LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 1/1 pp. 4-5
  • It-taqbida tal-bniedem kontra l-mortalità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-taqbida tal-bniedem kontra l-mortalità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​MEWT TISTAʼ TINGĦELEB?
  • Kemm Jistgħu Jgħixu n-Nies?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kif se tiġi eliminata l-mewt, l-għadu tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • It-Tfittxija Tagħna Għal Ħajja Itwal
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 1/1 pp. 4-5
Fargħun Eġizzjan

SUĠĠETT PRINĊIPALI | MAL-MEWT JISPIĊĊA KOLLOX?

It-​taqbida tal-​bniedem kontra l-​mortalità

L-​Imperatur Ċiniż Qin Shi Huang u l-​esploratur Spanjol Juan Ponce de León

L-​IMPERATUR QIN SHI HUANG

L-​ESPLORATUR PONCE DE LEÓN

Il-​mewt hi għadu tal-​biżaʼ. Niġġildulha bis-​saħħa kollha. Għandu mnejn li meta tolqot lil xi ħadd għażiż għalina nipprovaw niċħduha. Jew, fl-​aqwa taż-​żgħożija, nistgħu naħsbu li dan l-​għadu ma jistax għalina—delużjoni li nżommu magħha għal kemm nistgħu.

Ftit kienu dawk li ħasbu dwar l-​immortalità iktar mill-​Fargħunijiet tal-​Eġittu tal-​qedem. Dawn kienu jqattgħu l-​parti l-​kbira taʼ ħajjithom—kif ukoll dik taʼ eluf taʼ ħaddiema—jipprovaw jegħlbu l-​mewt. Il-​piramidi li bnew jixhdu l-​għan—u l-​falliment—tagħhom.

L-​imperaturi Ċiniżi segwew l-​istess ħolma tal-​immortalità, għalkemm qabdu rotta oħra—dik li jfittxu l-​eliżir mitiku tal-​ħajja. L-​Imperatur Qin Shi Huang insista li l-​alkemisti tiegħu jsibu duwa maġika li setgħet tiskansa l-​mewt. Però, ħafna mit-​taħlitiet tagħhom kien ikollhom il-​merkurju, li hu velenuż, u aktarx waħda minn dawn ix-​xarbiet qatlitu.

Fis-​seklu 16 WK, l-​esploratur Spanjol Juan Ponce de León baħħar lejn il-​Karibew sabiex, skont ma jgħidu, isib il-​funtana taż-​żgħożija. Fil-​proċess kien skopra Florida, fl-​Istati Uniti, imma miet ftit snin wara fi ġlieda mal-​Indjani Amerikani. U l-​ebda funtana taż-​żgħożija ma qatt instabet.

Il-​Fargħunijiet, l-​imperaturi, u l-​esploraturi kollha pprovaw jegħlbu l-​mewt. U min minna se jiħodha kontra l-​ħsieb li kellhom? Fil-​fond taʼ qalbna, prattikament kulħadd irid jibqaʼ jgħix.

IL-​MEWT TISTAʼ TINGĦELEB?

Għala nirribellaw kontra l-​mewt? Il-​Bibbja tispjega għala. Dwar il-​Ħallieq tagħna, Alla Ġeħova,a din tgħid: “Kulma għamel għamlu sabiħ u f’waqtu. Saħansitra [lill-​bnedmin] poġġielhom f’qalbhom l-​eternità.” (Ekkleżjasti 3:11) Aħna nixtiequ ngawdu s-​sbuħija tal-​art għal dejjem, mhux għal xi 80 sena biss. (Salm 90:10) Din hi x-​xewqa taʼ qalbna.

Alla għala poġġa “l-​eternità” f’qalbna? Biex sempliċement inħossuna frustrati? Impossibbli. Għall-​kuntrarju, Alla jwegħedna li se jkun hemm rebħa fuq il-​mewt. Il-​Bibbja kemm-​il darba titkellem dwar kif se tiġi eliminata l-​mewt u dwar il-​wegħda t’Alla taʼ ħajja taʼ dejjem.—Ara l-​kaxxa “Rebħa fuq il-​mewt.”

Ġesù Kristu nnifsu qal ċar: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (Ġwanni 17:3) Għalhekk, it-​taqbida kontra l-​mewt mhix waħda fil-​vojt. Però, Ġesù jikkonferma li Alla biss jistaʼ jirbaħ dik it-​taqbida għalina.

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif muri fil-​Bibbja.

Rebħa fuq il-​mewt

  • “Hu jiblaʼ l-​mewt għal dejjem, u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha.”—Isaija 25:8.

  • “Għax din hi r-​rieda taʼ Missieri, li kulmin jara lill-​Iben u jeżerċita l-​fidi fih ikollu l-​ħajja taʼ dejjem.”—Ġwanni 6:40.

  • “L-​aħħar għadu, il-​mewt se tinġieb fix-​xejn.”—1 Korintin 15:26.

  • “[Għandna] t-​tama tal-​ħajja taʼ dejjem. Alla, li ma jistax jigdeb, din wegħedhielna minn żmien twil ilu.”—Titu 1:2.

  • “Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt.”—Rivelazzjoni 21:4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja