“Kemm Għandi Nniżżel Ħin?”
Ġieli staqsejt din il-mistoqsija? Fil-ktieb Organizzati paġni 86-87, hemm xi linji taʼ gwida ġenerali. Kultant ningħataw xi direzzjoni addizzjonali, bħal, pereżempju, fil-Kaxxa għall-Mistoqsija fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru tal-2008. Ladarba ċ-ċirkustanzi jvarjaw, ma ngħatajniex lista twila taʼ regoli. Għalhekk, ma jkunx xieraq li l-anzjani jew oħrajn jagħmlu linji taʼ gwida addizzjonali.
Jekk tqum xi mistoqsija u ma jkunx hemm direzzjoni pubblikata dwarha, kull pubblikatur jistaʼ jikkunsidra: Il-ħin qattajtu fil-ministeru? Jew qattajtu nagħmel xi ħaġa oħra li fil-fatt mhijiex parti minn dan ix-xogħol? Dak li niktbu fir-rapport persunali tagħna tas-servizz tal-għalqa kull xahar għandu jferraħna u mhux iniggżilna l-kuxjenza. (Atti 23:1) M’għandniex xi ngħidu, l-interess ewlieni tagħna mhuwiex kif ngħoddu l-ħin, imma kif nużaw il-ħin bl-aħjar mod billi nkunu ħabrieka fil-ministeru.—Ebr. 6:11.