LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 8/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Fittex lil Jehovah Qabel Jum il-Korla Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Fittex lil Ġeħova qabel ma jiġi jum ir-rabja tiegħu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Min Se Jaħrab miż-“Żmien taʼ Niket”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Sofonija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 8/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Tfisser il-​kelma “forsi” f’Sofonija 2:3 li l-​qaddejja t’Alla ma jistgħux ikunu ċerti jekk hux se jirċievu l-​ħajja taʼ dejjem?

Din l-​iskrittura taqra hekk: “Fittxu l-​Mulej ilkoll, intom, l-​umli taʼ l-​art, li tagħmlu ordnijietu; fittxu l-​ġustizzja, fittxu l-​umiltà: biex forsi f’jum il-​korla tal-​Mulej ikollkom fejn tistkennu.” Dan il-​vers għala jgħid “forsi”?

Sabiex nifhmu kif Ġeħova se jittratta maʼ l-​uħud leali f’Armageddon, ikun t’għajnuna jekk niftakru x’tgħallem il-​Bibbja dwar dak li se jagħmel Alla għal min imut qabel dak iż-​żmien taʼ ġudizzju. Xi wħud se jesperjenzaw irxoxt għal ħajja immortali fis-​sema, filwaqt li oħrajn se jiġu rxoxtati bil-​prospett li jgħixu għal dejjem f’Ġenna taʼ l-​art. (Ġwanni 5:​28, 29; 1 Korintin 15:​53, 54) Jekk Ġeħova jiftakar u jippremja lill-​uħud leali li jmutu qabel Armageddon, hu żgur li se jagħmel l-​istess mal-​qaddejja tiegħu li jkunu ħajjin f’jum il-​korla tiegħu.

Il-kliem ispirat taʼ l-​appostlu Pietru huwa inkuraġġanti wkoll. Hu kiteb: “Lil Noè, predikatur tal-​ġustizzja, [Alla] żammu qawwi u sħiħ maʼ sebgħa oħrajn meta ġab dilluvju fuq dinja taʼ nies bla devozzjoni lejn Alla; u billi għamel irmied il-​bliet taʼ Sodoma u Gomorra, ikkundannahom, . . . u ħeles lil Lot, raġel sewwa . . . Ġeħova jaf kif jeħles mit-​tiġrib lil dawk li huma devoti lejh, imma jżomm lil dawk li huma inġusti għall-​qtugħ f’jum il-​ġudizzju.” (2 Pietru 2:​5-9) Għalkemm fl-​imgħoddi Ġeħova ġab qerda fuq il-​ħżiena, hu żamm ħajjin lil Noè u lil Lot, li qdewh lealment. Bl-​istess mod, Ġeħova se jsalva nies li għandhom devozzjoni lejh meta jġib qerda fuq il-​ħżiena f’Armageddon. “Folla kbira” taʼ nies ġusti se jibqgħu ħajjin.​—Rivelazzjoni 7:​9, 14.

Milli jidher, għalhekk, il-​kelma “forsi” f’Sofonija 2:3 ma tintużax minħabba xi inċertezza dwar l-​abbiltà t’Alla li jżomm ħajjin lil dawk li għandhom l-​approvazzjoni tiegħu. Minflok, huwa biss meta individwu jibda jfittex il-​ġustizzja u l-​umiltà, li jkollu l-​probabbiltà li jsib fejn jistkenn f’jum il-​korla taʼ Ġeħova. Sabiex jinżamm ħaj, l-​individwu jrid jibqaʼ jfittex l-​umiltà u l-​ġustizzja.​—Sofonija 2:3.

[Stampa f’paġna 31]

“Ġeħova jaf kif jeħles mit-​tiġrib lil dawk li huma devoti lejh”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja