LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 1/1 p. 3
  • Mal-mewt jispiċċa kollox?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mal-mewt jispiċċa kollox?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • “Il-Mewt Tinbelaʼ għal Dejjem”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Int Kif Tħares Lejn il-Mewt?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • In-Nies Għala Jmutu?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • L-Effetti Devastanti tal-Mewt
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 1/1 p. 3
Xena taʼ xi ħadd li kien miexi fit-​triq u nqatel f’inċident tat-​traffiku

SUĠĠETT PRINĊIPALI | MAL-MEWT JISPIĊĊA KOLLOX?

In-​niggieża tal-​mewt

Il-​mewt mhix suġġett li tieħu pjaċir titkellem dwaru. Ħafna nies jippreferu ma jsemmuhiex. Però, illum jew għada se nħabbtu wiċċna magħha. U n-​niggieża tal-​mewt tweġġaʼ.

Xejn ma jistaʼ jippreparana għalkollox għat-​telfa taʼ ġenitur, sieħeb fiż-​żwieġ, jew tarbija. Traġedja tistaʼ tiġri bla mistenni jew tiġi fuqek bil-​mod il-​mod. Hu x’inhu l-​każ, l-​uġigħ tal-​mewt ma tistax taħarbu, u fl-​aħħar mill-​aħħar jistaʼ jkun devastanti.

Antonio, li tilef lil missieru f’inċident tat-​traffiku, jispjega: “Hu bħallikieku xi ħadd jissiġillalek id-​dar u jiħodlok iċ-​ċwievet. Ma tistax terġaʼ lura d-​dar, lanqas għal ftit. Jibqagħlek biss il-​memorji. Issa din hi r-​realtà. Għalkemm tipprova tiċħadha—minħabba li tidher hekk inġusta—m’hemm xejn li tistaʼ tagħmel.”

Meta esperjenzat telfa simili, Dorothy, li romlot meta kellha 47 sena, iddeċidiet li ssib xi tweġibiet. Għalkemm kienet tgħallem lit-​tfal x’kien jiġri mal-​mewt, hi ma kinitx taf x’jiġri verament wara l-​mewt. Ma kellha l-​ebda tweġiba ċara. “X’jiġri minna meta mmutu?” staqsiet lil qassis Anglikan. “Ħadd ma jaf verament,” wiġibha. “Irridu nistennew u naraw.”

Aħna kkundannati biex sempliċement “nistennew u naraw”? Hemm xi mezz kif nistgħu nsiru nafu fiċ-​ċert x’jiġri verament wara l-​mewt?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja