LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w17 Marzu p. 32
  • Isem Bibliku fuq ġarra antika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Isem Bibliku fuq ġarra antika
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Materjal Simili
  • Il-Qima lil Bagħal—It-Taqbida għall-Qlub taʼ l-Iżraeliti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • L-ewwel sultan taʼ Iżrael
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
w17 Marzu p. 32
Kitba Kangħanija antika fuq ġarra tal-fuħħar li għandha 3,000 sena tirrivela isem Bibliku

Kitba Kangħanija antika fuq ġarra tal-​fuħħar li għandha 3,000 sena tirrivela isem Bibliku

Isem Bibliku fuq ġarra antika

Ġarra tal-fuħħar li għandha 3,000 sena

Fl-​2012, xi arkeoloġi sabu biċċiet żgħar taʼ ġarra tal-​fuħħar li għandhom 3,000 sena. Ir-​riċerkaturi kienu eċċitati ħafna. Għala? Mhux minħabba l-​biċċiet tal-​ġarra imma minħabba l-​kitba li kellhom fuqhom.

Meta l-​arkeoloġi fl-​aħħar għaqqdu l-​biċċiet kollha, huma setgħu jaqraw il-​kitba Kangħanija taʼ fuq il-​ġarra. Din kienet tgħid: “Eshba’al Ben Beda,” li tfisser “Esbagħal, bin Beda.” Din hi l-​ewwel darba li l-​arkeoloġi sabu dan l-​isem miktub fuq oġġett antik.

Raġel ieħor li kien jismu Esbagħal jissemma fil-​Bibbja. Hu kien wieħed minn ulied is-​Sultan Sawl. (1 Kronaki 8:33; 9:39) Il-​professur Yosef Garfinkel, li kien wieħed minn dawk li sabu l-​ġarra, qal: “Hu interessanti li tinnota li l-​isem Esbagħal jidher fil-​Bibbja, u issa anki fir-​rekord arkeoloġiku, biss matul ir-​renju tas-​Sultan David.” Xi wħud jaħsbu li dan l-​isem kien użat biss matul dan il-​perijodu taʼ żmien speċifiku. Dan hu eżempju ieħor taʼ kif l-​arkeoloġija tappoġġja l-​Bibbja!

Fil-​Bibbja, iben Sawl, Esbagħal, jissejjaħ ukoll Is-​boset. (2 Samwel 2:10) Għala “bagħal” ġiet mibdula għal “boset”? Riċerkaturi jispjegaw li l-​kittieb tat-​Tieni Samwel setaʼ evita li juża l-​isem Esbagħal għax kien ifakkar lill-​Iżraelin f’Bagħal, l-​alla tat-​tempesti li kienu jqimu l-​Kangħanin. Madankollu, fil-​ktieb tal-​Ewwel Kronaki fil-​Bibbja, xorta għadna nistgħu nsibu l-​isem Esbagħal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja