LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ie p. 21
  • Għala Mmutu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Mmutu?
  • X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Diżubbidjenza Ġġib il-​Mewt
  • “Il-​Mewt Laħqet il-​Bnedmin Kollha”
  • Għala nixjieħu u mmutu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ġesù Jsalvana—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
X’Jiġrilna meta Mmutu?
ie p. 21

Għala Mmutu?

“Fuq l-​għoljiet kollha hemm il-​kwiet issa, fil-​qċaċet tas-​siġar kollha bilkemm tismaʼ nifs; l-​għasafar reqdin fis-​siġar: stenna; dalwaqt bħal dawn int se tistrieħ.”—JOHANN WOLFGANG VON GOETHE, POETA ĠERMANIŻ.

1, 2. (a) Il-​bnedmin inħolqu b’liema xewqa? (b) Liema xorta taʼ ħajja gawdiet l-​ewwel koppja umana?

ALLA ħalaq ’il-bnedmin b’xewqa kbira li jgħixu għal dejjem. Tabilħaqq, il-​Bibbja tgħid li hu poġġa “f’qalb ulied il-​bniedem il-​ħsieb taʼ l-​eternità.” (Ekkleżjażti 3:​11, KŻ) Imma Alla mhux biss ta lill-​bnedmin ix-​xewqa li jgħixu għal dejjem. Hu tahom ukoll l-​opportunità li jagħmlu hekk.

2 L-​ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, inħolqu perfetti, mingħajr ebda difett fil-​moħħ jew fil-​ġisem. (Dewteronomju 32:4) Immaġina​—ebda mard u wġigħ kroniku, ebda biżaʼ u ansjetajiet morbużi! Iktar minn hekk, Alla poġġiehom f’dar ġenna sabiħa. Kien l-​iskop t’Alla li l-​bniedem jgħix għal dejjem u li maż-​żmien l-​art tkun mimlija bin-​nisel perfett tiegħu. (Ġenesi 1:31; 2:15) Allura, għala mmutu?

Id-​Diżubbidjenza Ġġib il-​Mewt

3. Il-​ħajja eterna għal Adam u Eva kienet tiddependi fuq liema ħaġa?

3 Alla kkmanda lil Adam: “Mis-​siġar kollha tal-​ġnien tistaʼ tiekol, imma mis-​siġra taʼ tagħrif it-​tajjeb u l-​ħażin, la tikolx minnha, għax dak in-​nhar li tiekol minnha żgur li tmut.” (Ġenesi 2:​16, 17) Mela ħajja eterna għal Adam u Eva kienet taħt kundizzjoni; kienet tiddependi fuq l-​ubbidjenza tagħhom lejn Alla.

4. Meta Adam u Eva dinbu, għala tilfu l-​prospett li jgħixu għal dejjem fil-​Ġenna?

4 Traġikament, madankollu, Adam u Eva ma obdewx il-​liġi t’Alla. (Ġenesi 3:​1-6) Kaġun taʼ dan, saru midinbin, għax “id-​dnub huwa l-​ksur tal-​liġi.” (1 Ġwann 3:4) Bħala riżultat, Adam u Eva ma kellhomx iktar il-​prospett taʼ ħajja eterna. Għala? “Għax il-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt.” (Rumani 6:23) B’hekk, meta Alla ddikjara s-​sentenza fuq Adam u Eva, hu qal: “Trab int, u fit-​trab terġaʼ tmur.” L-​ewwel ġenituri tagħna mbagħad ġew espulsi mid-​dar Ġenna tagħhom. Fil-​jum li dinbu, Adam u Eva bdew il-​proċess bil-​qajla, imma kontinwu, tal-​mewt.​—Ġenesi 3:​19, 23, 24.

“Il-​Mewt Laħqet il-​Bnedmin Kollha”

5. Il-​mewt kif infirxet għal fuq ir-​razza umana intiera?

5 Adam u Eva issa kellhom id-​dnub minqux fil-​fond fil-​ġeni tagħhom. Għaldaqstant, ma setgħux jipproduċu nisel perfett, daqs kemm tistaʼ forma imperfetta tipproduċi oġġett perfett. (Ġob 14:4) Tabilħaqq, kull twelid uman jikkonferma li l-​ewwel ġenituri tagħna tilfu saħħa perfetta u ħajja eterna għalihom infushom u għal taʼ warajhom. L-​appostlu Kristjan Pawlu kiteb: “Bħalma kien permezz taʼ bniedem wieħed li fid-​dinja daħal id-​dnub, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u hekk il-​mewt laħqet il-​bnedmin kollha, għax kollha dinbu.”​—Rumani 5:12; qabbel Salm 51:7 [51:​5, NW].

6. Għala mmutu?

6 Illum ix-​xjenzati ma jafux eżatt għala l-​bnedmin jixjieħu u jmutu. Il-​Bibbja, madankollu, tispjega li aħna mmutu għaliex nitwieldu midinbin, billi writna din il-​kundizzjoni mingħand l-​ewwel ġenituri umani tagħna. Imma x’jiġrilna meta mmutu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja