LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 7/15 pp. 11-16
  • Il-Provvediment taʼ Jehovah, l-‘Uħud Mogħtijin’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Provvediment taʼ Jehovah, l-‘Uħud Mogħtijin’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Iżraeliti Jirritornaw minn Babilonja
  • Nies mhux Iżraeliti Jirritornaw Ukoll
  • Xebh taż-​Żmien Modern
  • Mogħtijin għal Servizz Speċjali
  • Nagħtu Minna Nfusna Llum
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb t’Esdra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “L-Iżrael t’Alla” u l-“Folla Kbira”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Abitanti Flimkien f’“Pajjiż” Restawrat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Ġeħova Hu s-Sehem Tiegħi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 7/15 pp. 11-16

Il-​Provvediment taʼ Jehovah, l-​‘Uħud Mogħtijin’

“Stranġieri attwalment se jqumu bil-​wieqfa jirgħu l-​merħliet tagħkom.”—ISAIJA 61:5

1. Il-​kelma “donatur” għala tistaʼ tfakkarna f’Jehovah?

ALLA kemm hu donatur generuż! L-​appostlu Pawlu qal: “[Jehovah i]n-nifsu jagħti lill-​persuni kollha ħajja u nifs u l-​affarijiet kollha.” (Atti 17:25) Kull wieħed minna jistaʼ jibbenefika billi jirrifletti fuq il-​ħafna ‘għotjiet tajbin u rigali perfetti’ li nirċievu mingħand Alla.−Ġakbu 1:5, 17; Salm 29:11; Mattew 7:7; 10:19; 13:12; 21:43.

2, 3. (a) Kif għandna nwieġbu għall-​għotjiet t’Alla? (b) Il-​Leviti f’liema sens kienu “wħud mogħtijin”?

2 B’raġuni tajba s-​salmista stagħġeb dwar kif jistaʼ jħallas lura lil Jehovah. (Salm 116:12) Il-​Ħallieq tagħna verament m’ghandux bzonn taʼ xi ħaġa li l-​bnedmin jistgħu jkollhom jew jistgħu jagħtu. (Salm 50:10, 12) Jehovah jindika, iżda, li hu jieħu pjaċir meta n-​nies b’apprezzament jagħtu minnhom infushom f’qima vera. (Qabbel Ebrej 10:5-7.) Il-​bnedmin kollha għandhom jagħtu minnhom infushom f’dedikazzjoni lill-​Ħallieq tagħhom li, min-​naħa tiegħu, jistaʼ jestendi privileġġi miżjudin, bħalma kien il-​każ mal-​Leviti tal-​qedem. Għalkemm l-​Iżraeliti kollha kienu ddedikati lil Alla, hu għażel lill-​familja Levitika taʼ Aronne bħala qassisin biex joffru sagrifiċċji fit-​tabernaklu u fit-​tempju. Xi ngħidu dwar il-​bqija tal-​Leviti?

3 Jehovah qal lil Mose: “Ġib lit-​tribù taʼ Levi fil-​qrib . . . U jridu jieħdu ħsieb il-​għodod kollha tat-​tinda tal-​laqgħa . . . U lil-​Leviti trid tagħtihom lil Aronne u wliedu. Huma wħud mogħtijin [Ebrajk, nethunimˈ], mogħtijin lilu mingħand ulied Iżrael.” (Numri 3:6, 8, 9, 41) Il-​Leviti kienu “mogħtijin” lil Aronne biex iwettqu dmirijiet fis-​servizz tat-​tabernaklu, u għalhekk Alla setaʼ jgħid: “Huma wħud mogħtijin, mogħtijin lili minn fost ulied Iżrael.” (Numri 8:16, 19; 18:6) Xi Leviti wettqu xogħlijiet sempliċi; oħrajn irċevew privileġġi notevoli, bħal li jgħallmu l-​liġijiet t’Alla. (Numri 1:50, 51; 1 Kronaki 6:48; 23:3, 4, 24-32; 2 Kronaki 35:3-5) Ejjew issa nikkunsidraw lil poplu “mogħti” ieħor u xebh modern.

L-​Iżraeliti Jirritornaw minn Babilonja

4, 5. (a) Liema Iżraeliti rritornaw mill-​eżilju fil-​Babilonja? (b) Fiż-​żminijiet moderni, x’jikkorrispondi mar-​ritorn tal-​Iżraeliti mill-​eżilju?

4 Eżra u Neħemija jirrakkontaw kif fdal taʼ Iżraeliti, immexxijin mill-​Gvernatur Żerubbabel, irritornaw minn Babilonja lejn arthom, biex jirrestawraw il-​qima vera. Iż-​żewġ rakkonti jirrapportaw li dawn li rritornaw kienu jgħoddu 42,360. Eluf minn dak il-​għadd kienu “rġiel tal-​poplu taʼ Iżrael.” Ir-​rakkonti mbagħad jagħtu lista tal-​qassisin. Imbagħad jiġu madwar 350 Levita, inklużi għannejja u bewwieba Levitiċi. Eżra u Neħemija jiktbu wkoll dwar eluf oħrajn li milli jidher kienu Iżraeliti, forsi saħansitra qassisin, imma li ma setgħux jagħtu prova tal-​ġenealogija tagħhom.−Eżra 1:1, 2; 2:2-42, 59-64; Neħemija 7:7-45, 61-66.

5 Dan il-​fdal taʼ Iżrael meħudin fl-​eżilju u li iktar tard irritornaw lejn Ġerusalemm u lejn Ġuda wrew devozzjoni eċċellenti lejn Alla u rbit profond lejn il-​qima vera. Kif innotajna, naraw fiż-​żminijiet moderni xebh xieraq fil-​fdal taʼ Iżrael spiritwali li ħarġu mill-​jasar taħt Babilonja l-​Kbira fl-​1919.

6. Alla kif uża lill-​Iżraeliti spiritwali fi żmienna?

6 Mill-​ħelsien tagħhom fl-​1919 ’il hawn, il-​fdal taʼ aħwa midlukin taʼ Kristu avvanzaw ’il quddiem b’mod żeluż fil-​qima vera. Jehovah bierek l-​isforzi tagħhom biex jiġbru l-​uħud finali tal-​144,000 li jifformaw “l-​Iżrael t’Alla.” (Galatin 6:16; Rivelazzjoni 7:3, 4) Bħala grupp, il-​fdal midlukin jifformaw il-​klassi tal-​“irsir fidil u diskret” użata biex tipprovdi abbundanza taʼ ikel spiritwali li jagħti l-​ħajja, li huma ħadmu iebes biex iqassmu mal-​art kollha.−Mattew 24:45-47.

7. Min qed jassoċja mal-​midlukin fil-​qima vera?

7 Kif wera l-​artiklu taˈ qabel, in-​nies taʼ Jehovah issa jinkludu miljuni taʼ “ngħaġ oħra,” li għandhom it-​tama mogħtija minn Alla taʼ ħelsien mit-​tribulazzjoni l-​kbira li tinsab preċiż quddiemna. Huma jixtiequ jaqdu lil Jehovah għal dejjem fuq l-​art, fejn mhux se jkollhom iktar ġuħ u għatx u fejn mhux se joħroġ iżjed dmugħ taʼ niket. (Ġwann 10:16; Rivelazzjoni 7:9-17; 21:3-5) Insibu aħna fir-​rakkont taʼ dawk li rritornaw minn Babilonja xi ħaġa li tikkorrispondi maʼ wħud bhal dawn? Iva!

Nies mhux Iżraeliti Jirritornaw Ukoll

8. Min akkumpanja lill-​Iżraeliti meta rritornaw mill-​Babilonja?

8 Meta ħarġet is-​sejħa għal dawk li jħobbu lil Jehovah f’Babilonja biex jirritornaw lejn l-​Art Imwiegħda, eluf taʼ nies mhux Iżraeliti wieġbu. Fil-​listi pprovduti minn Eżra u Neħemija, naqraw dwar in-​“Netinim” (li tfisser, ‘Uħud Mogħtijin’) u “l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun,” li l-​għadd miġbur tagħhom kien 392. Ir-​rakkonti jsemmu wkoll lil iktar minn 7,500 oħrajn: ‘irsiera rġiel u rsiera bniet,’ kif ukoll “kantanti maskili u kantanti femminili” li ma kinux Leviti. (Eżra 2:43-58, 65; Neħemija 7:46-60, 67) X’qanqal lil tant nies mhux Iżraeliti biex jirritornaw?

9. L-​ispirtu t’Alla kif kien involut fir-​ritorn mill-​eżilju?

9 Eżra 1:5 jitkellem dwar “kulmin l-​ispirtu tiegħu l-​veru Alla kien qajjem, biex jitlaʼ ujibni mill-​ġdid id-​dar taʼ Jehovah.” Iva, Jehovah qanqal lil dawk kollha li rritornaw. Hu stimula l-​ispirtu tagħhom, jiġifieri, l-​inklinazzjoni mentali tagħhom li tmexxihom. Saħansitra mis-​smewwiet, Alla setaʼ jagħmel dan billi juża l-​ispirtu qaddis tiegħu, il-​forza attiva tiegħu. B’hekk, dawk kollha li qamu ‘biex jitilgħu u jibnu mill-​ġdid id-​dar taʼ Jehovah’ kienu mgħejjunin “bl-​ispirtu [t’Alla].”−Żakkarija 4:1, 6; Ħaggaj 1:14.

Xebh taż-​Żmien Modern

10, 11. Liema xebh jistaʼ jsir man-​nies mhux Iżraeliti li rritornaw mill-​Babilonja?

10 Min ġie ffigurat ninn dawk li rritornaw u li ma kinux Iżraeliti? Ħafna Kristjani forsi jwieġbu: ‘In-​Netinim jikkorrispondu man-​“ngħaġ oħra” llum.’ Veru, imma mhux biss in-​Netinim; għax in-​nies kollha li rritornaw u li ma kinux Iżraeliti jirrapprezentaw lil Kristjani llum li m’humiex minn Iżrael spiritwali.

11 Il-​ktieb You May Suruive Armageddon Into God’s New Worlda osserva: “Il-​fdal taʼ 42,360 Iżraelit ma kinux l-​uniċi li telqu minn Babilonja mal-​gvernatur Żerubbabel . . . Kien hemm eluf taˈ nies mhux Iżraeliti...Minbarra n-​Netinim kien hemm nies mhux Iżraeliti oħrajn, l-​irsiera, il-​kantanti professjonali rġiel u nisa u d-​dixxendenti tal-​qaddejja tas-​Sultan Salamun.” Il-​ktieb spjega: “In-​Netinim, l-​irsiera, il-​kantanti u l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun, kollha mhux Iżraeliti, ħallew l-​art tal-​jasar u rritornaw mal-​fdal Iżraelit . . . Mela huwa sewwa li taħseb li llum nies taʼ nazzjonalitajiet differenti li m’humiex Iżraeliti spiritwali se jassoċjaw lilhom infushom mal-​fdal taʼ Iżrael spiritwali u javvanzaw il-​qima t’Alla Jehovah magħhom? Iva.” Uħud bħal dawn ‘saru n-​Netinim, il-​kantanti, u l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun antitipiċi taż-​żmien modern.’

12. Alla kif juża l-​ispirtu tiegħu b’mod speċjali għall-​Iżraeliti spiritwali, imma għala nistgħu nkunu ċerti li huwa disponibbli għall-​adoraturi tiegħu kollha?

12 Bħal fil-​mudell tal-​qedem, Alla jipprovdi l-​ispirtu tiegħu wkoll għal dawn li jittamaw li jgħixu għal dejjem fuq l-​art. Veru, huma ma jitwildux mill-​ġdid. Kull wieħed mill-​144,000 għandu l-​esperjenza singulari li jitwieled mill-​ġdid bħala iben spiritwali t’Alla u jindilek bl-​ispirtu qaddis. (Ġwann 3:3, 5; Rumani 8:16; Efesin 1:13, 14) M’għandniex x’ingħidu, dak id-​dlik huwa manifestazzjoni unika tal-​ispirtu t’Alla għan-​nom tal-​merħla ċ-​ċkejkna. Imma l-​ispirtu t’Alla huwa meħtieġ ukoll biex iwettaq ir-​rieda tiegħu. Għalhekk, Ġesù qal: ‘Il-​Missier fis-​sema jagħti spirtu qaddis lil dawk li qegħdin jistaqsuh.’ (Luqa 11:13) Kemm jekk min jistaqsi għandu t-​tama għas-​sema u kemm jekk hu min-​ngħaġ oħra, l-​ispirtu taʼ Jehovah huwa disponibbli b’mod abbundanti biex iwettaq ir-​rieda Tiegħu.

13. L-​ispirtu kif jistaʼ jopera fuq il-​qaddejja t’Alla kollha ?

13 L-​ispirtu t’Alla qanqal kemm lill-​Iżraeliti u kemm lin-​nies mhux Iżraeliti biex jirritornaw lejn (Ġerusalemm, u jsaħħaħ u jgħin lin-​nies leali tiegħu kollha llum. Kemm jekk it-​tama taʼ Kristjan li tah Alla hija ħajja fis-​sema u kemm jekk hi ħajja fuq l-​art, hu jrid jippriedka l-​aħbar tajba, u l-​ispirtu qaddis igħinu biex ikun leali f’dak. Kull wieħed minna−hi liema hi t-​tama tagħna−għandu jikkultiva l-​frott tal-​ispirtu, li lkoll kemm aħna ninħtieġu f’miżura sħiħa.−Galatin 5:22-26.

Mogħtijin għal Servizz Speċjali

14, 15. (a) Fost in-​nies mhux Iżraeliti li rritornaw, liema żewġ gruppi ssemmew b’mod speċjali? (b) Min kienu n-​Netinim, u x’għamlu?

14 Fost l-​eluf taʼ nies mhux Iżraeliti li l-​ispirtu qanqal biex jirritornaw kien hemm żewġ gruppi żgħar li l-​Kelma t’Alla semmiet b’mod speċjali−in-Netinim u l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun. Min kienu dawn? X’għamlu huma? U dan x’jistaʼ jfisser illum?

15 In-​Netinim kienu grupp li kellhom oriġini mhux Iżraelit u li kellhom il-​privileġġ li jimministraw mal-​Leviti. Ftakar fil-​Kangħaniti minn Gibjon li saru “wħud li jiġbru l-​injam u jtellgħu l-​ilma għall-​assemblea u għall-​artal taʼ Jehovah.” (Ġożwè 9:27) Wisq probabbli xi ħhud mid-​dixxendenti tagħhom kienu fost in-​Netinim li rritornaw minn Babilonja, kif ukoll oħrajn li kienu żdiedu bħala Netinim matul ir-​renju taʼ David u fi żminijiet oħrajn. (Eżra 8:20) X’kienu jagħmlu n-​Netinim? Il-​Leviti ngħataw biex ighinu lill-​qassisin, u wara dan in-​Netinim ingħataw biex igħinu lil-​Leviti. Saħansitra għal stranġieri ċirkonċiżi, dan kien privileġġ.

16. L-​irwol tan-​Netinim kif inbidel maż-​żmien?

16 Meta l-​grupp irritorna minn Babilonja, kien fih ftit Leviti, imqabblin mal-​qassisin jew Netinim u “l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun.” (Eżra 8:15-20) Id-​Dictionary of the Bible, minn Dr. James Hastings, josserva: “Wara xi żmien insibu [lin-Netinim] stabbiliti b’mod tant komplet bħala klassi uffiċċjali sagra, tant li jingħatawlhom privileġġi.” Ir-​rivista letterarja Vetus Testamentum tinnota: “Seħħet bidla. Wara r-​Ritorn mill-​Eżilju, dawn [il-barranin] ma baqgħux jitqiesu bħala rsiera tat-​Tempju, imma bħala ministranti fih, li jgawdu pożizzjoni simili bħal dik taʼ dawk il-​gemgħat l-​oħrajn, li ffunzjonaw fit-​Tempju.”−Ara l-​kaxxa “Pożizzjoni Mibdula.”

17. In-​Netinim għala rċevew iżjed x’jagħmlu, u x’evidenza Biblika hemm taʼ dan?

17 M’għandniex xi ngħidu, in-​Netinim ma sarux ugwali mal-​qassisin u l-​Leviti. Dawn il-​gruppi taʼ l-​aħħar kienu Iżraeliti, li kienu magħżulin minn Jehovah innifsu u ma kinux se jigu maqlugħin ’il barra minn nies li ma kinux Iżraeliti. Madankollu, l-​indikazzjonijiet Bibliċi huma li minħabba għadd imnaqqas taʼ Leviti, in-​Netinim inghataw iktar x’jagħmlu fis-​servizz t’Alla. Ingħataw kwartieri fejn igħammru viċin it-​tempju. Fi żmien Neħemija ħadmu mal-​qassisin fit-​tiswija tal-​ħitan ħdejn it-​tempju. (Neħemija 3:22-26) U s-​sultan tal-​Persja ħareg digriet li n-​Netinim ikunu eżentati mit-​taxxi, l-​istess bħalma kienu l-​Leviti minħabba s-​servizz tagħhom tat-​tempju. (Eżra 7:24) Dan jindika kemm kienu marbutin mill-​qrib dak iż-​żmien dawn ‘l-​uħud mogħtijin’ (Leviti u Netinim) f’affarijiet spiritwali u kif l-​inkarigi tan-​Netinim żdiedu fi qbil mal-​bżonn, għalkemm qatt ma kien magħdudin bħala li kienu Leviti. Meta Eżra iktar tard ġabar eżiljati biex jirritornaw, ebda Leviti ma kienu fosthom inizzjalment. Għalhekk hu intensifika l-​isforzi biex jiġbor xi ftit. Dak irriżulta fi 38 Levita u 220 Netinim li rritornaw biex jaqdu bħala “ministri għad-​dar taʼ Alla tagħna.” −Eżra 8:15-20.

18. L-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun x’aktarx li wettqu liema xogħol?

18 Grupp ieħor taʼ nies mhux Iżraeliti msemmijin b’mod speċjali kienu l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun. Il-​Bibbja tagħti ftit dettalji dwarhom. Xi wħud kienu “l-​ulied subien taʼ Soferet.” Eżra jżid artiklu definit maʼ dak l-​isem, billi jagħmlu Has.so.pheˈreth, li x’aktarx tfisser “l-​iskrib.” (Eżra 2:55; Neħemija 7:57) Huma b’hekk setgħu kienu grupp taʼ skribi jew kopjisti, x’aktarx skribi tat-​tempju jew amministrattivi. Għalkemm taʼ estrazzjoni barranija, l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun urew bil-​prova d-​devozzjoni tagħhom lejn Jehovah billi telqu minn Babilonja u rritornaw biex jieħdu sehem f’li jirrestawraw il-​qima Tiegħu.

Nagħtu Minna Nfusna Llum

19. X’inhi r-​relazzjoni bejn il-​midlukin illum u n-​ngħaġ oħra?

19 Fi żmienna, Alla uża lill-​fdal midlukin b’mod qawwi f’li javvanzaw il-​qima pura u jiddikjaraw l-​aħbar tajba. (Mark 13:10) Kemm ferħu dawn li jaraw għaxriet taʼ eluf, mgijiet taʼ eluf, u mbagħad miljuni taʼ ngħaġ oħra jingħaqdu magħhom fil-​qima! U x’kope-razzjoni li tgħaxxaq kien hemm bejn il-​fdal u n-​ngħaġ oħra!−Ġwann 10:16.

20. Liema fehma ġdida hija raġonevoli rigward xebh għan-​Netinim u għall-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun? (Proverbji 4:18)

20 In-​nies mhux Iżraeliti kollha li rritornaw mill-​eżilju fil-​Babilonja tal-​qedem jixbhu lin-​ngħaġ oħra li issa jaqdu mal-​fdal taʼ Iżrael spiritwali. Xi ngħidu, iżda, dwar il-​fatt li l-​Bibbja ssemmi b’mod speċjali lin-​Netinim u lill-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun? Fil-​mudell in-​Netinim u l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun ingħataw privileġġi akbar minn taʼ dawk in-​nies oħrajn mhux Iżraeliti li rritornaw. Dan jistaʼ jiffigura tajjeb bil-​quddiem li Alla llum estenda privileġġi u dmirijiet miżjudin lil xi ngħaġ oħra maturi u ħabrieka.

21. Xi aħwa rġiel bit-​tama għall-​art kif irċevew dmirijiet u privileġġi miżjudin?

21 Il-​privileġġi miżjudin tan-​Netinim kienu marbutin direttament maʼ attivitajiet spiritwali. L-​ulied subien tal-​qaddejja taʼSalamun milli jidher irċevew responsabbiltajiet amministrattivi. B’mod simili llum, Jehovah bierek lill-​poplu tiegħu b’“għotjiet fi rġiel” biex jieħdu ħsieb tal-​bżonnijiet tiegħu. (Efesin 4:8, 11, 12) Inklużi f’dan il-​provvediment hemm ħafna mijiet t’aħwa rġiel maturi u bl-​esperjenza li jieħdu sehem f’li ‘jirgħu l-​merħliet,’ billi jaqdu bħala indokraturi distrettwali u circuit overseers u f’Kumitati tal-​Fergħat fit-​98 fergħat tal-​Watch Tower Society. (Isaija 61:5) Fil-​kwartieri ġenerali dinjin tas-​Soċjetà, taħt id-​direzzjoni tal-​“prokuratur fidil” u l-​Ġemgħa li Tiggverna tiegħu, irġiel taʼ ħila jirċievu taħriġ biex igħinu f’li jħejju l-​provisti taʼ ikel spiritwali. (Luqa 12:42) Voluntieri oħrajn li ilhom għal bosta snin iddedikati ġew imħarrġin biex joperaw djar u fabbriki taʼ Betel u biex jindokraw proġetti dinjin biex jinbnew faċilitajiet ġodda tal-​fergħat u swali għall-​qima Kristjana. Huma taw servizz eċċellenti bħala mseħbin mill-​qrib tal-​fdal midlukin, li jifformaw parti mis-​saċerdozju rjali.−Qabbel 1 Korintin 4:17; 14:40; 1 Pietru 2:9.

22. Għala huwa xieraq li xi wħud min-​ngħaġ oħra jingħataw responsabbiltajiet tqal issa, u kif għandna nirreaġixxu għal dan?

22 Fi żmien il-​qedem, qassisin u Leviti baqgħu jservu fost il-​Lhud. (Ġwann 1:19) Illum, madankollu, il-​fdal taʼ Iżrael spiritwali fuq l-​art iridu jibqgħu jonqsu. (Agħmel kuntrast maʼ (Ġwann 3:30) Finalment, wara t-​tmiem taʼ Babilonja l-​Kbira, il-​144,000 ‘uħud issiġillati’ kollha se jkunu fis-​sema ghaż-żwieġ tal-​Ħaruf. (Rivelazzjoni 7:1-3; 19:1-8) Imma issa n-​ngħaġ oħra jridu jibqgħu jiżdiedu. Il-​fatt li xi wħud minnhom, imqabblin man-​Netinim u l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun, issa qeghdin jinghataw responsab-biltajiet tqal taht l-​indokrar tal-​fdal midlukin ma jġagħalhomx ikunu prużuntużi jew li jħossuhom indispensabbli. (Rumani 12:3) Dan jagħtina fiduċja li hekk kif in-​nies t’Alla “joħorġu mit-​tribulazzjoni l-​kbira,” se jkun hemm irġiel taʼ esperjenza−“prinċpijiet”− lesti biex ikunu fuq quddiem fost in-​ngħaġ l-​oħra.−Rivelazzjoni 7:14; Isaija 32:1; qabbel Atti 6:2-7.

23. Ilkoll kemm aħna għala għandna nikkultivaw spirtu ġeneruż rigward is-​servizz t’Alla?

23 Dawk kollha li rritornaw minn Babilonja kienu lesti li jaħdmu iebes u jagħtu prova li huma kellhom il-​qima taʼ Jehovah quddiemnett f’moħħom u f’qalbhom. Huwa l-​istess illum. Flimkien mal-​fdal midlukin, ‘stranġieri . . . attwalment iqumu bil-​wieqfa u jirgħu l-​merħliet.’ (Isaija 61:5) Mela hi x’inhi t-​tama li għandna pprovduta minn Alla, u huma x’inhuma l-​privileġġi li jiġu estiżi lil anzjani maħturin bl-​ispirtu qabel il-​jum tal-​ivvindikar taʼ Jehovah f’Armageddon, ejjew ilkoll kemm aħna nikkultivaw spirtu mhux egoist, bnin, u ġeneruż. Fil-​waqt li qatt ma nistgħu nħallsu lura lil Jehovah tal-​benefiċċji grandjużi kollha tiegħu, jalla naħdmu b’ruħna kollha fi kwalunkwe ħaġa li qegħdin nagħmlu fl-​organizzazzjoni tiegħu. (Salm 116:12-14; Kolossin 3:23) B’hekk ilkoll kemm aħna nistgħu nagħtu minna nfusna għall-​qima vera, hekk kif ngħaġ oħra jaqdu fil-​qrib maʼ wħud midlukin, li huma ddestinati li “jaħkmu bħala slaten fuq l-​art.“−Rivelazzjoni 5:9, 10.

[Nota taʼ taħt]

a Paġni 142-8; ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Punti li Trid Tiftakar

◻ Il-​Leviti kif kienu “wħud mogħtijin” f’lżrael tal-​qedem?

◻ Liema nies mhux Iżraeliti rritornaw mill-​eżilju, billi ffiguraw bil-​quddiem lil min?

◻ Liema bidla jidher li seħħet man-​Netinim?

◻ Rigward in-​Netinim u l-​ulied subien tal-​qaddejja taʼ Salamun, liema xebh hu issa apprezzat?

◻ Liema fiduċja tinbet bil-​koperazzjoni bejn il-​midlukin u n-​ngħaġ oħra?

[Kaxxa paġna 13]

POŻLZZJONI MIBDULA

Ħafna dizzjunarji u enċiklopediji tal-​Bibbja jikkummentaw dwar il-​bidliet imġarrbin minn xi wħud min-​nies mbux Iżraeliti li rritornaw mill-​eżiliu. Per eżempju, taħt “Bidla fil-​pożizzjoni tagħhom,” I-Encyclopaedia Biblica tgħid: “Il-​pożizzioni soċiali tagħhom kienet, kif diġà indikat, fl-​istess ħin neċessarjament imgħollija. [In-Netinim] ma jidhrux iżjed bħala rsiera fit-​tifsir strett taʼ dik il-​kelma.” (Edittjat minn Cheyne u Black, it-​III Volum, paġna 3399) F’The Cyclopaedia of Biblical Literature, John Kitto jikteb: “Ma kienx mistenni li ħafna minnhom [in-Netinim] kienu se jirritornaw għal din il-​pożizzioni umli fil-​Palestina . . . Id-​devozzioni volontarja li b’hekk intweriet minn dawn il-​persuni għolliet b’mod konsiderevoli l-​pożizzioni tan-​Netinim.” (It-II Volum, paġna 417) The International Standard Bible Encyclopedia tispjega: “Fid-​dawl taʼ din is-​sħubija u l-​isfond tagħhom fil-​perijodu taʼ Salamun, jistaʼ jiġi mifhum li l-​qaddejja taʼ Salamun kellhom responsabbiltajiet sinjifikanti fit-​tieni tempju.”−Edittjat minn G. W. Bromiley, ir-​4 Volum, paġna 57O.

[Stampa f’paġna 12]

Meta l-​lżraeliti rritornaw biex jibnu mill-​ġdid lil Ġerusalemm, eluf taʼ nies mhux lżraeliti akkumpanjawhom

[Sors]

Pictorial Archive (Near Eastern History) Est.

[Stampa f’paġna 15]

Il-​Kumitat tal-​Fergħa fil-​Korea. Bħalma kienu n-​Netinim tal-​qedem, irġiel min-​ngħaġ oħra għandhom responsabbiltajiet tqal fil-​qima vera llum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja