LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 8/15 p. 19
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Il-lealtà tagħna twassalna biex ikollna l-approvazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Minn Skroll għal Kodiċi—Kif il-Bibbja Saret Ktieb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġeftaħ Iżomm il-Wegħda Tiegħu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 8/15 p. 19

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• L-Iskrittura Griega Kristjana b’liema erbaʼ modi tuża l-​kelma “kongregazzjoni”?

Is-​sens primarju huwa l-​grupp kollu taʼ Kristjani midlukin (xi testi jinkludu lil Kristu). Drabi oħra, il-​frażi “l-​kongregazzjoni t’Alla” tapplika għall-​Kristjani kollha li jgħixu fi żmien partikulari. It-​tielet sens japplika għall-​Kristjani kollha f’parti ġeografika. Fl-​aħħarnett, it-​terminu jistaʼ japplika għal dawk li jifformaw kongregazzjoni lokali.​—4/15, paġni 21-3.

• Alla meta se jieqaf isejjaħ lill-​Kristjani individwali għat-​tama fis-​sema?

Il-​Bibbja ma tagħtix tweġiba preċiża. Il-​Kristjani bdew jissejħu fit-​33 E.K. u komplew jissejħu fiż-​żmien modern. Wara l-​1935, ix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli beda jiffoka prinċipalment fuq il-​ġbir tal-​folla l-​kbira. Xi wħud li tgħammdu wara l-​1935 kellhom xiehda mill-​ispirtu qaddis li huma kellhom it-​tama għas-​sema, u għaldaqstant ma nistgħux inpoġġu data speċifika dwar meta se tintemm dik is-​sejħa. Dawk li huma verament mill-​midlukin m’għandhomx spirtu t’Alla iktar minn oħrajn, u lanqas ma jistennew xi trattament speċjali. Hi x’inhi t-​tama tagħhom, il-​Kristjani għandhom bżonn ikunu leali u jibqgħu jagħmlu r-​rieda t’Alla.​—5/1, paġni 30-1.

• Meta Ġeftaħ għamel il-​wegħda tiegħu, kien lest li joffri lil bintu bħala sagrifiċċju tal-​ħruq lil Alla?

Le. Ġeftaħ ried ifisser li kien se jiddedika lil dik il-​persuna li ltaqgħet miegħu għas-​servizz esklużiv t’Alla, provvediment tal-​Liġi Mosajka. (1 Samwel 2:​22) Sabiex twettaq il-​wegħda, bint Ġeftaħ baqgħet taqdi fit-​tabernaklu, sagrifiċċju kbir għax kien ifisser li qatt ma kienet se tiżżewweġ.​—5/15, paġni 9-​10.

• Liema rwol kellu l-​kodiċi fil-​Kristjanità tal-​bidu?

Jidher li l-​Kristjani kienu jużaw l-​iktar ir-​romblu, jew l-​iskroll, għallinqas sa madwar l-​aħħar taʼ l-​ewwel seklu E.K. Matul is-​seklu taʼ wara, kien hemm battalja bejn dawk li kienu jippromwovu l-​kodiċi u dawk li kienu jippromwovu l-​iskroll. L-​esperti jemmnu li l-​użu tal-​kodiċi mill-​Kristjani kellu rwol importanti f’li jiġi aċċettat kullimkien.​—6/1, paġni 14-​15.

• X’inhu l-​Kalendarju taʼ Geżer?

Dan huwa tavla żgħira tal-​ġebel tal-​ġir li nstab fl-​1908 fil-​post fejn kien hemm il-​belt taʼ Geżer. Ħafna jaħsbu li tifel taʼ l-​iskola kiteb it-​tavla bħala parti t’eżerċizzju. Fuq it-​tavla hemm verżjoni simplifikata tas-​sena agrikola, jew taċ-​ċiklu, li jibda bix-​xahar tal-​ġbir li jikkorrispondi maʼ Settembru/Ottubru. Diversi prodotti tar-​rabaʼ u attivitajiet agrikoli huma msemmijin ukoll.​—6/15, paġna 8.

• Xi jfisser li wieħed jidneb kontra l-​ispirtu qaddis?

Huwa possibbli li wieħed jidneb kontra l-​ispirtu qaddis, dnub li ma jinħafirx. (Mattew 12:31) Alla jiddetermina jekk inkunux wettaqna dnub li ma jinħafirx jew le, u hu jistaʼ jneħħi l-​ispirtu tiegħu minn fuqna. (Salm 51:13 [51:​11, NW]) Jekk ninsabu mnikktin profondament minħabba xi dnub li nkunu wettaqna, x’aktarx li aħna verament indimna, u għalhekk ma dnibniex kontra l-​ispirtu qaddis.​—7/15, paġni 16-​17.

• Minkejja li kien sar jaf lil David iktar qabel, is-​Sultan Sawl għala staqsa bin min kien David? (1 Samwel 16:22; 17:58)

Sawl ma kienx biss interessat f’li jkun jaf x’jismu missier David. Wara li ra lil David bħala raġel taʼ fidi u kuraġġ li kien għadu kif għeleb lil Gulija, Sawl xtaq li jkun jaf x’tip taʼ raġel hu dak li kien rabba lil dan iż-​żagħżugħ. Sawl setaʼ kellu f’moħħu li jżid lil Ġesse jew lil membri oħrajn mill-​familja tiegħu fl-​armata.​—8/1, paġna 31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja