi, ikunu bħal blat li ma jitħarrikx, sodi fi żminijiet taʼ stress u niket. Huma joffru kenn taʼ min joqgħod fuqu meta xi ħadd jiffaċċja l-​għawġ u jgħinu wħud fil-​bżonn biex jissalvagwardjaw ir-​riżervi tagħhom taʼ ilma spiritwali mill-​Kelma t’Alla.

Irwiefen taʼ persekuzzjoni, skuraġġiment, jew nuqqas taʼ saħħa jistgħu jagħtu daqqa taʼ ħarta lil Kristjan, u jnaqqsulu l-​fidi jekk ma jkollux protezzjoni. L-​anzjani Kristjani jistgħu jipprovdu protezzjoni billi jisimgħu b’attenzjoni x’inhi l-​problema tiegħu, joffrulu pariri bbażati fuq il-​Bibbja, u jagħtuh inkuraġġiment jew għajnuna prattika. Bħas-​Sultan maħtur tagħhom, Kristu Ġesù, huma jridu jgħinu lil dawk li jispiċċaw “mitluqa.” (Mattew 9:36) U jixtiequ jgħinu lil oħrajn li ġew effettwati mill-​irwiefen tat-​tagħlim falz. (Efesin 4:14) Għajnuna bħal din fi żmien opportun tistaʼ tkun vitali.

“Jien għaddejt minn perijodu trawmatiku f’ħajti meta xi ħbieb mill-​qrib telqu mill-​kongregazzjoni u, fl-​istess ħin, missieri kellu emorraġija f’rasu,” tispjega Miriam. “Sabiex nipprova negħleb id-​dipressjoni li qabditni, bdejt noħroġ maʼ ġuvni tad-​dinja. Ftit wara, tant bdejt inħossni miniex denja li informajt lill-​anzjani tal-​kongregazzjoni li kont iddeċidejt li nitlaq mill-​verità, ladarba kont ċerta li Jehovah ma setax jibqaʼ jħobbni.

“F’dan il-​mument kritiku, anzjan li jħenn fakkarni dwar is-​snin li kont qdejt fil-​ministeru bħala pijuniera regulari. Hu qalli li dejjem kien jammira l-​fedeltà tiegħi, u talabni bil-​ħlewwa biex inħalli lill-​anzjani jgħinuni, ħalli jassigurawni li Jehovah iħobbni. L-​interess kollu mħabba li wrewni f’dan iż-​żmien kritiku kien bħal ‘ilqugħ’ għalija matul it-​tempesta spiritwali li kont għaddejja minnha. Fi żmien xahar, temmejt ir-​relazzjoni li kelli man-​namrat, u minn dakinhar ’l hawn komplejt nimxi fit-​triq tal-​verità.”

L-anzjani jħossuhom premjati meta jaraw lill-​Kristjani sħabhom jiffjorixxu spiritwalment, grazzi għall-​protezzjoni li tkun ngħatatilhom fil-​ħin xieraq. U dawn l-​“ilqugħ” jipprovdulna indikazzjoni żgħira bil-​quddiem taʼ l-​għajnuna spiritwali abbundanti li se ngawdu matul ir-​Renju Millennjali taʼ Kristu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja