LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 pp. 7-8
  • Għandek Għalxiex Tittama?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Għalxiex Tittama?
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Jekk iż-Żwieġ Wasal fi Stat Kritiku
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Tistaʼ Ssalvah Iż-Żwieġ Tiegħek!
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 pp. 7-8

Għandek Għalxiex Tittama?

“Waħda mill-​problemi li teżisti fi żwiġijiet bl-​inkwiet hija l-​konvinzjoni qawwija li l-​affarijiet ma jistgħux imorru għall-​aħjar. Meta wieħed ikun konvint minn dan, ma tkunx tistaʼ ssir bidla għax ma jkunx hemm motivazzjoni biex jipprova xi ħaġa li tibni.” ​—DR. AARON T. BECK.

IMMAĠINA li int muġugħ u tmur għand it-​tabib ħalli jinviżtak. Tħossok inkwetat—u bir-​raġun. Fuq kollox, saħħtek—u saħansitra ħajtek stess—tistaʼ tkun fil-​periklu. Imma nagħmlu mod li wara li t-​tabib jinviżtak, jagħtik l-​aħbar tajba li filwaqt li l-​problema li għandek ma tistax taqbad u tinjoraha, din tistaʼ titfejjaq. Fil-​fatt, it-​tabib jgħidlek li jekk toqgħod attent u ssegwi programm raġunevoli taʼ dieta u eżerċizzju, tistaʼ tistenna li tfiq għalkollox. Bla dubju int se tħossok moħħok mistrieħ u tkun ferħan li ssegwi l-​parir tiegħu!

Qabbel din is-​sitwazzjoni mas-​suġġett li qed nikkunsidraw. Tħossok muġugħ fiż-​żwieġ tiegħek? M’għandniex xi ngħidu, f’kull żwieġ se jinqalgħu ċerti problemi u nuqqas taʼ qbil. Mela jekk tkun għaddej minn mumenti diffiċli fir-​relazzjoni tiegħek ma jfissirx li m’hemmx imħabba fiż-​żwieġ tiegħek. Imma xi ngħidu jekk din is-​sitwazzjoni taʼ wġigħ tkompli sejra għal ġimgħat, xhur, jew saħansitra għal snin sħaħ? Fil-​każ, ikollok raġun li tinkwieta, għax din m’hijiex kwistjoni li la kemm taqbad u tinjoraha. Fil-​fatt, il-​kwalità taż-​żwieġ tiegħek tistaʼ teffettwa kważi kull aspett taʼ ħajtek—u dik taʼ wliedek. Per eżempju, ħafna jemmnu li l-​inkwiet fiż-​żwieġ jistaʼ jkun fattur prinċipali għal ċerti problemi bħad-​dipressjoni, nuqqas t’effiċjenza fix-​xogħol, u riżultati batuti fil-​każ taʼ tfal fl-​iskola. Imma mhux hekk biss. Il-​miżżewġin Kristjani jagħrfu li r-​relazzjoni li jkollhom bejniethom bħala mseħbin fiż-​żwieġ tistaʼ teffettwalhom ir-​relazzjoni tagħhom stess m’Alla.—1 Pietru 3:7.

Il-fatt li jkun hemm il-​problemi ma jfissirx li s-​sitwazzjoni hi bla tama. Jekk tnejn miżżewġin jiffaċċjaw ir-​realtà taż-​żwieġ, jiġifieri li se jkun hemm problemi, huma se jkunu jistgħu jaraw l-​istampa kollha u mbagħad jaħdmu biex isolvuhom. Wieħed raġel miżżewweġ jismu Isaac qal: “Ma kelli l-​ebda idea li kienet ħaġa normali li l-​livell tal-​ferħ taʼ bejn il-​koppji jitlaʼ u jinżel matul il-​ħajja miżżewġa tagħhom. Kont naħseb li aħna kellna xi ħaġa ħażina!”

Saħansitra jekk iż-​żwieġ tagħkom tant mar lura li jinsab nieqes mill-​imħabba, tistgħu ssalvawh. Veru, ir-​relazzjoni mimlija inkwiet jistaʼ jkun li ħalliet feriti fondi, speċjalment jekk il-​problemi ilhom għaddejjin snin twal. Xorta waħda għad hemm raġuni qawwija għala għandek tibqaʼ tittama. Fattur importanti ferm huwa l-​motivazzjoni. Anki tnejn li għandhom problemi serji fiż-​żwieġ tagħhom jistgħu jitjiebu jekk it-​tnejn li huma jqisuh bħala importanti biżżejjed.a

Mela staqsi lilek innifsek, ‘Kemm hija qawwija x-​xewqa li għandi biex ikollna relazzjoni li nkunu sodisfatti biha?’ Int u s-​sieħeb tiegħek lesti li tagħmlu kull sforz biex ittejbu ż-​żwieġ tagħkom? Dr. Beck, li kkwotajnieh qabel, qal li kemm-il darba baqaʼ mgħaġġeb kif relazzjoni li tidher li tkun fi stat ħażin tistaʼ titjieb meta l-​miżżewġin jaħdmu flimkien biex jirranġaw il-​fatturi negattivi u jsaħħu l-​kwalitajiet pożittivi li jkollhom fiż-​żwieġ tagħhom. Imma xi ngħidu jekk il-​parti l-​oħra ma tkunx trid tagħmel l-​isforz miegħek, jew jekk donnha ma tkunx tistaʼ tagħraf il-​fatt li teżisti problema? Tkun qed tistinka għalxejn jekk taħdem int biss biex ittejjeb iż-​żwieġ tagħkom? Lanqas xejn! “Jekk int tagħmel xi bidliet,” jgħid Dr. Beck, “dan minnu nnifsu jistaʼ jqanqal lill-​parti l-​oħra biex tagħmel xi bidliet—u ħafna drabi hekk jiġri.”

Tgħaġġilx biex tgħid li dan huwa impossibbli fil-​każ tiegħek. Dan il-​ħsieb negattiv jistaʼ jkun hu l-​iktar ħaġa li thedded iż-​żwieġ tiegħek! Xi ħadd minnkom irid jagħmel l-​ewwel pass. Tistaʼ tkun int taʼ l-​ewwel? Meta jkollha xi jqanqalha, il-​parti l-​oħra tistaʼ tagħraf il-​benefiċċju taʼ li taħdem id f’id miegħek biex ikollkom żwieġ iktar ferħan.

Allura x’tistaʼ tagħmel—kemm bħala individwu jew bħala koppja—biex issalva ż-​żwieġ tiegħek? Il-​Bibbja hi t’għajnuna kbira ferm f’li tipprovdi tweġiba għal din il-​mistoqsija. Ejja naraw kif.

[Nota taʼ taħt]

a Irridu nammettu li f’ċerti każi estremi jistaʼ jkun hemm raġunijiet validi biex raġel u mara jisseparaw. (1 Korintin 7:​10, 11) Iktar minn hekk, il-​Bibbja tippermetti li jsir divorzju fejn tkun involuta ż-​żína. (Mattew 19:​9, Karm Żammit) Hija d-​deċiżjoni persunali taʼ l-​individwu jekk jiddivorzjax f’każ taʼ nuqqas taʼ fedeltà mill-​parti l-​oħra. Oħrajn m’għandhomx jagħmlu pressjoni fuq il-​parti innoċenti biex tiddeċiedi mod jew ieħor.—Ara l-​ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja, paġni 158-61, pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja