Il-Ġiri wara l-Affarijiet Materjali
“Jekk qatt ma nixbgħu u dejjem irridu, m’hemmx ċans li xi darba nħossu li għandna biżżejjed.”—Rapport tal-Worldwatch Institute.
“XI RRIDU? Kollox. Meta rriduh? Issa.” Dan il-motto kien popolari fost xi studenti tal-kulleġġ matul is-snin 60. Illum, forsi ma nisimgħux eżatt dan il-kliem, imma l-idea bażika għadha l-istess. Tabilħaqq, il-ġiri wara l-affarijiet materjali jidher li hu karatteristika li tispikka taʼ żmienna.
Għal ħafna nies, l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja hi li jiksbu l-għana u l-affarijiet materjali. Jimmy Carter, li qabel kien President taʼ l-Istati Uniti, darba qal: “Bniedem m’għadux isir magħruf għal dak li jagħmel imma għal dak li għandu.” Hemm xi valuri iktar importanti minn dak kollu li għandna? Jekk inhu hekk, x’inhuma, u liema benefiċċji se jipprovdu?