LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 10/1 pp. 6-10
  • Jehovah, l-“Imħallef” Imparzjali “tal-Art Kollha”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah, l-“Imħallef” Imparzjali “tal-Art Kollha”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Mod taʼ Jehovah kif Jiġġudika
  • Imħallfin Umani fi Żminijiet il-​Patrijarki
  • Is-​Sistema Ġudizzjarja taʼ Iżrael
  • Imħallfin f’Iżrael
  • L-​Amministrazzjoni tal-​Ġustizzja
  • Anzjani, Iġġudikaw bit-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-liġi t’Alla għall-Iżraelin kienet ġusta u raġunevoli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 10/1 pp. 6-10

Jehovah, l-​“Imħallef” Imparzjali “tal-​Art Kollha”

“[I]l-Missier . . . jiġġudika b’mod imparzjali skond ix-​xogħol taʼ kull wieħed.”−1 PIETRU 1:17.

1, 2. (a) Għala għandna nkunu kemm beżgħanin u kemm imfarrġin mill-​ħsieb li Jehovah huwa l-​kbir Imħallef? (b) Fil-​każ legali taʼ Jehovah kontra l-​ġnus, il-​qaddejja tiegħu fuq l-​art liema rwol għandhom?

JEHOVAH huwa l-​kbir “Imħallef tal-​art kollha.” (Ġenesi 18:25) Bħala dak Alla Suprem tal-​univers, hu għandu d-​dritt mhux ristrett li jiġġudika lill-​ħlejjaq tiegħu. Dan hu minnufih ħsieb li jfarraġ u li jispira l-​biżaʼ. Mosè esprima b’mod imqanqal dan li jidher li hu paradoss, billi qal: “Jehovah Alla tagħkom hu dak Alla tal-​allat u l-​Mulej tal-​mulejiet, dak Alla kbir, setgħan u li jqanqal biżaʼ, li ma jittratta lil ħadd b’parzjalita u lanqas ma jaċċetta tixħim, billi jesegwixxi ġudiżzju għat-​tifel bla missier u għall-​armla u billi jħobb lir-​resident barrani sabiex jagħtih ħobż u mantell.”−Dewteronomju 10:17, 18.

2 X’bilanċ impressjonanti! Alla kbir, setgħan, li jispira l-​biżaʼ, u madankollu imparzjali u jiddefendi b’imħabba l-​interessi taʼ orfni, romol, u residenti barranin. Min jistaʼ jixtieq Imħallef li jħobb iktar minn Jehovah? Billi jagħti stampa tiegħu nnifsu bħala li għandu każ legali kontra l-​ġnus tad-​dinja taʼ Satana, Jehovah isejjaħ lill-​qaddejja tiegħu fuq l-​art biex ikunu x-​xhieda tiegħu. (Isaija 34:8; 43:9-12) Hu ma jiddependix mit-​testimonjanza tagħhom biex jagħti prova tad-​divinità u s-​sovranità legittima tiegħu. Imma jagħti lix-​xhieda tiegħu l-​privileġġ uniku li jixhdu quddiem l-​umanità kollha li huma jirrikonoxxu s-​supremazija tiegħu. Ix-​xhieda tiegħu jissottomettu ruħhom lejn is-​sovranità taʼ tjieba tiegħu, u bil-​ministeru pubbliku tagħhom, iqanqlu lil oħrajn biex ipoġġu lilhom infushom taħt l-​awtorità tal-​Imħallef Suprem.

Il-​Mod taʼ Jehovah kif Jiġġudika

3. Il-​mod kif Jehovah jiġġudika kif jistaʼ jiġi miġbur fil-​qosor, u dan kif kien muri fil-​każ taʼ Adam u Eva?

3 Matul l-​istorja bikrija tal-​umanità, Jehovah personalment iġġudika lil ċerti wħud li kienu jonqsu. Eżempji tal-​mod kif hu ttratta kwistjonijiet ġudizzjarji kienu taʼ mudell għal dawk mill-​qaddejja tiegħu li iktar tard kellhom ikunu responsabbli li jikkonduċu proċeduri ġudizzjarji fost il-​poplu tiegħu. (Salm 77:11, 12) Il-​mod tiegħu kif jiġġudika jistaʼ jiġi miġbur fil-​qosor: sodizza fejn hemm bżonn, ħniena fejn hu possibbli. Fil-​każ taʼ Adam u Eva, ħlejjaq umani perfetti li kienu rribellaw minn jeddhom, ma kien jixirqilhom ebda ħniena. Għalhekk, Jehovah tahom is-​sentenza tal-​mewt. Imma l-​ħniena tiegħu ntweriet lejn in-​nisel tagħhom. Jehovah iddeferixxa l-​esekuzzjoni tas-​sentenza tal-​mewt, u b’hekk ippermetta lil Adam u lil Eva li jkollhom it-​tfal. Hu b’imħabba pprovda lid-​dixxendenti tagħhom bit-​tama taʼ ħelsien mill-​jasar lejn id-​dnub u l-​mewt.—Ġenesi 3:15; Rumani 8:20, 21.

4. Jehovah kif ittratta maʼ Kajjin, u dan il-​każ għala huwa taʼ interess partikulari?

4 Il-​mod kif Jehovah ittratta maʼ Kajjin huwa taʼ interess partikulari għaliex huwa l-​ewwel każ irrekordjat li kien jinvolvi lil wieħed mid-​dixxendenti imperfetti taʼ Adam u Eva, “mibjugħ taħt id-​dnub.” (Rumani 7:14) Ikkalkulah dan Jehovah u ttratta maʼ Kajjin b’mod differenti minn kif Hu ttratta mal-​ġenituri tiegħu? U jistaʼ dan il-​każ jipprovdi lezzjoni għal indokraturi Kristjani llum? Ejjew naraw. Billi nduna bir-​reazzjoni żballjata taʼ Kajjin meta s-​sagrifiċċju tiegħu ma kienx aċċettat favorevolment, Jehovah b’imħabba wissieh dwar il-​periklu li kien fih. Proverbju antik jistqarr: ‘Il-​prevenzjoni hi aħjar mill-​kura.’ Jehovah issaporta kemm felaħ billi wissa lil Kajjin dwar li jħalli lit-​tendenza midinba tiegħu tirkbu. Hu stinka biex igħinu ‘jdur biex jagħmel it-​tajjeb.’ (Ġenesi 4:5-7) Din hi l-​ewwel darba li Alla sejjaħ lil bniedem midneb biex jindem. Wara li Kajjin wera li ma nidimx u kkommetta l-​att makabru tiegħu, Jehovah issentenzjah għal turufnament, u dan taffieh billi ħareġ digriet li kien jipprojbixxi lil bnedmin oħrajn milli joqtluh.—Ġenesi 4:8-15.

5, 6. (a) Jehovah kif mexa mal-​ġenerazzjoni taʼ qabel il-​Għarqa? (b) Jehovah x’għamel qabel ma esegwixxa ġudizzju kontra l-​abitanti taʼ Sodom u Gomorra?

5 Qabel il-​Għarqa, meta ‘Jehovah ra li l-​ħażen tal-​bniedem kien kotran fl-​art, ħassu mweġġaʼ f’qalbu.’ (Ġenesi 6:5, 6) Hu “ħassu ddispjaċut” fis-​sens li ddispjaċieh li l-​maġġoranza tal-​ġenerazzjoni taʼ qabel il-​Għarqa kienu wżaw ħażin ir-​rieda ħielsa tagħhom u li hu kellu jesegwixxi ġudizzju kontra tagħhom. Madankollu, tahom twissija xierqa, billi uża lil Noè għal ħafna snin bħala “predikatur tat-​tjieba.” Wara dan, Jehovah ma kellux għalfejn ‘iżomm lura milli jikkastiga lil dik id-​dinja taʼ nies taʼ mingħajr Alla.’—2 Pietru 2:5.

6 Jehovah kellu l-​obbligu bl-​istess mod li jittratta każ legali kontra l-​abitanti korrotti taʼ Sodom u Gomorra. Imma innota kif aġixxa. Hu kien semaʼ “għajta taʼ lment” dwar il-​kondotta orribbli taʼ dawn in-​nies, jekk xejn permezz tat-​talb tat-​twajjeb Lot. (Ġenesi 18:20; 2 Pietru 2:7, 8) Imma qabel ma aġixxa, hu ‘niżel’ biex jivverifika l-​fatti permezz tal-​anġli tiegħu. (Ġenesi 18:21, 22; 19:1) Hu ħa wkoll iż-​żmien biex jassigura lil Abraham li hu ma kienx sejjer jaġixxi b’mod inġust.—Ġenesi 18:23-32.

7. L-​anzjani li jaqdu f’kumitati ġudizzjarji liema lezzjonijiet jistgħu jitgħallmu minn eżempji tal-​mod kif Jehovah jiġġudika?

7 L-​anzjani llum x’jistgħu jitgħallmu minn dawn l-​ezempji? Fil-​każ taʼ Adam u Eva, Jehovah wera mħabba u konsiderazzjoni lejn dawk li, waqt li kienu relatati mal-​ħatjin, ma kellhomx ħtija fil-​każ. Hu wera ħniena lejn id-​dixxendenti taʼ Adam u Eva. Fil-​każ taʼ Kajjin, Jehovah ra bil-​quddiem il-​periklu li Kajjin kien fih u b’qalb tajba rraġuna miegħu, billi pprova jwaqqfu milli jikkommetti d-​dnub. Saħansitra wara li tturufnah, Jehovah wera konsiderazzjoni lejn Kajjin. Iktar minn hekk, Jehovah esegwixxa ġudizzju kontra l-​ġenerazzjoni taʼ qabel il-​Għarqa biss wara li wera sabar kbir paċenzjuż. Quddiem ħażen stinat, Jehovah “ħassu mweġġaʼ f’qalbu.” Iddispjaċieh li l-​bnedmin irribellaw kontra l-​ħakma taʼ tjieba tiegħu u li kien obbligat li jiġgudikahom b’mod mhux favorevoli. (Ġenesi 6:6; qabbel Eżekjel 18:31; 2 Pietru 3:9.) Fil-​każ taʼ Sodom u Gomorra, Jehovah aġixxa biss wara li vverifika l-​fatti. X’eżempji eċċellenti għal dawk li llum iridu jittrattaw każi legali!

Imħallfin Umani fi Żminijiet il-​Patrijarki

8. Liema liġijiet bażiċi taʼ Jehovah kienu magħrufin fi żmien il-​patrijarki?

8 Għalkemm milli jidher ma kien hemm ebda kodiċi miktub f’dak iż-​żmien, is-​soċjetà patrijarkali kienet midħla tal-​liġijiet bażiċi taʼ Jehovah, u l-​qaddejja tiegħu kienu taħt l-​obbligu li josservawhom. (Qabbel Ġenesi 26:5) Id-​drama f’Għeden kienet uriet il-​ħtieġa li wieħed jobdi lil u jkun sottomess lejn is-​sovranità taʼ Jehovah. Il-​każ taʼ Kajjin kien irrivela id-​diżapprovazzjoni taʼ Jehovah dwar il-​qtil. Immedjatament wara l-​Għarqa, Alla ta lill-​bnedmin liġijiet dwar il-​qdusija tal-​ħajja, il-​qtil, il-​piena kapitali, u l-​ikel tad-​demm. (Ġenesi 9:3-6) Jehovah ikkundanna b’mod qawwi l-​adulterju matul l-​inċident li kien jinvolvi lil Abraham, lil Sara, u lil Abimelek, sultan taʼ Gerar, qrib Gaża.—Ġenesi 20:1-7.

9, 10. Liema eżempji juru li sistema ġudizzjarja kienet teżisti f’soċjetà patrijarkali?

9 F’dawk il-​jiem kapijiet tal-​familja agixxew bħala mħallfin u ttrattaw problemi legali. Jehovah stqarr dwar Abraham: “Jien sirt midħla tiegħu sabiex hu jkun jistaʼ jikkmanda lil uliedu u lin-​nies taʼ daru warajh sabiex huma jżommu l-​mogħdija taʼ Jehovah biex jagħmlu t-​tjieba u l-​ħaqq.” (Ġenesi 18:19) Abraham wera altruwiżmu u dehen f’li jirranġa tilwima bejn ir-​raħħala tiegħu stess u dawk taʼ Lot. (Ġenesi 13:7-11) Billi aġixxa bħala kap u mħallef patrijarkali, Ġuda kkundanna lil Tamar, mart ibnu, biex tiġi mħaġgra għall-​mewt u maħruqa, billi kien jemmen li kienet adultera. (Ġenesi 38:11, 24; qabbel Ġożwè 7:25.) Meta sar jaf bil-​fatti kollha, madankollu, hu ppronunzjaha iktar twajba minnu nnifsu. (Ġenesi 38:25, 26) Kemm huwa importanti li tkun taf bil-​fatti kollha qabel ma tieħu deċiżjoni ġudizjarja!

10 Il-​ktieb taʼ Ġob jalludi għal sistema ġudizzjarja u juri kemm hu mixtieq il-​ġudizzju imparzjali. (Ġob 13:8, 10; 31:11; 32:21) Ġob innifsu jirrakkonta dwar iż-​żmien meta hu kien imħallef rispettat li qagħad bil-​qiegħda f’bieb il-​belt jamministra l-​ġustizzja u jiddefendi l-​kawża tal-​armla u tal-​iltim. (Ġob 29:7-16) B’hekk, hemm evidenza li fis-​soċjetà patrijarkali, “irġiel ixjeħ” kienu qegħdin jaġixxu bħala mħallfin fost id-​dixxendenti taʼ Abraham saħansitra qabel l-​Eżodu u l-​kostituzzjoni legali mogħtija minn Alla tal-​ġens taʼ Iżrael. (Eżodu 3:16, 18) Fil-​fatt, it-​termini tal-​patt tal-​Liġi kienu pprezentati minn Mosè lill-​“irġiel ixjeħ,” jew anzjani, taʼ Iżrael, li rrapprezentaw lill-​poplu.—Eżodu 19:3-7.

Is-​Sistema Ġudizzjarja taʼ Iżrael

11, 12. Skond żewġ studjużi tal-​Bibbja, x’iddistingwa lis-​sistema ġudizzjarja taʼ Iżrael minn dik taʼ ġnus oħrajn?

11 L-​amministrazzjoni tal-​ġustizzja f’Iżrael kienet differenti mhux ħażin mill-​proċeduri legali segwiti fil-​ġnus taʼ madwarhom. Ebda distinzjoni ma saret bejn il-​liġi ċivili u l-​liġi kriminali. It-​tnejn kellhom minsuġ fihom liġijiet morali u reliġjużi. Offiża kontra l-​ġar taʼ dak li jkun kienet offiża kontra Jehovah. Fil-​ktieb tiegħu The People and the Faith of the Bible, l-​awtur Andre Chouraqui jikteb: “It-​tradizzjoni ġuridika tal-​Ebrej hi differenti minn dik tal-​ġirien tagħha, mhux biss fid-​definizzjoni tagħha taʼ nuqqasijiet u pieni imma fl-​istess spirtu tal-​liġijiet.... It-​Tora [Ligi] mhix distinta mill-​ħajja taʼ kuljum; tikkmanda n-​natura u l-​kontenut tal-​ħajja taʼ kuljum billi tagħti l-​benedizzjoni u l-​maledizzjoni. . . . F’Iżrael . . . huwa kważi impossibbli li tagħmel distinzjoni ċara fl-​attivitajiet ġuridiċi tal-​belt. Kienu moħbijin fl-​unità taʼ ħajja orjentata għalkollox lejn it-​twettieq tar-​rieda taʼ Alla l-​ħaj.”

12 Din is-​sitwazzjoni unika poġġiet l-​amministrazzjoni tal-​ġustizzja f’Iżrael fuq livell ferm ogħla milli fil-​ġnus taʼ zmienhom. L-​istudjuż tal-​Bibbja Roland de Vaux jikteb: “Il-​liġi Iżraelita, għax-​xebh kollu tagħha fil-​forma u fil-​kontenut, hi differenti radikalment mill-​klawsoli tat-​’trattati’ tal-​Orjent u mill-​artikli tal-​’kodiċi’ tagħhom. Hija liġi reliġjuża.... Ebda kodiċi Orjentali ma jistaʼ jitqabbel mal-​liġi Iżraelita, li hi kkreditata kollha kemm hi lil Alla bħala l-​awtur tagħha. Jekk fiha, u spiss tħallat, preskrizzjonijiet etiċi u ritwali, dan hu għaliex tkopri l-​qasam kollu tal-​Patt divin, u għaliex dan il-​Patt iggverna r-​relazzjonijiet tal-​bnedmin maʼ xulxin kif ukoll ir-​relazzjonijiet tagħhom maʼ Alla.” Mhux taʼ b’xejn li Mosè staqsa: “Liema ġens kbir hemm li għandu reġolamenti u deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ tjieba bħal din il-​liġi kollha li qiegħed inpoġġi quddiemkom illum?”−Dewteronomju 4:8.

Imħallfin f’Iżrael

13. Mosè b’liema mod kien eżempju mill-​aħjar għall-​anzjani llum?

13 B’sistema ġudizzjarja daqshekk elevata, liema tip taʼ bniedem kien meħtieġ biex jaġixxi bħal imħallef? Dwar l-​ewwel imħallef maħtur f’Iżrael, il-​Bibbja tistqarr: “[I]r-raġel Mosè kien bil-​wisq l-​iktar wieħed ġwejjed mill-​irġiel kollha li kienu fuq wiċċ l-​art.” (Numri 12:3) Hu ma kienx żgur iżżejjed minnu nnifsu. (Eżodu 4:10) Għalkemm kien mitlub li jiġġudika lin-​nies, kultant kien isir l-​avukat tagħhom quddiem Jehovah, billi jitolbu bil-​ħniena biex jaħfrilhom u saħansitra billi joffri li jissagrifika lilu nnifsu għan-​nom tagħhom. (Eżodu 32:11, 30-32) Hu stqarr b’mod poetiku: “Il-​qawl tiegħi se jqattar bħan-​nida, bħal xita ġentili fuq il-​ħaxix u bħal ħalbiet qawwijin fuq il-​ħxejjex.” (Dewteronomju 32:2) ‘Il bogħod milli jiġġudika lin-​nies billi jistrieħ fuq il-​għerf tiegħu stess, hu ddikjara: “Fil-​kas li jkollhom każ li jqum, dan irid jiġi għandi u jien irrid niġġudika bejn il-​partit wieħed u l-​ieħor, u rrid ingħarraf id-​deċiżjonijiet taʼ dak Alla veru u l-​liġijiet tiegħu.” (Eżodu 18:16) Meta kien fid-​dubju, hu ssottometta l-​kwistjoni f’idejn Jehovah. (Numri 9:6-8; 15:32-36; 27:1-11) Mosè kien eżempju mill-​aħjar għal anzjani li llum ‘jirgħu l-​merħla t’Alla’ u jieħdu deċiżjonijiet ġudizzjarji. (Atti 20:28) Jalla r-​relazzjoni tagħhom maʼ ħuthom bl-​istess mod tagħti prova li hi “bħal xita ġentili fuq il-​ħaxix.”

14. Liema kienu l-​kwalifiki spiritwali tal-​irġiel maħturin minn Mosè bħala mħallfin f’Iżrael?

14 Maż-​żmien Mosè ma setax iġorr waħdu t-​tagħbija taʼ li jittratta każi ġudizzjarji għall-​poplu. (Eżodu 18:13, 18) Hu aċċetta s-​suġġeriment taʼ missier il-​mara tiegħu biex jitlob għall-​għajnuna. Għal darb’oħra, liema xorta taʼ rġiel kienu magħżulin? Naqraw: “‘Agħżel mill-​poplu kollu rġiel kapaċi, li jibżgħu minn Alla, irġiel li tistaʼ tafdahom, li jobogħdu l-​qligħ inġust.’ . . . U Mosè ssokta jagħżel irġiel kapaċi mill-​Iżrael kollu u jagħtihom pożizzjonijiet bħala kapijiet fuq in-​nies, bħala prinċipali taʼ eluf, prinċipali taʼ mijiet, prinċipali taʼ ħamsinijiet u prinċipali taʼ għaxriet. U huma ġġudikaw lill-​poplu f’kull okkażjoni xierqa. Każ iebes kienu jġibuh għand Mosè, imma kull każ zgħir huma nfushom kienu jimmaniġġjawh bħala mħallfin.”−Eżodu 18:21-26.

15. Liema kienu l-​kwalifiki taʼ dawk li qdew bħala mħallfin f’Iżrael?

15 Nistgħu naraw li l-​età ma kinetx l-​uniku kriterju biex jintgħażlu rġiel biex jaġixxu bħal imħallfin. Mosè stqarr: “Ġibu rġiel għorrief u diskreti u bl-​esperjenza tat-​tribujiet tagħkom, biex inkun nistaʼ nqigħedhom bħala kapijiet fuqkom.” (Dewteronomju 1:13) Mosè kien perfettament midħla taʼ dak li ż-​żagħżugħ Eliħu kien stqarr ħafna snin qabel: “M’huwiex dawk sempliċement abbundanti fil-​jiem li jagħtu prova li huma għorrief, lanqas dawk biss xjuħ li jifhmu l-​ġudizzju.” (Ġob 32:9) Ċertament, dawk maħturin kellhom ikunu “rġiel bl-​esperjenza.” Imma fuq kollox kellhom ikunu rġiel kapaċi, taʼ min jafdahom, li jibżgħu minn Alla, u li kienu jobogħdu l-​qligħ inġust u li kienu għorrief u diskreti. Jidher evidenti, għalhekk, li l-​“kapijiet” u l-​“imħallfin” imsemmijin f’​Ġozwè 23:2 u 24:1 ma kinux distinti mill-​“irġiel ixjeħ” imsemmijin f’dawk l-​istess versi imma kienu magħżulin minn fosthom.—Ara Insight on the Scriptures, it-​2 Volum, paġna 549.

L-​Amministrazzjoni tal-​Ġustizzja

16. X’għandna ninnotaw illum dwar l-​istruzzjonijiet li Mosè ta lill-​imħallfin maħturin ġodda?

16 Inkwantu għall-​istruzzjonijiet mogħtijin lil dawn l-​imħallfin maħturin, Mosè qal: “Jien komplejt nikkmanda lill-​imħallfin tagħkom f’dak iż-​żmien partikulari, billi għedt, ‘Meta jkollkom smigħ bejn ħutkom, tridu tiġġudikaw bi tjieba bejn raġel u ħuh jew ir-​resident barrani tiegħu. Ma tridux tkunu parzjali fil-​ġudizzju. Għandkom tisimgħu liż-​żgħir l-​istess bħall-​kbir. Ma tridux issiru mbeżżgħin minħabba raġel, għax il-​ġudizzju jappartjeni lil Alla; u l-​każ li hu iebes wisq għalikom, għandkom tippreżentawh lili [Mosè], u jien irrid nisimgħu.”ˈ—Dewteronomju 1:16, 17.

17. Min kienu maħturin bħala mħallfin, u s-​Sultan Ġeħosafat liema twissija tahom?

17 M’għandniex x’ingħidu, każ setaʼ jinġieb għand Mosè biss matul ħajtu. Mela arrangamenti oħrajn saru għal każi diffiċli biex jiġu rreferuti lil qassisin, Leviti, u mħallfin maħturin b’mod speċjali. (Dewteronomju 17:8-12; 1 Kronaki 23:1-4; 2 Kronaki 19:5, 8) Lill-​imħallfin li hu ħatar fl-​ibliet taʼ Ġuda, is-​Sultan Ġeħosafat stqarr: “Araw x’qegħdin tagħmlu, għaliex ma hux għall-​bniedem li tiġġudikaw imma hu għal Jehovah . . . Dan huwa kif għandkom tagħmlu fil-​biżaʼ taʼ Jehovah bil-​fedeltà u b’qalb sħiħa. Inkwantu għal kull każ legali li se jiġi għandkom taʼ ħutkom li qegħdin igħammru fl-​ibliet tagħhom, . . . tridu twissuhom biex jistgħu ma jagħmlux ħażen kontra Jehovah u għadab bi stmerrija jistaʼ ma jkollux għalfejn iseħħ kontra tagħkom u kontra ħutkom. Dan hu kif għandkom tagħmlu biex tistgħu ma tiġbdux fuqkom ħtija.”−2 Kronaki 19:6-10.

18. (a) Liema kienu xi wħud mill-​prinċipji li mħallfin f’Iżrael kellhom japplikaw? (b) L-​imhallfin x’kellhom iżommu f’moħħhom, u liema skritturi juru l-​konsegwenzi taʼ meta kienu jinsew dan?

18 Fost il-​prinċipji li mħallfin f’Iżrael kellhom japplikaw kien hemm dawn li ġejjin: ġustizzja ugwali għas-​sinjur u l-​fqir (Eżodu 23:3, 6; Levitiku 19:15); imparzjalità stretta (Dewteronomju 1:17; ma jaċċettawx tixħim. (Dewteronomju 16:18-20) L-​imħallfin kellhom jiftakru l-​ħin kollu li dawk li lilhom huma kienu qegħdin jiġġudikaw kienu n-​ngħaġ taʼ Jehovah. (Salm 100:3) Fil-​fatt, waħda mir-​raġunijiet għala Jehovah m’aċċettax lil Iżrael tal-​laħam kienet li l-​qassisin u r-​ragħajja tagħhom ma kinux qegħdin jiġġudikaw bit-​tjieba u kienu qegħdin jittrattaw lin-​nies bi ħruxija.—Ġeremija 22:3, 5, 25; 23:1, 2; Eżekjel 34:1-4; Malakija 2:8, 9.

19. Taʼ liema valur għalina huwa dan l-​eżami tal-​livelli taʼ ġustiżzja taʼ Jehovah qabel l-​Era Komuni, u x’se jiġi kkunsidrat fl-​artiklu li jmiss?

19 Jehovah ma jitbiddilx. (Malakija 3:6) Din ir-​reviżjoni qasira dwar il-​mod kif il-​ġudizzju kellu jiġi amministrat f’Iżrael u kif Jehovah kien iħares lejn kull ċaħda taʼ ġustizzja għandha tagħtihom x’jaħsbu lil anzjani li llum huma responsabbli biex jieħdu deċiżjonijiet ġudizzjarji. L-​eżempju taʼ Jehovah bħal Imħallef, u s-​sistema ġuridika li hu stitwixxa f’Iżrael, stabbilew prinċipji li huma taʼ mudell għall-​amministrazzjoni tal-​ġustizzja fil-​kongregazzjoni Kristjana. Dan se narawh fl-​artiklu li jmiss.

Mistoqsijiet taʼ Reviżjoni

◻ Il-​mod kif Jehovah jiġġudika kif jistaʼ jiġi miġbur fil-​qosor?

◻ Kif għanda eżempju tal-​mod taʼ Jehovah fil-​mod kif ittratta maʼ Kajjin u mal-​ġenerazzjoni taʼ qabel il-​Għarqa?

◻ Min aġixxew bħala mħallfin fi żmnijiet il-​patrijarki, u kif?

◻ X’iddistingwa lis-​sistema ġudizzjarja t’lżrael minn dik taʼ ġnus oħrajn?

◻ X’tip taʼ rġiel kienu maħturin bħala mħallfin f’Iżrael, u liema prinċipji suppost li segwew?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja