Ibżaʼ Minn Jehovah u Igglorifika lill-Isem Qaddis Tiegħu
“Min mhux tassew se jibżaʼ minnek, Jehovah, u jigglorifika lil ismek, għaliex int waħdek leali?”—RIVELAZZJONI 15:4
1, 2. (a) Jehovah kif fetaħ il-kanċelli tal-għarar tas-smewwiet matul l-1991? (b) Liema esperjenza tal-ħajja taʼ missjunarju leali qanqlitu biex jagħti l-parir: “Ibżaʼ minn Jehovah”? (Ara wkoll in-1991 Yearbook, paġni 187-9.)
JEHOVAH ‘fetaħ il-kanċelli tal-għargħar tas-smewwiet-smewwiet u attwalment battal barka sakemm ma kienx hemm iktar bżonn.’ Dawk il-kelmiet jistgħu jiġu applikati għal darba wara l-oħra għax-Xhieda taʼ Jehovah fi żminijiet riċenti. (Malakija 3:10) Per eżempju, matul is-sena taʼ servizz 1991, l-entużjażmu taʼ Xhieda li ġew minn barra u dawk lokali li ġew għall-konvenzjoni far fi sħubija Kristjana f’konvenzjonijiet speċjali li nżammu mal-art kollha—mill-Konvenzjonijiet “Lingwa Pura” fi Buenos Aires fl-Amerka t’Isfel; u f’Manila, f’Taipei, u f’Bangkok fl-orjent; għall-Konvenzjonijiet “Uħud li Jħobbu l-Libertà” f’Budapest, fi Praga, u f’Zagreb (16-18 t’Awissu, 1991) fl-Ewropa tal-Lvant.
2 X’ferħ kien għal delegati minn barra li jiltaqgħu maʼ Xhieda li żammew il-lealtà għal ħafna snin f’dawk il-postijiet! Per eżempju, f’Bangkok, Frank Dewar—li għal xi żmien kien l-uniku pubblikatur tas-Saltna fit-Tajlandja—tkellem dwar it-58 sena taʼ servizz missjunarju tiegħu. L-attivitajiet tiegħu ħaduh mill-gżejjer tal-Paċifiku sal-Asja tax-Xlokk, u saħansitra fiċ-Ċina. Kien iffaċċja perikli minn nawfraġji, annimali selvaġġi fil-ġungli, mard tropikali, u l-ħakma kiefra tal-mexxejja militari Ġappuniżi. Meta ġie mistoqsi x’parir jagħti lil dawk li attendew il-konvenzjoni, it-tweġiba tiegħu kienet waħda sempliċi: “Ibżaʼ minn Jehovah!”
3. Għala għandna nuru biżaʼ t’Alla?
3 “Ibżaʼ minn Jehovah!” Kemm ħu importanti li aħna lkoll nikkultivaw dak il-biżaʼ bnin! “Il-biżaʼ taʼ Jehovah huwa l-bidu tal-għerf.” (Salm 111:10) Dan il-biżaʼ mhux xi twerwir fatali minn Jehovah. Minflok, huwa rispett profond għall-maestà tal-għaġeb u l-kwalitajiet divini tiegħu, ibbażat fuq id-dehen li nirċievu permezz taʼ studju tal-Kelma t’Alla. F’Rivelazzjoni 15:3, 4, il-għanja taʼ Mosè u tal-Ħaruf tiddikjara: ”Kbar u tal-għaġeb huma x-xogħlijiet tiegħek, Alla Jehovah, li Tistaʼ Kollox. Taʼ tjieba u veri huma mogħdijietek, Sultan tal-eternità. Min mhux tassew se jibżaʼ minnek, Jehovah, u jigglorifika lil ismek, għaliex int waħdek leali?” B’lealtà lejn l-adoraturi tiegħu, Jehovah għandu‘ktieb taʼ tfakkira . . . miktub quddiemu għal dawk fil-biżaʼ taʼ Jehovah u għal dawk li qegħdin jaħsbu fuq ismu.’ Huma jiġu ppremjati b’ħajja taʼ dejjem.—Malakija 3:16; Rivelazzjoni 20:12, 15.
Biżaʼ Minn Alla Jittrijonfa
4. Liema ħelsien tal-qedem għandu jinkuraġġina biex nibżgħu minn Jehovah?
4 Meta Iżrael immarċja‘l barra mill-Eġittu taʼ Farawni, Mosè wera b’mod ċar li kien jibżaʼ biss minn Jehovah. Malajr, l-Iżraeliti nqabdu bejn il-Baħar l-Aħmar u l-armata militari qerrieda tal-Eġittu. X’setgħu jagħmlu? “Mosè qal lill-poplu: ‘Tibżgħux. Żommu sodi u araw is-salvazzjoni taʼ Jehovah, li ħu se jwettaq għalikom illum. Għax lill-Eġizzjani li lilhom intom qegħdin taraw illum m’intomx se terġgħu tarawhom, le, qatt iktar. Jehovah innifsu se jiġġieled għalikom, u intom infuskom se tkunu siekta.”ˈ B’mod mirakoluż, Jehovah feraq l-ilmijiet. L-Iżraeliti mmarċjaw minn fuq qiegħ il-baħar. Imbagħad l-ilmijiet niżlu b’saħħa ’isfel mill-ġdid. L-armata taʼ Farawni għabet. Jehovah salva lil dak il-ġens li kellu l-biżaʼ t’Alla, waqt li fl-istess ħin esegwixxa ġudizzju fuq l-Eġittu li kien jiddiżonora lil Alla. Bl-istess mod il-lum, se jesebixxi l-lealtà tiegħu billi jeħles mid-dinja taʼ Satana lix-Xhieda tiegħu li jibżgħu minn Alla.—Eżodu 14:13, 14. Rumani 15:4.
5, 6. Liema ġrajjiet fi żmien Ġożwè juru li għandna nibżgħu minn Jehovah minflok mill-bnedmin?
5 Wara l-Eżodu mill-Eġittu, Mosè bagħat 12-il spija fl-Art Imwiegħda. Għaxra minnhom twerwru meta raw l-abitanti qishom ġganti u pprovaw jaqtgħu qalb Iżrael milli jidħlu fl-art. Imma t-tnejn l-oħra, Ġożwè u Kaleb, irrapportaw: “Hija art tajba ħafna, ħafna. Jekk Jehovah ha pjaċir bina, allura żgur li se jdaħħalna ġewwa din l-art u jagħtiha lilna, art li qiegħda tnixxi bil-ħalib u l-għasel. Biss kontra Jehovah tirvellawx; u intom, tibżgħux min-nies tal-art, għax huma ħobż għalina. Il-kenn tagħhom dar lil hinn minn fuqhom, u Jehovah qiegħed magħna. Tibżgħux minnhom.”−Numri 14:7-9.
6 Madankollu, dawk l-Iżraeliti ċedew għall-biżaʼ tal-bniedem. Bħala riżultat, huma qatt ma waslu fl-art tal-wegħda. Imma Ġożwè u Kaleb, flimkien ma ġenerazzjoni ġdida taʼ Iżraeliti, kienu pprivileġġjati li jidħlu f’dik l-art mill-aqwa u li jikkultivaw id-dwieli u l-imsaġar taż-żebbuġ tagħha. Fid-diskors tiegħu qabel mewtu lill-poplu miġbur taʼ Iżrael, Ġożwè ta dan il-parir: “Ibżgħu minn Jehovah u aqduh mingħajr ħtija u fil-verità.” U Ġożwè żied: “[I]nkwantu għalija u għal taʼ dari, aħna se naqdu lil Jehovah.” (Ġożwè 24:14 15) Xi kliem inkuraġġanti għall-kapijiet tal--familja u għall-oħrajn kollha li jibżgħu minn Jehovah hekk kif nippreparaw biex naqsmu għal ġod-dinja ġdida taʼ tjieba t’Alla!
7. David kif enfasizza l-importanza tal-biżaʼ t’Alla?
7 David ir-ragħaj żagħżugħ ukoll wera biżaʼ eżemplari minn Jehovah meta sfida lil Gulija f’isem Alla. ( 1 Samwel 17:45, 47) Fuq is-sodda tal-mewt tiegħu, David setaʼ jiddikjara: “L-ispirtu taʼ Jehovah kien li tkellem permezz tiegħi, u l-kelma tiegħu kienet fuq ilsieni. Dak Alla taʼ Iżrael qal, lili kellem il-Blata taʼ Iżrael,‘Meta wieħed li qiegħed jaħkem fuq l-umanità huwa twajjeb, qiegħed jaħkem fil-biżaʼ t’Alla, allura dan huwa bħad-dawl taʼ fil-għodu, meta x-xemx tiddi, għodwa min-għajr sħab.”ˈ (2 Samwel 23:2-4) Dan il-biżaʼ t’Alla nstab nieqes b’mod li jispikka fost il-mexxejja taʼ din id-dinja, u kemm ħu traġiku r-riżultat! Kemm se jkun differenti meta Ġesù, “Bin David,” jaħkem fuq l-art fil-biżaʼ taʼ Jehovah!—Mattew 21:9.
Aġir fil-Biżaʼ taʼ Jehovah
8. Ġuda kif kellu prosperità taħt Ġeħosafat, billi jindika liema ħaġa għal-lum?
8 Wara xi mitt sena mill-mewt taʼ David Ġeħosafat sar sultan f’Ġuda. Għal darb’oħra dan kien sultan li qeda fil-biżaʼ taʼ Jehovah. Hu rrestawra l-ordni teokratiku f’Ġuda, billi qiegħed imħallfin mal-art kollha, u tahom dawn l-istruzzjonijiet: “Ma hux għall-bniedem li tiġġudikaw imma ħu għal Jehovah; u ħu qiegħed magħkom fil-kwistjoni taʼ ġudizzju. U issa ħallu t-tkexkix taʼ Jehovah jiġi li jkun fuqkom. oqogħdu attenti u aġixxu, għax maʼ Jehovah Alla tagħna ma hemm l-ebda nuqqas taʼ tjieba jew parzjalità jew teħid taʼ tixħim.... Dan huwa kif għandkom tagħmlu fil-biżaʼ taʼ Jehovah bil-fedeltà u b’qalb sħiħa.” (2 Kronaki 19:6-9) B’hekk, Ġuda kellu prosperità fil-biżaʼ taʼ Jehovah, l-istess bħalma l-poplu t’Alla jibbenefika mis-servizz taʼ indokraturi kollhom mogħdrija llum.
9, 10. Ġeħosafat kif ittrijonfa fil-biżaʼ taʼ Jehovah?
9 Madankollu, Ġuda kellu l-għedewwa. Dawn kienu determinati li jeqirduh lill-ġens t’Alla. Il-forzi militari magħqudin taʼ Ammon, Moab, u l-Muntanja Seir daħlu f’daqqa f’territorju Ġudean u heddew lil Ġerusalemm. Kienet armata setgħana. Ġeħosafat dar lejn Jehovah fit-talb waqt li “dawk kollha taʼ Ġuda kienu bil-wieqfa quddiem Jehovah, saħansitra ż-żgħar tagħhom, in-nisa tagħhom u wliedhom subien.” Imbagħad, bi tweġiba għal dik it-talba, l-ispirtu taʼ Jehovah ġie fuq Ġaħażjel il-Levita, li qal: “Hawn ħu dak li qalilkom Jehovah, ‘Tkunux beżgħanin jew imwerwrin minħabba f’din il-folla mdaqqsa; għax il-battalja mhix tagħkom, imma t’Alla. Għada inżlu kontra tagħhom.... Mhux se jkollkom bżonn tiġġieldu din id-darba. Ħudu postkom, ieqfu dritti u araw is-salvazzjoni taʼ Jehovah għan-nom tagħkom. O Ġuda u Ġerusalemm, tkunux beżgħanin jew imwerwrin. Għada oħorġu kontra tagħhom, u Jehovah se jkun magħkom.”—2 Kronaki 20:5-17.
10 Il-għada fil-għodu, l-irġiel taʼ Ġuda qamu kmieni. Hekk kif ħarġu b’mod ubbidjenti biex jiltaqgħu mal-għadu, Ġeħosafat qam bil-wieqfa u qal: “Isimgħuni, o Ġuda u intom l-abitanti taʼ Ġerusalemm! Qiegħdu fidi f’Jehovah Alla tagħkom biex tistgħu tagħtu prova li ddumu żmien twil. Qiegħdu fidi fil-profeti tiegħu u b’hekk tiksbu suċċess.” Quddiem l-irġiel armati, kien hemm il-għannejja taʼ Jehovah li kantaw f’kor: “Agħtu tifħir lil Jehovah, għax għal żmien indefinit hija l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.” Jehovah esprima dik il-qalb tajba bl-imħabba billi tafaʼ lis-suldati tal-għadu f’konfużjoni kbira u bdew jeqirdu lil xulxin. Hekk kif l-irġiel taʼ Ġuda waslu fit-torri tal-għassa fid-deżert, l-iġsma mejta tal-għedewwa biss kien baqaʼ.—2 Kronaki 20:20-24.
11. Rigward il-biżaʼ, il-ġnus kif inhuma differenti mill-poplu t’Alla?
11 Meta l-ġnus ġirien semgħu dwar dan il-ħelsien mirakoluż, “[i]t-tkexkix t’Alla” waqaʼ fuqhom. Mill-banda l-oħra, il-ġens li obda fil-biżaʼ taʼ Jehovah issa kellu “mistrieħ maʼ kullimkien.” (2 Kronaki 20:29, 30) B’mod simili, meta Jehovah jesegwixxi ġudizzju f’Armageddon, il-ġnus se jitkexkxu minn Alla u mill-Esekutur tal-ħaqq tiegħu, Ibnu, Ġesù Kristu, u mhux se jkunu jistgħu jżommu weqfin fil-jum il-kbir taʼ korla divina.—Rivelazzjoni 6:16-17.
12. Il-biżaʼ minn Jehovah kif ġie ppremjat fiz-żmien taʼ qabel?
12 Biżaʼ bnin minn Jehovah iġib premji għonja. Noè “wera biżaʼ t’Alla u bena arka biex isalva lin-nies taʼ daru.” (Ebrej 11:7) U rigward il-Kristjani tal-ewwel seklu, insibu miktub li, wara perijodu taʼ persekuzzjoni, il-kongregazzjoni “daħlet f’perijodu taʼ paċi, billi kienet mibnija; u fil-waqt li mxiet fil-biżaʼ taʼ Jehovah u fil-faraġ tal-ispirtu qaddis baqgħet timmoltiplika”−sewwa sew kif qiegħda tagħmel fl-Ewropa tal-Lvant illum.—Atti 9:31.
Ħobb it-Tajjeb, Obgħod il-Ħażen
13. Kif biss nistgħu nġarrbu l-barka taʼ Jehovah?
13 Jehovah huwa kollu kemm ħu tajjeb. Għaldaqstant, “il-biżaʼ taʼ Jehovah ifisser li tobgħod il-ħażen.” (Proverbji 8:13) Inkiteb dwar Ġesù: “Int ħabbejt it-tjieba, u inti bgħadt in-nuqqas taʼ ħarsien tal-liġi. Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek, dilkek biż-żejt tal-ferħ.” (Ebrej 1:9) Jekk aħna, bħal Ġesù, nixtiequ l-barka taʼ Jehovah, irridu nistmerru l-ħażen, l-immoralità, il-vjolenza, u r-regħba tad-dinja mkabbra taʼ Satana. (Qabbel Proverbji 6:16-19.) Irridu nħobbu dak li jħobb Jehovah u nobogħdu dak li jobgħod ħu. Irridu nibżgħu nagħmlu xi ħaġa li ma togħġobx lil Jehovah.“Fil-biżaʼ taʼ Jehovah wieħed idur lil hinn mill-ħażen.”−Proverbji 16:6.
14. Ġesù kif jipprovdilna mudell?
14 Ġesù ħallielna mudell biex insegwu l-passi tiegħu mill-qrib.“Meta kien qed jiġi nsultat, ma marx jinsulta lura. Meta kien qed ibati, ma marx ihedded, imma baqaʼ jikkommetti ruħu lil dak li jiġġudika bit-tjieba.” ( 1 Pietru 2:21-23) Fil-biżaʼ taʼ Jehovah, aħna wkoll nistgħu nissaportu t-tmaqdir, it-twaqqigħ għaċ-ċajt, il-persekuzzjonijiet, li d-dinja taʼ Satana titfaʼ fuqna bil-gzuz.
15. Għala għandna nibżgħu minn Jehovah min-flok minn dawk li jistgħu joqtlu l-ġisem?
15 F’Mattew 10:28, Ġesù jammonina: ”[I]s-sirux beżgħanin minn dawk li joqtlu l-ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-ruħ; imma minflok ibżgħu minn dak li jistaʼ jeqred kemm lir-ruħ u kemm lill-ġisem f’Geħenna.” Saħansitra jekk wieħed li jibżaʼ minn Jehovah jiġi maqtul mill-għadu, il-weġgħat tal-mewt huma biss tal-mument. (Ħosea 13:14) Mal-irxoxt tiegħu, se jkun jistaʼ jgħid: “Mewt, fejn hi r-rebħa tiegħek? Mewt, fejn hi t-tingiża tiegħek?”−1 Korintin 15:55.
16. Ġesù kif wera biżaʼ minn Jehovah u gglorifikah
16 Ġesù nnifsu jipprovdi eżempju splendidu għal dawk kollha li jħobbu t-tjieba taʼ Jehovah u jobogħdu dak li ħu ħażin. Il-biżaʼ tiegħu minn Jehovah ħu rifless fil-kliem finali tiegħu lid-dixxipli tiegħu, kif insibuh fi Ġwann 16:33: “Jien għedtilkom dawn l-affarijiet biex permezz tiegħi jistaʼ jkollkom il-paċi. Fid-dinja qed ikollkom tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien ikkonkwistajt id-dinja.” Ir-rakkont taʼ Ġwanni jkompli: “Ġesù tkellem dawn l-affarijiet, u, billi rafaʼ għajnejh lejn is-sema, qal:‘Missier, is-siegħa ġiet; igglorifika lil ibnek, biex ibnek jistaʼ jigglorifika lilek . . . Urejt ismek lill-bnedmin li tajtni mid-dinja.”ˈ—Ġwann 17:1-6.
Ibżaʼ Minn Jehovah u Faħħru
17. B’liema modi nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ
17 Nistgħu aħna llum nimitaw l-eżempju kuraġġuz taʼ Ġesù? Ċertament li nistgħu fil-biżaʼ taʼ Jehovah! Ġesù għarrafna l-isem illustri u l-kwalitajiet taʼ Jehovah. Billi nibżgħu minn Jehovah bħala l-Mulej Sovran tagħna, aħna neżaltawh wisq ’il fuq mill-allat l-oħrajn kollha, inkluża t-Trinità mistika u bla isem tal-Kristjaneżmu. Ġesù qeda lil Jehovah b’biżaʼ bnin, billi rrifjuta li jiġi maqbud fin-nassa tal-biżaʼ tal-bniedem mortali. “Fil-jiem tal-laħam tiegħu Kristu offra tħannin u wkoll petizzjonijiet lil Dak li setaʼ jsalvah mill-mewt, b’għajjat qawwi u dmugħ, u kien mismugħ b’favur minħabba l-biżaʼ tiegħu minn Alla.” Bħal Ġesù, jalla aħna wkoll nibżgħu minn Jehovah hekk kif inkomplu nitgħallmu l-ubbidjenza mill-affarijiet li nsofru—dejjem bis-salvazzjoni taʼ dejjem bħala l-mira tagħna.—Ebrej 5:7-9.
18. Kif nistgħu nagħtu lil Alla servizz sagru bil-biżaʼ t’Alla?
18 Iktar tard f’dik l-ittra lill-Kristjani Ebrej, Pawlu jeżorta lill-Kristjani midlukin: “Billi naraw li għandna nirċievu saltna li ma tistax tiġi mċaqalqa, ejjew inkomplu jkollna l-qalb tajba mhix mistħoqqa, li permezz tagħha nistgħu b’mod aċċettabbli nagħtu servizz sagru lil Alla bil-biżaʼ t’Alla u bl-istagħġib.” Illum, il-“folla kbira” jieħdu sehem f’dak is-servizz sagru. U f’liema ħaġa jikkonsisti? Wara li jiddiskuti l-qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Jehovah f’li pprovda s-sagrifiċċju taʼ Ibnu, Ġesù Kristu, Pawlu jgħid: “Permezz tiegħu ejjew dejjem noffru‘l Alla sagrifiċċju taʼ tifħir, jiġifieri, il-frott tax-xofftejn li jagħmlu dikjarazzjoni pubblika għal ismu.” (Ebrej 12:28; 13:12, 15) B’apprezzament lejn il-qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Jehovah, għandna nkunu rridu niddedikaw kull siegħa possibbli għas-servizz sagru tiegħu. Bħala mseħbin leali tal-Kristjani midlukin li baqaʼ, il-folla kbira llum qegħdin iwettqu l-parti l-kbira taʼ dak is-servizz. Dawn jattribwixxu s-salvazzjoni lil Alla u lil Kristu, hekk kif jinsabu weqfin b’mod figurattiv quddiem it-tron t’Alla, billi ”jagħtuh servizz sagru lejl u nhar.”−Rivelazzjoni 7:9, 10, 15.
Igglorifika lil Jehovah għall-Eternità
19, 20. Liema żewġ għamliet taʼ biżaʼ se jkunu jidhru fil-”jum taʼ Jehovah”?
19 Il-jum glorjuż tal-ivvindikar taʼ Jehovah qed joqrob bil-ħeffa! “Hares! ġej il-jum li qiegħed jaqbad bħall-forn, u l-prużuntużi kollha u dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-ħażen iridu jsiru bħal tiben. U l-jum li ġej ċertament li se jiblagħhom,’ qal Jehovah tal-armati.” Dak iż-żmien katastrofiku ħu “l-jum il-kbir u tal-biżaʼ taʼ Jehovah.” (Malakija 4:1, 5) Se jnissel “terrur” fil-qlub tan-nies mill-agħar, u dawn “bl-ebda mod ma se jaħarbu.” —Ġeremija 8:15; 1 Tessalonkin 5:3.
20 In-nies taʼ Jehovah, madankollu, huma mnebbħin minn għamla differenti taʼ biżaʼ. L-anglu fdat b”ˈaħbar tajba taʼ dejjem” għaj-tilhom b’vuċi għolja, billi qal: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għaliex is-siegħa tal-ġudizzju minnu waslet.” (Rivelazzjoni 14:6, 7) Aħna se nħarsu bi stagħġib b’dak il-ġudizzju hekk kif is-sħana taqbad t’Armageddon tixwi lid-dinja taʼ Satana. Biżaʼ bnin minn Jehovah se jitnaqqax b’mod li ma jitħassarx fuq qlubna. Jalla niġu ffavoriti f’dak iż-żmien li nsibu lilna nfusna fost‘dawk salvati li sejħu isem Jehovah’!—Ġojeli 2:31, 32; Rumani 10:13.
21. Il-biżaʼ taʼ Jehovah se jwassal għal liema barkiet?
21 Barkiet meraviljużi se jiġu wara, inklużi “snin taʼ ħajja” li jestendu sal-eternità kollha! (Proverbji 9:11; Salm 37:9-11, 29) Għalhekk, kemm jekk it-tama tagħna hi biex nirtu s-Saltna jew biex naqdu fil-qasam tagħha fuq l-art, ejjew inkomplu issa nagħtu lil Alla servizz sagru bil-biżaʼ t’Alla u bl-istagħġib. Ejjew inkomplu nigglorifikaw lill-isem qaddis tiegħu. U b’liema riżultat imbierek? Ringrazzjament għal dejjem li daħhalna f’qalbna l-parir għaqli li dejjem nibżgħu minn Jehovah!
Kif Twieġeb Int?
◻ X’ifisser “il-biżaʼ taʼ Jehovah”?
◻ Il-biżaʼ t’Alla kif ibbenefika lill-poplu tiegħu tal-qedem?
◻ Liema mudell taʼ biżaʼ t’Alla ħallielna Ġesù?
◻ Kif nistgħu aħna nżommu integrità fil-biżaʼ taʼJehovah?