LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 8/1 pp. 3-6
  • Miljuni li Issa Mejtin Se Jerġgħu Jgħixu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Miljuni li Issa Mejtin Se Jerġgħu Jgħixu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Lażżru, Oħroġ!”
  • Dan Veru Ġara?
  • ‘Alla Se Jkollu Xenqa’
  • Tama Ċerta Għall-Mejtin
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • Tama Vera għall-​Maħbubin Tiegħek li Mietu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • “Ħuk Iqum”!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 8/1 pp. 3-6

Miljuni li Issa Mejtin Se Jerġgħu Jgħixu

MILJUNI li issa mejtin se jerġgħu jgħixu—x’tama li tqanqal il-​qalb! Imma hija, rejalistika? Kemm iddum int biex tikkonvinċi ruħek? Biex temmen f’xi wegħda, int teħtieġ li tkun żgur li min qed jagħmel il-​wegħda huwa kemm lest kif ukoll kapaċi li jwettaqha. Min, mela, hu dak li jwiegħed li miljuni li issa mejtin se jerġgħu jgħixu?

Fir-rebbiegħa tas-​sena 31 E.K., Ġesù Kristu stqarr bi qlubija li hu kien ġie mogħti l-​qawwa minn Alla Jehovah biex jirxoxta l-​mejtin. Ġesù wiegħed: “Sewwa sew bħalma l-​Missier iqajjem il-​mejtin u jagħmilhom ħajjin, hekk ukoll l-​Iben jagħmel ħajjin lil dawk li jrid. Tistagħġbux b’dan, għaliex ġejja s-​siegħa li fiha dawk kollha fl-​oqbra tal-​mafkar se jisimgħu leħnu [leħen Ġesù] u joħorġu.” (Ġwann 5:21, 28, 29) Iva, Ġesù Kristu wiegħed li miljuni li issa mejtin se jerġgħu jgħixu fuq din l-​art u jkollhom il-​prospett taʼ li jibqgħu fuqha għal dejjem. (Ġwann 3:16; 17:3; qabbel Salm 37:29 u Mattew 5:5.)a Ladarba Ġesù għamilha l-​wegħda, ma tagħmilx ħażin li tassumi li hu jrid iwettaqha. Imma huwa kapaċi li jagħmlu dan?

Skond il-​Bibbja, saż-​żmien li Ġesù għamel dik il-​wegħda hu ma kien għadu rxoxta lil ħadd. Imma inqas minn sentejn wara, hu wera b’mod setgħan li hu jrid u kapaċi jwettaq l-​irxoxt.

“Lażżru, Oħroġ!”

Kienet xena li tqanqlek. Lażżru kien marid serjament. Iż-​żewġ ħutu bniet, Marija u Marta, bagħtu jgħidu lil Ġesù, li kien in-​naħa l-​oħra tax-​Xmara Ġordan: “Mulej, ara! il-​wieħed li int miġbud lejh huwa marid.” (Ġwann 11:3) Iva, Ġesù kien iħobb ħafna lil din il-​familja. Hu kien mistieden fid-​dar tagħhom fil-​Betanja, forsi taʼ spiss. (Luqa 10:38-42; qabbel Luqa 9:58.) Imma issa l-​ħabib għażiż taʼ Ġesù kien marid ħafna.

Iżda, Marija u Marta xi stennewh li jagħmel lil Ġesù? Huma ma qalulux biex jiġi f’Betanja. Imma kienu jafu li Ġesù kien iħobbu lil Lażżru. Ma kienx Ġesù jkun irid jara lil ħabibu marid? Bla dubju huma ttamaw li Ġesù kien b’mod mirakoluż ifejqu. Wara kollox, sa dak iż-​żmien fil-​ministeru tiegħu, Ġesù kien wettaq ħafna mirakli taʼ fejqan, u saħansitra lanqas id-​distanza ma kienet taʼ tfixkil għalih. (Qabbel Mattew 8:5-13.) Kien se jagħmel xi ħaġa inqas għal ħabib għażiż bħal dan? B’mod kurjuż, minflok ma mar Betanja immedjatament, Ġesù baqaʼ fejn kien għal jumejn oħra.—Ġwann 11:5, 6.

Lażżru miet xi ftit wara li l-​messaġġ ġie mibgħut, forsi f’dak il-​ħin li Ġesù rċieva l-​aħbar. (Qabbel Ġwann 11:3, 6, 17.) Imma ma kien hemm bżonn l-​ebda messaġġ ieħor. Ġesù kien jaf meta Lażżru miet, u hu kien lest li jagħmel xi ħaġa dwarha. Waqt li tkellem dwar il-​mewt taʼ Lażżru, hu qal lid-​dixxipli tiegħu: “Lażżru l-​ħabib tagħna mar jistrieħ, imma jien sejjer hemm biex inqajmu mill-​irqad.” (Ġwann 11:11) Ġesù kien qabel qajjem żewġ persuni mill-​mewt, u f’kull każ ftit wara li l-​persuna kienet mietet.b Din id-​darba, madankollu, kien differenti. Sakemm Ġesù fl-​aħħar wasal f’Betanja, il-​għażiż ħabib tiegħu kien ilu mejjet erbat ijiem. (Ġwann 11:17, 39) Setaʼ Ġesù jerġaʼ jġib għall-​ħajja lil xi ħadd li kien ilu dak iż-​żmien kollu mejjet u li l-​ġisem tiegħu kien diġà beda jitmermer?

Malli semgħet li Ġesù kien ġej, Marta, mara taʼ azzjoni, ġriet biex tiltaqaʼ miegħu. (Qabbel Luqa 10:38-42.) Hekk kif iltaqgħet maʼ Ġesù, qalbha qanqlitha biex tgħid: “Mulej, kieku kont hawn ħija ma kienx imut.” Xorta waħda, hi esprimiet il-​fidi tagħha: “Naf li kulma titlob int lil Alla, Alla se jagħtihulek.” Imqanqal min-​niket tagħha, Ġesù assiguraha: “Ħuk se jqum.” Meta hi wriet il-​fidi tagħha f’irxoxt fil-​futur, Ġesù qalilha b’mod ċar: “Jien hu l-​irxoxt u l-​ħajja. Min jeżerċita fidi fija saħansitra għalkemm imut, se jieħu l-​ħajja.”—Ġwann 11:20-25.

Malli wasal ħdejn il-​qabar, Ġesù ta struzzjoni biex il-​ġebla li kienet tagħlaq id-​daħla titneħħa. Għall-​ewwel Marta oġġezzjonat: “Mulej, s’issa niten, għax ilu erbat ijiem.” Imma Ġesù assiguraha: “Ma għidtlekx illi li kieku temmen kieku tara l-​glorja t’Alla?” Imbagħad, wara li talab b’leħen għoli, hu ikkmanda: “Lażżru, oħroġ!” Għall-​kmand taʼ Ġesù Lażżru ħareġ, saħansitra għalkemm kien ilu mejjet erbat ijiem!—Ġwann 11:38-44.

Dan Veru Ġara?

Ir-​rakkont dwar kif Lażżru ġie mqajjem huwa ppreżentat fl-​Evanġelju taʼ Ġwanni bħala fatt storiku. Id-​dettalji huma wisq ċari biex tkun sempliċement storja. Li tiddubita jekk huwiex storiku jfisser li tiddubita l-​mirakli kollha tal-​Bibbja, inkluż l-​irxoxt taʼ Ġesù Kristu nnifsu.c U li tiċħad l-​irxoxt taʼ Ġesù jfisser li tiċħad il-​fidi Kristjana kollha kemm hi.—1 Korintin 15:13-15.

Fil-fatt, jekk int taċċetta l-​eżistenza taʼ Alla, int m’għandux ikollok problema f’li teżerċita fidi fl-​irxoxt. Biex nagħtu eżempju: Bniedem jistaʼ jirrekordja fuq il-​video l-​aħħar xewqa u t-​testment tiegħu, u wara li jmut il-​qraba u l-​ħbieb tiegħu jistgħu jarawh u jisimgħuh, fil-​fatt, waqt li hu jispjega kif il-​ġid tiegħu għandu jiġi mqassam. Mitt sena ilu, ħaġa bħal din lanqas biss kont toħlomha. U għal xi nies li qed igħixu f’partijiet ’il bogħod tad-​dinja l-​“miraklu” taʼ li tistaʼ tirrekordja fuq il-​video ma jistgħux jifhmuh. Jekk prinċipji xjentifiċi stabbiliti mill-​Ħallieq jistgħu jiġu wżati minn bnedmin biex joħolqu xena viżibbli u li tistaʼ tinstemaʼ bħal din, m’għandux il-​Ħallieq ikun kapaċi li jagħmel ferm iktar minn hekk? M’huwiex raġonevoli, mela, li Dak li ħalaq il-​ħajja huwa kapaċi li jirxoxta bniedem billi jerġaʼ jipproduċi l-​personalità tiegħu f’ġisem iffurmat mill-​ġdid?

Il-miraklu taʼ li Lażżru reġaʼ ġie rrestawrat għall-​ħajja serva biex ikabbar il-​fidi f’Ġesù u fl-​irxoxt. (Ġwann 11:41, 42; 12:9-11, 17-19) B’mod li jqanqlek, jirrivela wkoll kemm Jehovah u Ibnu lesti u jixtiequ li jwettqu l-​irxoxt.

‘Alla Se Jkollu Xenqa’

Kif ħassu Ġesù għall-​mewt taʼ Lażżru jirrivela aspett teneru ħafna taʼ l-​Iben t’Alla. Ix-​xewqat profondi tiegħu f’din l-​okkażjoni jindikaw b’mod ċar ix-​xewqa intensa biex jirxoxta l-​mejtin. Aħna naqraw: “Marija, meta waslet fejn kien Ġesù u lemħitu, nxteħtet f’riġlejh, tgħidlu: ‘Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut.’ Ġesù, għalhekk, meta raha tibki u l-​Lhud li ġew magħha jibku, tniegħed fl-​ispirtu u sar inkwetat; u qal: ‘Fejn qigħedtuh?’ Qalulu: ‘Mulej, ejja u ara.’ Ġesù qabiżlu d-​dmugħ. Għalhekk il-​Lhud bdew igħidu: ‘Ara, kemm kien miġbud lejh!’”—Ġwann 11:32-36.

Il-mogħdrija mill-​qalb taʼ Ġesù hija hawn indikata minn tliet espressjonijiet: “tniegħed,” “sar inkwetat,” u “qabiżlu d-​dmugħ.” Il-​kelmiet fil-​lingwa oriġinali wżati mill-​appostlu Ġwanni f’li jikteb din ix-​xena li tqanqlek jindikaw sa liema grad Ġesù ġie mqanqal bl-​emozzjoni.

Il-kelma Griega mogħtija “tniegħed” hija minn verb (em·bri·maʹo·mai) li jissinjifika li wieħed ikun imqanqal b’mod li jweġġaʼ, jew profond. Il-​kummentatur tal-​Bibbja William Barclay jinnota: “Fil-​Grieg ordinarju u klassiku l-​użu normali taʼ [em·bri·maʹo·mai] hija taʼ xi żiemel jonfoħ bil-​qawwi. Hawn tistaʼ tfisser biss li Ġesù ġie maħkum minn emozzjoni profonda bħal din u li tnegħida involontarja ħarbet minn qalbU.”

L-espressjoni tradotta “inkwetat” tiġi minn kelma Griega (ta·rasʹso) li tindika aġitazzjoni. Skond The New Thayer’s Greek-English Lexicon of the New Testament, tfisser “li tikkaġuna f’dak li jkun taqlib minn ġewwa, . . . li teffettwa b’uġigħ jew niket kbir.” L-​espressjoni “qabiżlu d-​dmugħ” tiġi minn verb Grieg (da-kryʹo) li jfisser “jaqbiżlek id-​dmugħ, tibki bla ħoss.” Dan huwa f’kuntrast mal-​“biki” taʼ Marija u tal-​Lhud li kienu magħha, msemmi fi Ġwann 11:33. Hemmhekk il-​kelma Griega (minn klaiʹo) użata tfisser li tibki b’mod li tinstemaʼ jew li tgħajjat.d

Ġesù, hemm, kien imqanqal profondament mill-​mewt tal-​għażiż ħabib tiegħu Lażżru u għad-​dehra taʼ oħt Lażżru tibki. Qalb Ġesù tant kienet mimlija bl-​emozzjoni li għajnejh imtlew bid-​dmugħ. Dak li tant jispikka hu li Ġesù kien qabel ġab lil tnejn oħra lura għall-​ħajja. U f’din l-​okkażjoni hu kellu l-​intenzjoni sħiħa li jagħmel l-​istess lil Lażżru. (Ġwann 11:11, 23, 25) Madankollu, hu “qabiżlu d-​dmugħ.” Li jirrestawra lill-​bnedmin għall-​ħajja, mela, mhix xi sempliċi proċedura għal Ġesù. Is-​sentimenti teneri u profondi tiegħu kif murijin f’din l-​okkażjoni jindikaw biċ-​ċar ix-​xewqa intensa tiegħu biex isolvi l-​ħerba tal-​mewt.

Ladarba Ġesù huwa ‘r-​rappreżentazzjoni eżatta t’Alla Jehovah nnifsu’ bi dritt ma nistennewx li Missierna tas-​sema se jagħmel inqas. (Ebrej 1:3) Dwar li Jehovah minn jeddu jrid iwettaq l-​irxoxt, ir-​raġel lejali Ġob qal: “Jekk bniedem f’saħħtu jmut jistaʼ jgħix mill-​gdid? . . . Int se ssejjaħ, u jien se nwieġbek. Għax-​xogħol taʼ jdejk se jkollok xenqa.” (Ġob 14:14, 15) Il-​kelma fil-​lingwa oriġinali li hija mogħtija “se jkollok xenqa” turi xenqa u xewqa ħerqana. (Ġenesi 31:30; Salm 84:2) B’mod ċar, Jehovah irid jantiċipa intensament l-​irxoxt.

Nistgħu verament nemmnu l-​wegħda tal-​irxoxt? Sewwa, m’hemm l-​ebda dubju li Jehovah u Ibnu t-​tnejn li huma jixtiequ u kapaċi jwettquh. Xi jfisser dan għalik? Int għandek il-​prospett li terġaʼ tingħaqad mal-​uħud maħbubin mejtin hawn stess fuq l-​art taħt kundizzjonijiet taʼ paċi!

[Noti taʼ taħt]

a Ara l-​artiklu “Neżerċitaw Fidi għall-​Ħajja taʼ Dejjem,” paġni 12-16.

b Matul iż-​żmien li għadda wara li Ġesù għamel il-​wegħda mniżżla fi Ġwann 5:28, 29 u l-​mewt taʼ Lażżru, Ġesù qajjem iben l-​armla taʼ Najin u bint Ġajru.—Luqa 7:11-17; 8:40-56.

c Ara kapitlu 6, “The Miracles—Did They Really Happen?” fil-​ktieb The Bible—God’s Word or Man’s?. ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

d Interessanti, il-​kelma Griega għal li tibki b’mod li tinstemaʼ (klaiʹo) hija wżata dwar Ġesù fl-​okkażjoni meta hu bassar il-​qerda li kienet ġejja fuq Ġerusalemm. Ir-​rakkont taʼ Luqa jgħid: “Meta wasal qrib, hu ħares lejn il-​belt [Ġerusalemm] u beka minħabba fiha.”—Luqa 19:41.

[Stampa f’paġna 4]

Li Ġesù qajjem lil bint Ġajru jagħti bażi għal fidi f’irxoxt futur tal-​mejtin

[Stampa f’paġna 5]

Ġesù kien imqanqal b’mod profond bil-​mewt taʼ Lażżru

[Stampa f’paġna 6]

Il-ferħ taʼ dawk li se jaraw l-​irxoxt se jkun bħal dak il-​ferħ tal-​armla taʼ Najin meta Ġesù rxoxtalha lil binha mejjet

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja