LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 3 pp. 6-7
  • Is-saħħa emozzjonali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-saħħa emozzjonali
  • Stenbaħ!—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IR-​RABJA
  • IL-​GRATITUDNI
  • PRINĊIPJI OĦRA MILL-​BIBBJA
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • “Id-dehen ta’ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Nistaʼ Nikkontrolla l-Emozzjonijiet Tiegħi?
    Stenbaħ!—2005
  • Kif tistaʼ tikkontrolla r-rabja?
    Għajnuna għall-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 3 pp. 6-7
Nies huma nervużi waqt li qed jistennew biex iħallsu fi growser, imma mara u t-tifla żgħira tagħha jibqgħu kalmi

Is-saħħa emozzjonali

Il-​Bibbja twissi kontra emozzjonijiet li huma taʼ ħsara u tinkuraġġina biex niżviluppaw emozzjonijiet li huma taʼ benefiċċju għalina.

IR-​RABJA

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan.”—Proverbji 16:32.

XI JFISSER DAN: Aħna nibbenefikaw meta niżviluppaw is-​saħħa biex nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna. Kultant, ilkoll nistgħu nirrabjaw għal raġuni tajba, imma jekk ma nikkontrollawx ir-​rabja tagħna, din tistaʼ tagħmel ħsara kbira. Riċerkaturi moderni jgħidu li fis-​saħna tal-​mument, nies irrabjati spiss jgħidu jew jagħmlu affarijiet u wara jiddispjaċihom.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Tgħallem ikkontrolla r-​rabja qabel ir-​rabja tikkontrolla lilek. Waqt li xi nies jaħsbu li rabja mhix ikkontrollata hi sinjal li int b’saħħtek, inkunu għaqlin jekk nirrikonoxxu li dan hu fil-​fatt sinjal li int dgħajjef. Il-​Bibbja tgħid: “Bħal belt minfuda, mingħajr sur, hu l-​bniedem li ma jrażżanx l-​ispirtu tiegħu.” (Proverbji 25:28) Mod prattiku biex tikkontrolla r-​rabja tiegħek hu billi jkollok il-​fatti kollha qabel taġixxi. “Id-​dehen taʼ bniedem itaffilu r-​rabja tiegħu.” (Proverbji 19:11) Nagħmlu tajjeb jekk nisimgħu ż-​żewġ naħat taʼ kwistjoni u mhux biss qanpiena waħda. Dan jistaʼ jgħinna nsiru nafu l-​affarijiet aħjar u forsi jgħinna nikkalmaw.

IL-​GRATITUDNI

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Uru li intom grati.”—Kolossin 3:15.

XI JFISSER DAN: Jintqal li persuna grata biss tistaʼ tkun ferħana. Anki xi nies li b’mod traġiku tilfu lil xi ħadd fil-​mewt jew tilfu xi ħaġa prezzjuża jaqblu maʼ dan. Huma qalu li s-​sigriet biex ikampaw mal-​emozzjonijiet tagħhom hu li jiffokaw fuq l-​affarijiet li huma grati għalihom u mhux fuq dawk li tilfu.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Kull jum, agħmel lista tal-​affarijiet li int grat għalihom. Dawn m’għandhomx għalfejn ikunu affarijiet kbar. Immedita dwar affarijiet żgħar, bħax-​xena mill-​isbaħ meta tkun tielaʼ x-​xemx, fuq konversazzjoni sabiħa maʼ xi ħadd li tħobb, jew li sempliċiment għandek ġurnata oħra taʼ ħajja. Jekk tieħu l-​ħin biex tinnota u tapprezza dawn l-​affarijiet sbieħ, is-​saħħa emozzjonali tiegħek tistaʼ tmur għall-​aħjar.

Jistaʼ jkun taʼ benefiċċju kbir jekk taħseb dwar għala int grat għall-​familja u l-​ħbieb tiegħek. Meta tidentifika dak li tapprezza f’persuna, għidilha. Tistaʼ tagħmel dan wiċċ imb’wiċċ, b’ittra, b’e-​mail, jew b’messaġġ. Aktarx li dan se jsaħħaħ ir-​relazzjoni taʼ bejnietkom u se tesperjenza l-​ferħ li jiġi meta tagħti.—Atti 20:35.

PRINĊIPJI OĦRA MILL-​BIBBJA

Omm tismaʼ awdjo rekording tal-Bibbja hekk kif titwi l-ħwejjeġ tat-tifla żgħira tagħha

Tistaʼ tiddawnlowdja rekordings bl-awdjo tal-Bibbja bl-Ingliż jew b’xi 40 lingwa oħra minn fuq jw.org

ITLAQ META JKUN HEMM ARGUMENT.

“Il-​bidu tal-​ġlied hu bħal xi ħadd li jħalli l-​ilmijiet joħorġu; mela qabel ma tfaqqaʼ t-​tilwima, warrab.”—PROVERBJI 17:14.

EVITA LI TINKWIETA BLA BŻONN DWAR IL-​FUTUR.

“Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada, għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-​ħażen tagħha.”—MATTEW 6:34.

TIRREAĠIXXIX FUQ KIF TĦOSSOK DAK IL-​MUMENT IMMA AĦSEB SEW QABEL TAGĦMEL XI ĦAĠA.

“L-​abbiltà li taħseb tibqaʼ tgħasses fuqek, u d-​dixxerniment iħarsek.”—PROVERBJI 2:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja