LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 10/15 p. 3
  • Huma Attivi l-Qawwiet Ħżiena?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma Attivi l-Qawwiet Ħżiena?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • It-Tajjeb Qatt se Jikkonkwista lill-Ħażin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • It-Tajjeb Kontra l-Ħażin—Battalja Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • X’Jagħmilna Tajbin jew Ħżiena?
    Stenbaħ!—2010
  • Min Tassew Jaħkem lid-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 10/15 p. 3

Huma Attivi l-Qawwiet Ħżiena?

‘Id-​dinja tinsab f’konfużjoni kbira, qisu l-​qawwiet taʼ l-​okkult mhux qed iħallulha minfejn toħroġ.’ —Jean-Claude Souléry, ġurnalist.

‘Meta individwu jħossu li m’għandux qawwa, dan iqanqal sens taʼ ħażen attiv li m’għandux kontroll fuqu.’ —Josef Barton, studjuż taʼ l-​Istorja.

IT-​TERRUR qawwi taʼ l-​attakki terroristiċi tal-​11 taʼ Settembru, 2001, qanqal lil ħafna biex jirriflettu. Michael Prowse, li kiteb fil-​Financial Times taʼ l-​Ingilterra, stqarr: ‘L-​ebda annimal ma jrid jew jistaʼ jaġixxi b’mod daqshekk kiefer.’ Editorjal tan-​New York Times osserva li minbarra l-​ippjanar li kien hemm bżonn għall-​attakk, “huwa daqstant importanti li nqisu kemm kienet kbira l-​mibegħda li qanqlitu. Hija mibegħda li tisboq il-​gwerer tas-​soltu, li m’għandhiex limiti, ma toqgħod għal ebda ftehim.”

Nies taʼ twemmin differenti ħasbu bis-​serjetà dwar il-​possibbiltà li xi qawwa malinna tinsab attiva. Negozjant minn Sarajevo, li ra b’għajnejh stess it-​terrur tal-​mibegħda etnika fil-​Bosnia, jgħid li wara sena taʼ gwerra fil-​Bosnia sar jemmen li Satana qed jikkontrolla kollox. Hu jkompli jgħid li dan huwa ġenn assolut.

Meta staqsewh jekk jemminx fix-​Xitan, Jean Delumeau, studjuż taʼ l-​istorja, wieġeb: “Kif nistaʼ niċħad il-​qawwa tal-​ħażen meta nara x’qed jiġri u x’seħħ minn meta twelidt jien: It-​tieni gwerra dinjija, b’iktar minn 40 miljun vittma; Auschwitz u l-​kampijiet tal-​konċentrament; il-​ġenoċidju fil-​Kambodja; it-​tirannija kollha tixrid taʼ demm mid-​dittatorjat taʼ Ceauşescu; u t-​tortura bħala mod taʼ tmexxija tal-​gvern f’ħafna postijiet madwar id-​dinja. Il-​lista taʼ terruri ma tispiċċa qatt. . . . Għalhekk nemmen li aħna ġustifikati meta nsejħu atti bħal dawn ‘djaboliċi,’ mhux għax huma ispirati minn Xitan bil-​qran u b’saqajn bħal taʼ xi annimal iżda minn Xitan li huwa s-​simbolu taʼ l-​ispirtu u l-​qawwa tal-​ħażen li tinsab attiva f’din id-​dinja.”

Bħal Jean Delumeau, ħafna nies jikkaratterizzaw l-​affarijiet orribbli li qed iseħħu fis-​soċjetà umana llum bħala li huma “djaboliċi,” mill-​ħajja tal-​familja sax-​xena internazzjonali. Iżda dan xi jfisser? Huma dawn it-​terruri tort taʼ qawwiet tal-​ħażen li ma jidhrux, jew jeżistu qawwiet persunali u attivi li jixtiequ d-​deni lil ħaddieħor u li qed jinfluwenzaw lill-​bnedmin biex iwettqu delitti faħxin li huma agħar mill-​ħażen li s-​soltu jwettaq il-​bniedem? Huma qawwiet bħal dawn organizzati minn xi prinċep tal-​ħażen—Satana x-​Xitan?

[Sors tal-Istampa f’paġna 3]

Tfal: ritratt taʼ l-​U.S. Coast Guard

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja