LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 10/1 pp. 4-7
  • Int Jistaʼ Jkollok Fidi Vera

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Jistaʼ Jkollok Fidi Vera
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘Fittex lil Alla . . . u Ssibu’
  • Int Għandek Bżonn il-​Bibbja
  • “Il-​Fidi, Mela, Tiġi mis-​Smigħ”
  • Int Tistaʼ Tibni Fidi Vera
  • Alla sejħilha “Prinċipessa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Il-fidi
    Stenbaħ!—2016
  • Uri fidi fil-​wegħdi taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Tassew Għandek Fidi fl-Aħbar Tajba?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 10/1 pp. 4-7

Int Jistaʼ Jkollok Fidi Vera

Meta Sarah Jayne kellha 19-il sena, saret taf li kellha kanċer fl-​ovarju. Wara l-​operazzjoni, hi ħassitha tajba u kienet pożittiva dwar il-​futur. Fil-​fatt, tant kienet pożittiva li meta kellha 20 sena tgħarrset u bdiet tippjana għat-​tieġ tagħha. Dik is-​sena stess reġaʼ ħarġilha l-​kanċer, u saret taf li kien għad fadlilha biss ftit ġimgħat ħajja. Sarah Jayne mietet f’Ġunju tas-​sena 2000, eżatt qabel m’għalqet 21 sena.

IL-​VIŻITATURI li marru jaraw lil Sarah Jayne l-​isptar baqgħu impressjonati mill-​fatt li kienet kalma u fiduċjuża dwar il-​futur, kif ukoll mill-​fidi profonda li kellha f’Alla u l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Minkejja t-​traġedja terribbli li kienet qed tiffaċċja, hi kienet żgura mit-​tama taʼ l-​irxoxt—li se terġaʼ tara lil ħbiebha kollha. (Ġwann 5:​28, 29) “Narakom ilkoll fid-​dinja ġdida t’Alla,” qalet hi.

Xi wħud iqisu dan it-​tip taʼ fidi bħala delużjoni. “X’inhi iżjed il-​ħajja wara l-​mewt ħlief twemmin fost dawk li m’humiex żguri li maʼ l-​aħħar daqq tat-​tromba se jkun hemm pasti u birra, saħansitra kavjal u trumbetti għalihom, li f’xi Għeden kollu ħdura se jqattgħu sigħat ferħanin maʼ dawk li mietu qabilhom u oħrajn li jistgħu jmutu warajhom?” jistaqsi Ludovic Kennedy. Rigward dan, irridu nqajmu mistoqsija f’lokha. X’inhu iktar raġunevoli—li nemmnu li “din il-​ħajja hija kulma għandna, u mela ejja ngawdu sakemm nistgħu,” kif jissuġġerixxi Kennedy, jew li nemmnu f’Alla u l-​wegħda tiegħu taʼ l-​irxoxt? Sarah Jayne għażlet l-​aħħar waħda. Kif żviluppat fidi bħal din?

‘Fittex lil Alla . . . u Ssibu’

Biex tiżviluppa fidi u fiduċja f’xi ħadd, trid tkun tafu u titgħallem kif jaħseb u jaġixxi. Dan il-​proċess jinvolvi kemm il-​qalb kif ukoll il-​moħħ. Hija tassew l-​istess ħaġa biex tiżviluppa fidi vera f’Alla. Trid issir tafu, titgħallem dwar il-​kwalitajiet u l-​personalità tiegħu, u tfittex il-​provi taʼ kemm hu taʼ min joqgħod fuqu f’dak kollu li qal u għamel.—Salm 9:11 [9:​10, NW]; 145:​1-21.

Xi wħud iħossu li dan huwa impossibbli. Huma jgħidu li Alla huwa wisq ’il bogħod, wisq misterjuż—jekk jeżisti fuq kollox. “Jekk Alla huwa reali bħalma hu għal Kristjani bħal Sarah Jayne,” jistaqsi x-​xettiku, “għala ma jgħarrafx lilu nnifsu lilna lkoll?” Imma veru li Alla huwa wisq ’il bogħod u mistur? F’diskors lill-​filosfi u l-​intellettwali f’Ateni, l-​appostlu Pawlu qal li “Alla li għamel id-​dinja u kull ma fiha” pprovda wkoll kulma hemm bżonn sabiex “ifittxu[h] . . . u jsibuh.” Fil-​fatt, Pawlu qal: “Hu m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.”—Atti 17:​24-27.

Mela, kif tistaʼ ‘tfittex lil Alla . . . u ssibu’? Xi wħud għamlu dan billi sempliċement osservaw l-​univers taʼ madwarhom. Għal ħafna, dan biss jagħti evidenza biżżejjed biex jikkonvinċihom li bilfors hemm Ħallieq.a (Salm 19:2 [19:​1, NW]; Isaija 40:26; Atti 14:​16, 17) Huma jħossuhom bħall-​appostlu Pawlu, li “l-​kobor [t’Alla] li ma jidhirx, jiġifieri s-​setgħa tiegħu taʼ dejjem, u d-​divinità tiegħu, huma setgħu jagħrfuh sa mill-​ħolqien tad-​dinja, permezz tal-​ħlejjaq.”—Rumani 1:20; Salm 104:24.

Int Għandek Bżonn il-​Bibbja

Madankollu, biex tibni fidi vera fil-​Ħallieq, għandek bżonn xi ħaġa oħra li hu pprovda. X’inhi? Il-​Bibbja—il-​Kelma ispirata t’Alla, li fiha jirrivela r-​rieda u l-​iskop tiegħu. (2 Timotju 3:​16, 17) “Imma stenna,” xi wħud se jgħidu, “kif tistaʼ temmen kwalunkwe ħaġa li l-​Bibbja tgħid meta tara l-​affarijiet terribbli li qed jagħmlu n-​nies li jistqarru li jsegwu l-​Bibbja?” Veru, il-​Kristjaneżmu għandu rekord li jwaħħax taʼ ipokrisija, brutalità, u immoralità. Imma kwalunkwe persuna raġunevoli tistaʼ tara li l-​Kristjaneżmu jippretendi biss li jsegwi l-​prinċipji Bibliċi.—Mattew 15:8.

Il-Bibbja nfisha wissiet li ħafna nies se jistqarru li jqimu lil Alla, filwaqt li “jaslu biex jiċħdu s-​Sid li għalih kisibhom.” “Ħtija tagħhom,” qal l-​appostlu Pietru, “tkun imkasbra t-​triq tal-​verità.” (2 Pietru 2:​1, 2) Ġesù Kristu qal li dawn huma wħud li ‘jagħmlu l-​ħażen’ u li kellhom jintgħarfu biċ-​ċar mill-​azzjonijiet ħżiena tagħhom. (Mattew 7:​15-23) Li tiċħad il-​Kelma t’Alla fuq il-​bażi tar-​rekord tal-​Kristjaneżmu huwa bħal meta tarmi ittra mingħand ħabib li tafdah sempliċement għax ikun wassalhielek xi ħadd mhux taʼ min jafdah.

Mingħajr il-​Kelma t’Alla huwa impossibbli li nibnu fidi vera. Huwa biss permezz tal-​paġni tal-​Bibbja li Jehovah jippreżenta l-​każ tiegħu, biex ngħidu hekk. Hu jirrivela t-​tweġiba għall-​mistoqsijiet li ilhom jitqajmu dwar għala hu ppermetta s-​sofferenza u l-​uġigħ u x’se jagħmel dwar is-​sitwazzjoni. (Salm 119:105; Rumani 15:4) Sarah Jayne kienet temmen li l-​Bibbja hija l-​Kelma ispirata t’Alla. (1 Tessalonikin 2:13; 2 Pietru 1:​19-21) Kif? Mhux sempliċement għax il-​ġenituri tagħha qalulha biex temmen, imma għax hi sabet iż-​żmien biex teżamina bl-​onestà l-​evidenza kollha li turi li l-​Bibbja hija rivelazzjoni unika minn Alla. (Rumani 12:2) Per eżempju, hi eżaminat l-​influwenza qawwija tal-​Bibbja fil-​ħajjiet taʼ dawk li jagħtu kas il-​prinċipji tagħha. Bl-​għajnuna taʼ pubblikazzjonijiet bħal Il-​Bibbja—Il-​Kelma t’Alla jew tal-​Bniedem?,b hi eżaminat bir-​reqqa wkoll l-​għadd kbir taʼ evidenza interna li tagħti prova taʼ ispirazzjoni divina.

“Il-​Fidi, Mela, Tiġi mis-​Smigħ”

Madankollu, m’huwiex biżżejjed li sempliċement ikollok Bibbja jew saħansitra temmen li hi ispirata. “Il-​fidi,” jikteb l-​appostlu Pawlu, “mela, tiġi mis-​smigħ.” (Rumani 10:17) Li tismaʼ l-​Bibbja, mhux li sempliċement ikollok Bibbja, huwa dak li jibni l-​fidi. Int “tismaʼ” dak li Alla għandu x’jgħid billi taqra u tistudja l-​Kelma tiegħu. Saħansitra ż-​żgħażagħ jistgħu jagħmlu dan. Pawlu jgħid li Timotju ‘minn żgħoritu’ ġie mgħallem il-​“Kotba Mqaddsa” mingħand ommu u nanntu. Juri dan li kien hemm xi tip taʼ brainwashing? Le! Timotju ma ġie mdawwar jew imqarraq bl-​ebda mod. Hu kien ‘jemmen bis-​sħiħ [jew, ġie perswadut biex jemmen]’ f’dak li semaʼ u qara.—2 Timotju 1:5; 3:​14, 15.

Sarah Jayne ġiet perswaduta bl-​istess mod. Bħall-​Berijani taʼ l-​ewwel seklu, hi ‘laqgħet il-​kelma [mill-ġenituri tagħha u għalliema oħrajn] bil-​ħeġġa kollha.’ Bħala tifla, mingħajr ebda dubju kellha fiduċja naturali f’dak li kienu jgħidulha l-​ġenituri tagħha. Iktar tard, hekk kif kibret, m’aċċettatx kulma ġiet mgħallma b’għajnejha magħluqa jew bla ma ħadet xi azzjoni. Hi ‘qallbet l-​Iskrittura biex tara jekk dak li semgħet kienx minnu.’—Atti 17:11.

Int Tistaʼ Tibni Fidi Vera

Int ukoll tistaʼ tibni fidi vera—it-​tip taʼ fidi deskritta mill-​appostlu Pawlu fl-​ittra tiegħu lill-​Kristjani Lhud. Fidi bħal din, hu qal, hija “pedament tal-​ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-​prova tal-​ħwejjeġ li ma narawx.” (Lhud 11:​1, korsiv tagħna.) Billi jkollok fidi bħal din, int se tkun ċert assolutament li t-​tamiet u l-​istennijiet tiegħek kollha, inkluż il-​wegħda t’Alla taʼ l-​irxoxt, se jitwettqu. Se tkun konvint li tamiet bħal dawn huma bbażati fuq garanziji żguri, u mhux fuq dak li tixtieq li jseħħ. Se tkun taf li Jehovah qatt ma falla milli jżomm il-​wegħdi tiegħu. (Ġożwè 21:45; 23:14; Isaija 55:​10, 11; Lhud 6:18) Id-​dinja ġdida mwiegħda t’Alla se tkun reali għalik bħallikieku diġà qiegħda hawn. (2 Pietru 3:13) U se tara ċar bl-​għajnejn tal-​fidi li Alla Jehovah, Ġesù Kristu, u s-​Saltna t’Alla huma realtajiet, u mhux delużjonijiet.

Int m’intix qed titħalla waħdek biex tibni l-​fidi vera. Minbarra li ħalla l-​Kelma tiegħu disponibbli, Jehovah ipprovda wkoll kongregazzjoni Kristjana mad-​dinja kollha li hi dedikata biex tgħin lin-​nies taʼ qalb tajba jibnu fidi f’Alla. (Ġwann 17:20; Rumani 10:​14, 15) Aċċetta l-​għajnuna kollha li jipprovdi Jehovah permezz taʼ din l-​organizzazzjoni. (Atti 8:​30, 31) U ladarba l-​fidi hija waħda mill-​frott taʼ l-​ispirtu qaddis t’Alla, itlob bla waqfien għal dak l-​ispirtu biex jgħinek tiżviluppa l-​fidi vera.—Galatin 5:22.

Tiskuraġġix ruħek mix-​xettiċi li jwaqqgħu għaċ-​ċajt lil kulmin jistqarr fidi f’Alla u l-​Kelma tiegħu. (1 Korintin 1:​18-21; 2 Pietru 3:​3, 4) Fil-​fatt, il-​fidi vera hija taʼ valur kbir biex issaħħaħlek id-​determinazzjoni tiegħek kontra attakki bħal dawn. (Efesin 6:16) Sarah Jayne rat li dan kien minnu, u dejjem inkuraġġiet lil dawk li kienu jżuruha l-​isptar biex jibnu l-​fidi tagħhom stess. “Agħmel il-​verità parti minnek,” kienet tgħid. “Studja l-​Kelma t’Alla. Żomm qrib taʼ l-​organizzazzjoni t’Alla. Itlob bla waqfien. Ibqaʼ attiv fis-​servizz taʼ Jehovah.”—Ġakbu 2:​17, 26.

Meta rat il-​fidi li kellha f’Alla u fl-​irxoxt, waħda mill-​infermieri tagħha qalet: “Int tassew temmnu dan, hux hekk.” Meta ġiet mistoqsija għala għandha ħarsa pożittiva bħal din minkejja l-​provi tagħha, hi wieġbet: “Għax għandi fidi f’Jehovah. Hu ħabib veru għalija, u nħobbu tassew.”

[Noti taʼ taħt]

a Ara l-​ktieb Is There a Creator Who Cares About You?, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

b Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

[Stampa f’paġna 6]

Timotju ‘minn żgħoritu’ ġie mgħallem il-​“Kotba Mqaddsa” mingħand ommu u nanntu

[Stampa f’paġna 6]

Il-​Berijani ġew imfaħħrin talli eżaminaw l-​Iskrittura kuljum

[Sors]

Mill-​“Photo-Drama of Creation,” 1914

[Stampi f’paġna 7]

Il-​fatt li tismaʼ u tagħti kas il-​Bibbja, u mhux li sempliċement ikollok waħda, hu li jibni l-​fidi

[Stampa f’paġna 7]

“Narakom ilkoll fid-​dinja ġdida t’Alla”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja