LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 7/15 pp. 4-7
  • Għala Ma Nistgħux Inkunu Indipendenti Għalkollox

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Ma Nistgħux Inkunu Indipendenti Għalkollox
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Imħabba u s-​Sħubija Biddlulhom Ħajjithom
  • Hemm Ferħ Veru fl-​Għoti
  • Kemm Hi Ħaġa Ħelwa li Ngħammru Flimkien!
  • Nissodisfaw Bżonn Vitali
  • Ħu Interess Persunali f’Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Insib Serħan mid-Disprament taż-Żgħożija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-Kongregazzjoni Kristjana—Sors t’Għajnuna li Ssaħħaħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Rut
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 7/15 pp. 4-7

Għala Ma Nistgħux Inkunu Indipendenti Għalkollox

“Tnejn min-​nies aħjar minn wieħed waħdu . . . Jekk jaqaʼ wieħed, l-​ieħor jistaʼ jqajjmu.”​—Is-​Sultan Salamun

IS-​SULTAN SALAMUN taʼ Iżrael tal-​qedem iddikjara: “Tnejn min-​nies aħjar minn wieħed waħdu, għax fejda akbar ikollu xogħolhom. Jekk jaqaʼ wieħed, l-​ieħor jistaʼ jqajjmu, imma miskin hu min hu waħdu, għax m’għandux min iqajjmu.” (Koħèlet 4:​9, 10) Dan l-​osservatur għaref taʼ l-​imġiba tal-​bnedmin b’dan il-​mod jenfasizza l-​bżonn tagħna li jkollna maʼ min nissieħbu kif ukoll kemm hu importanti li ma ninqatgħux għalina waħedna. Madankollu, din ma kinitx sempliċi opinjoni taʼ bniedem. L-​istqarrija taʼ Salamun irriżultat minn għerf u ispirazzjoni divina.

M’huwiex għaqli li niżolaw lilna nfusna. In-​nies għandhom bżonn lil xulxin. Ilkoll kemm aħna neħtieġu s-​saħħa u l-​għajnuna li nistgħu niksbu minn bnedmin oħra. Proverbju mill-​Bibbja jgħid: “Min irid jinfired mill-​oħrajn jara x’jaqlaʼ, u għal kull xejn jiġġieled.” (Proverbji 18:1) B’hekk, mhux taʼ b’xejn li x-​xjenzati soċjali jinkuraġġixxu lil individwi biex jingħaqdu maʼ grupp u biex juru interess f’oħrajn.

Fost l-​affarijiet li jirrikkmanda biex isir tiġdid fil-​ħajja tal-​komunità, il-​Professur Robert Putnam isemmi li rridu “nsaħħu l-​influwenza tal-​fidi spiritwali.” Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jispikkaw f’dan għaliex huma jgawdu l-​protezzjoni taʼ kongregazzjonijiet li qishom familji madwar id-​dinja. Fi qbil mal-​kliem taʼ l-​appostlu Pietru, huma ‘jħobbu l-​aħwa kollha,’ li għandhom ‘biżaʼ minn Alla’ b’rispett profond. (1 Pietru 2:​17, Saydon) Ix-​Xhieda jevitaw ukoll li jiżolaw ruħhom u l-​effetti taʼ ħsara li dan iġib għax il-​ħafna attivitajiet pożittivi li huma marbutin mal-​qima vera jżommuhom involuti fl-​għajnuna li jagħtu lill-​ġirien tagħhom biex jitgħallmu l-​verità li tinsab fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja.—2 Timotju 2:15.

L-​Imħabba u s-​Sħubija Biddlulhom Ħajjithom

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jifformaw komunità magħquda li fiha kull membru għandu sehem importanti. Per eżempju, ikkunsidra l-​każ taʼ Miguel, Froylán, u Alma Ruth, tliet membri taʼ l-​istess familja mill-​Amerika Latina. Huma twieldu b’marda fl-​għadam li ħalliethom nani. It-​tlieta li huma jinsabu f’siġġu tar-​roti. Is-​sħubija max-​Xhieda kif effettwatilhom ħajjithom?

Miguel jgħid: “Esperjenzajt perijodi taʼ kriżi, imma meta bdejt nassoċja mal-​poplu taʼ Jehovah, ħajti nbidlet. Huwa verament perikoluż li tinqataʼ għalik waħdek. Is-​sħubija maʼ sħabi fit-​twemmin fil-​laqgħat Kristjani, il-​fatt li nkun magħhom kull ġimgħa, għenitni ħafna biex insib il-​kuntentizza u s-​sodisfazzjon.”

Alma Ruth iżżid: “Kont ngħaddi minn mumenti taʼ dipressjoni kbira; ħassejtni mnikkta ħafna. Imma meta tgħallimt dwar Jehovah, ħassejt li setaʼ jkolli relazzjoni mill-​qrib miegħu. Din saret l-​iktar ħaġa prezzjuża f’ħajti. Il-​familja tiegħi appoġġatna ħafna, u dan għaqqadna iktar.”

Missier Miguel, bl-​imħabba kollha għallmu jaqra u jikteb. Imbagħad, Miguel għen lil Froylán u lil Alma Ruth biex jitgħallmu wkoll. Dan kien essenzjali għall-​ispiritwalità tagħhom. “Il-​fatt li tgħallimna naqraw kien taʼ benefiċċju kbir għalina għax imbagħad stajna nissaħħu spiritwalment bil-​qari tal-​Bibbja u bil-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja,” tgħid Alma Ruth.

Bħalissa, Miguel qed jaqdi bħala anzjan Kristjan. Froylán qara l-​Bibbja kollha disaʼ darbiet. Alma Ruth żiedet fis-​servizz tagħha lil Jehovah billi bdiet taqdi bħalha pijuniera, jew proklamatriċi full-time tas-​Saltna, mill-​1996 ’l hawn. Hi tgħid: “Bil-​barka taʼ Jehovah ilħaqt din il-​mira, peress li għandi l-​appoġġ taʼ l-​għeżież aħwa nisa li mhux biss jgħinuni nippriedka imma wkoll jgħinuni ngħallem meta nikkonduċi l-​11-il studju tal-​Bibbja li rnexxieli nibda.”

Eżempju mill-​aqwa ieħor huwa dak taʼ Emelia, li minħabba aċċident li kellha, issa bilfors ikollha tuża siġġu tar-​roti minħabba li weġġgħet saqajha u s-​sinsla taʼ daharha. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​belt tal-​Messiku studjaw il-​Bibbja magħha, u hi tgħammdet fl-​1996. Emelia tgħid: “Qabel ma sirt naf il-​verità, ridt noqtol lili nnifsi; ma ridtx ngħix iktar. Ħassejt vojt kbir, waqt li kont nibki lejl u nhar. Imma meta assoċjajt mal-​poplu taʼ Jehovah, ħassejt l-​imħabba taʼ l-​aħwa. L-​interess persunali li juru fija inkuraġġieni. Wieħed mill-​anzjani hu qisu ħija jew missieri. Hu u xi qaddejja ministerjali jiħduni l-​laqgħat u fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar bis-​siġġu tar-​roti.”

José, li tgħammed bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​1992, jgħix waħdu. Għandu 70 sena u rtira mix-​xogħol fl-​1990. José kien ibati bid-​dipressjoni, imma wara li ppridkalu wieħed mix-​Xhieda, hu mill-​ewwel beda jattendi l-​laqgħat Kristjani. Dak li semaʼ u ra fihom għoġbu. Per eżempju, hu osserva s-​sħubija taʼ l-​aħwa u ħass kemm kienu verament interessati fih bħala persuna. Issa, l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali fil-​kongregazzjoni tiegħu jieħdu ħsiebu. (Filippin 1:1; 1 Pietru 5:2) Dawn l-​uħud li huma sħabu fit-​twemmin huma “taʼ faraġ kbir” għalih. (Kolossin 4:11) Huma jiħduh għand it-​tabib, iżuruh f’daru, u appoġġawh fl-​erbaʼ operazzjonijiet li għamel. Hu jgħid: “Huma juru interess fija. Huma verament il-​familja tiegħi. Nieħu pjaċir bis-​sħubija tagħhom.”

Hemm Ferħ Veru fl-​Għoti

Meta s-​Sultan Salamun qal li “tnejn min-​nies aħjar minn wieħed waħdu,” hu kien għadu kif tkellem dwar kemm hu fieragħ li wieħed jiddedika l-​enerġija kollha tiegħu biex jakkwista l-​għana materjali. (Koħèlet 4:​7-9) Dan hu eżatt dak li ħafna jfittxu llum, avolja dan ifisser li jissagrifikaw relazzjonijiet umani kemm ġewwa u kemm barra l-​familja.

Dan l-​ispirtu taʼ regħba u egoiżmu wassal biex ħafna jiżolaw ruħhom. Dan la ġabilhom ferħ u lanqas sodisfazzjon f’ħajjithom, għax ġeneralment dawk li jaqgħu għal dan l-​ispirtu jsiru frustrati u jaqtgħu qalbhom. B’kuntrast, ir-​rakkonti li għadna kif semmejna juru l-​effetti tajbin li tħalli s-​sħubija maʼ dawk li jaqdu lil Jehovah u li huma mqanqlin mill-​imħabba għalih u għal għajrhom. Il-​preżenza regulari fil-​laqgħat Kristjani, l-​appoġġ u l-​interess tal-​Kristjani sħabna, u l-​attività żeluża fil-​ministeru kienu fatturi vitali li għenu lil dawn l-​individwi biex jegħlbu s-​sentimenti negattivi li l-​iżolament iġib miegħu.—Proverbji 17:17; Lhud 10:​24, 25.

Ladarba niddependu minn xulxin, huwa naturali li meta nagħmlu xi ħaġa għall-​oħrajn inħossuna sodisfatti. Albert Einstein, li xogħlu bbenefika lil oħrajn, qal: “Il-​valur taʼ raġel . . . għandu jidher f’dak li jagħti u mhux f’dak li jirnexxilu jieħu.” Dan hu fi qbil maʼ dal-kliem taʼ Sidna Ġesù Kristu: “Min jagħti hu aktar hieni minn min jieħu.” (Atti 20:35) Għalhekk, waqt li huwa tajjeb li nirċievu l-​imħabba, huwa verament taʼ ġid li nuru l-​imħabba lil oħrajn.

Indokratur li jivvjaġġa, li għal snin sħaħ żar lill-​kongregazzjonijiet biex joffri għajnuna spiritwali u għen fil-​bini taʼ postijiet għal-​laqgħat għal Kristjani li huma foqra, esprima s-​sentimenti tiegħu b’dan il-​mod: “Il-​ferħ li nħoss, meta naqdi lil ħuti u nara wiċċhom jixgħel bl-​apprezzament, iqanqalni biex nibqaʼ nfittex opportunitajiet biex ngħin. Mill-​esperjenza naf li l-​fatt li nuri interess persunali f’oħrajn huwa fundamentali għall-​ferħ. U naf li bħala anzjani għandna nkunu ‘bħal ilqugħ għar-​riħ . . . , bħal swieqi taʼ l-​ilma f’art niexfa, bħal dell taʼ blata kbira fuq art imħeddla.’”—Isaija 32:2.

Kemm Hi Ħaġa Ħelwa li Ngħammru Flimkien!

Żgur li hemm benefiċċju kbir u ferħ veru meta tgħin lil oħrajn u tfittex is-​sħubija taʼ dawk li jaqdu lil Jehovah. Is-​salmista qal: “Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-​aħwa jgħammru flimkien!” (Salm 133:1) L-​għaqda tal-​familja hija vitali biex nappoġġaw lil xulxin, bħalma rajna fil-​każ taʼ Miguel, Froylán, and Alma Ruth. U x’barka hi din li aħna magħqudin flimkien fil-​qima vera! Wara li ta parir lill-​Kristjani miżżewġin, l-​appostlu Pietru kiteb: “Fl-​aħħarnett ngħidilkom, kunu lkoll fehma waħda, ħossu għal xulxin, inħabbu bħal aħwa b’qalb ħanina u umli.”—1 Pietru 3:8.

Ħbiberija ġenwina ġġib benefiċċji kbar, kemm emozzjonali u kemm spiritwali. Meta indirizza lil sħabu fit-​twemmin, l-​appostlu Pawlu ħeġġiġhom biex ‘jagħmlu l-​qalb lill-​beżżiegħa, jgħinu lid-​dgħajfa, jistabru b’kulħadd, ifittxu dejjem il-​ġid taʼ xulxin u taʼ kulħadd.’—1 Tessalonikin 5:​14, 15.

Għalhekk, fittex modi prattiċi biex tagħmel il-​ġid m’oħrajn. ‘Agħmel il-​ġid maʼ kulħadd l-​iktar maʼ qrabatek fil-​fidi’ għaliex dan se jagħmillek ħajtek iktar mimlija skop u se jgħinek tkun kuntent u sodisfatt. (Galatin 6:​9, 10) Ġakbu, id-​dixxiplu taʼ Ġesù, kiteb: “Jekk ħuk jew oħtok ma jkollhomx x’jilbsu u jonqoshom l-​ikel taʼ kuljum, u wieħed minnkom jgħidilhom: ‘Morru bis-​sliem, isħnu u kulu sa tixbgħu,’ bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-​ġisem, dan x’jiswa?” (Ġakbu 2:​15, 16) It-​tweġiba għal din il-​mistoqsija hija ovvja. Ma rridux ‘infittxu li jaqblilna, imma li jaqbel lil ħaddieħor.’—Filippin 2:4.

Minbarra li jgħinu lil oħrajn materjalment meta jkun hemm bżonn speċjali jew meta jseħħ xi diżastru, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jinsabu okkupati ħafna f’dak li hu taʼ benefiċċju għall-​bnedmin sħabhom b’mod importanti u vitali​—billi jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. (Mattew 24:14) Is-​sehem taʼ iktar minn 6,000,000 Xhud fil-​proklamazzjoni taʼ dan il-​messaġġ taʼ tama u faraġ huwa evidenza taʼ l-​interess kollu mħabba u ġenwin li juru f’oħrajn. Imma l-​għajnuna li jagħtu mill-​Iskrittura Mqaddsa tgħin ukoll biex tissodisfa bżonn ieħor li għandhom il-​bnedmin. Dan x’inhu?

Nissodisfaw Bżonn Vitali

Biex ingawdu ferħ ġenwin, irid ikollna relazzjoni kif suppost m’Alla. Ġieli kien hemm min qal: “Il-​fatt li l-​bniedem, kullimkien f’kull ħin, mill-​bidu tal-​ħolqien sa llum, ħass il-​bżonn li jsejjaħ lil xi ħadd li hu emmen li huwa akbar u iktar qawwi minnu nnifsu, juri li r-​reliġjon hija xi ħaġa naturali u għandha tiġi rikonoxxuta xjentifikament. . . . Għandna nuru biżaʼ, stagħġib u riverenza profonda meta naraw kif madwar id-​dinja l-​bniedem ifittex għal esseri suprem u jemmen fih.”​—Man Does Not Stand Alone, minn A. Cressy Morrison.

Ġesù Kristu ddikjara: “Henjin huma dawk konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.” (Mattew 5:​3, NW) Il-​bnedmin ma jkampawx tajjeb meta jiżolaw ruħhom minn bnedmin oħra għal żmien twil. Madankollu, huwa ħafna agħar jekk niżolaw ruħna mill-​Ħallieq tagħna. (Apokalissi 4:11) Il-​fatt li nakkwistaw u napplikaw “it-​tagħrif taʼ Alla” għandu jkun importanti f’ħajjitna. (Proverbji 2:​1-5) Tabilħaqq, għandna nkunu determinati li nissodisfaw il-​bżonn spiritwali tagħna, għaliex ma nistgħux inkunu indipendenti għalkollox u ’l bogħod minn Alla. Ħajja ferħana u verament premjanti tiddependi minn relazzjoni tajba maʼ Jehovah, “l-​Għoli fuq l-​art kollha.”—Salm 83:19 (83:​18, NW).

[Stampa f’paġna 5]

Miguel: “Esperjenzajt perijodi taʼ kriżi, imma meta bdejt nassoċja mal-​poplu taʼ Jehovah, ħajti nbidlet”

[Stampa f’paġna 5]

Alma Ruth: “Meta tgħallimt dwar Jehovah, ħassejt li setaʼ jkolli relazzjoni mill-​qrib miegħu”

[Stampa f’paġna 6]

Emelia: “Qabel ma sirt naf il-​verità, . . . ħassejt vojt kbir”

[Stampa f’paġna 7]

Is-​sħubija maʼ qaddejja veri tgħinna nissodisfaw il-​bżonn spiritwali tagħna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja