LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 2 p. 5
  • Il-Ġenna tal-Art Mitlufa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġenna tal-Art Mitlufa
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Kif Kienet il-Ħajja fil-Ġenna tal-Art?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • Hemm Oħrajn li Huma Akbar Minna
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Adam u Eva m’obdewx lil Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Hemm X’Nitgħallmu mill-Ewwel Koppja Umana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 2 p. 5
Eva tmiss il-frotta projbita

IT-​2 TAQSIMA

Il-​Ġenna tal-​Art Mitlufa

Anġlu li rribella jinfluwenza lill-​ewwel raġel u mara, Adam u Eva, biex jirrifjutaw il-​ħakma t’Alla. Minħabba f’hekk, id-​dnub u l-​mewt jidħlu fid-​dinja

ĦAFNA qabel ma ħalaq lill-​bnedmin, Alla ħalaq ħafna ħlejjaq spirti inviżibbli—l-​anġli. Fl-​Għeden, anġlu ribelluż, li sar magħruf bħala Satana x-​Xitan, b’makakkerija għamel ħiltu biex iħajjar lil Eva ħalli tiekol mill-​frott tal-​unika siġra projbita minn Alla.

Billi nqeda b’serp biex ikellimha, Satana sostna li Alla kien qed iċaħħad lill-​mara u lil żewġha minn xi ħaġa mixtieqa. L-​anġlu qal lil Eva li hi u r-​raġel tagħha ma kinux se jmutu jekk jieklu mill-​frott projbit. B’hekk, Satana akkuża lil Alla li gideb lill-​ulied Tiegħu l-​bnedmin. Il-​Qarrieq ippreżenta d-​diżubbidjenza lejn Alla bħala xi ħaġa attraenti li kienet se twassal għal għarfien speċjali u libertà. Imma din ma kienet xejn ħlief gidba—fil-​fatt, kienet l-​ewwel gidba li qatt intqalet fuq l-​art. Il-​veru qofol tal-​kwistjoni kienet tinvolvi s-​sovranità, jew il-​ħakma suprema, t’Alla—jekk Alla għandux id-​dritt li jaħkem u jekk jaħkimx b’mod ġust u fl-​aħjar interessi tas-​sudditi tiegħu.

Eva emmnet il-​gidba taʼ Satana. Bdiet tixxennaq għall-​frott, u mbagħad spiċċat biex kielet minnu. Iktar tard, tat ftit lil żewġha, u hu wkoll kiel minnu. B’hekk, saru midinbin. Dan l-​att li jidher li mhu xejn fil-​fatt kien espressjoni taʼ ribelljoni. Billi minn jeddhom għażlu li ma jobdux il-​kmand t’Alla, Adam u Eva ċaħdu l-​ħakma tal-​Ħallieq li kien tahom kollox, inkluż ħajja perfetta.

In-​nisel “jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu.”—Ġenesi 3:15

Alla talab kont mir-​ribelli għall-​azzjonijiet tagħhom. Hu wiegħed il-​miġja tan-​Nisel, jew Ħellies, li kellu jeqred lil Satana, il-​wieħed rappreżentat mis-​serp. Alla ma wettaqx mill-​ewwel is-​sentenza tal-​mewt li kien ta lil Adam u Eva, u b’hekk wera ħniena mad-​dixxendenti tagħhom li kienu għadhom ma twildux. Dawn l-​ulied kien se jkollhom bażi għal tama għax Dak li Alla kien se jibgħat kellu jġib fix-​xejn il-​konsegwenzi traġiċi li rriżultaw mill-​irvell fl-​Għeden. Bil-​mod il-​mod, hekk kif kompliet tinkiteb il-​Bibbja, ġie rivelat eżattament kif kien se jitwettaq l-​iskop t’Alla dwar dan is-​Salvatur li kellu jiġi fil-​futur—u dwar min kien se jkun Dan il-​mibgħut.

Alla keċċa lil Adam u Eva mill-​Ġenna tal-​art. Kien bl-​għaraq taʼ ġbinhom u b’taħbit kbir li kellhom imantnu lilhom infushom billi jikkultivaw il-​ħamrija barra l-​ġnien tal-​Għeden. Imbagħad, Eva ħarġet tqila u wildet lil Kajjin, l-​ewwel iben t’Adam u Eva. Il-​koppja kellha wlied subien u bniet oħrajn, fosthom Abel u Set, l-​antenat taʼ Noè.

—Ibbażat fuq Ġenesi kapitli 3 sa 5; Rivelazzjoni 12:9.

  • X’kienet l-​ewwel gidba, u min qalha?

  • Adam u Eva kif tilfu l-​Ġenna tal-​art?

  • Meta Alla talab kont mir-​ribelli għall-​azzjonijiet tagħhom, liema bażi għal tama pprovda?

L-​IMPERFEZZJONI U L-​MEWT

Lil Adam u Eva, Alla ħalaqhom perfetti bil-​prospett li jgħixu għal dejjem fil-​Ġenna tal-​art. Meta rribellaw kontra Alla, dinbu. Bʼhekk, Adam u Eva tilfu l-​perfezzjoni u temmew ir-​relazzjoni tagħhom mas-​Sors tal-​ħajja, Ġeħova. Minn dak iż-​żmien ʼil quddiem, huma u d-​dixxendenti imperfetti kollha tagħhom ma setgħux jevitaw id-​dnub u fl-​aħħar mill-​aħħar il-​mewt.—Rumani 5:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja