LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/01 p. 1
  • Ibqaʼ ‘Agħmel it-Tajjeb’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ ‘Agħmel it-Tajjeb’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Tiqafx Tagħmel Dak li Hu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ibqaʼ qrib l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Sib il-Ferħ m’Alla l-Hieni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ibqaʼ Miexi b’Mod Progressiv f’Rutina Magħmula bl-Ordni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 6/01 p. 1

Ibqaʼ ‘Agħmel it-​Tajjeb’

1 Int għamilt xi ħaġa tajba meta sirt qaddej t’Alla Jehovah. Issa, madankollu, l-​isfida f’dawn iż-​żminijiet ibsin hija li tkompli ‘tagħmel it-​tajjeb.’ (Gal. 6:9, Saydon) Għalkemm dan jirrikjedi sforz verament kbir, tistaʼ tirnexxi. Kif?

2 Żviluppa l-​Attitudni Mentali taʼ Ġesù: Bħal Ġesù, int tistaʼ tissaporti l-​provi jekk tibqaʼ ffokat fuq it-​tama tas-​Saltna. (Lhud 12:​2, 3, Saydon) Ibqaʼ ċert li Jehovah jħobbok u jridek tirnexxi. (2 Pt. 3:9) Poġġi l-​fiduċja kollha tiegħek fih, peress li taf fiċ-​ċert li hu se jgħinek. (1 Kor. 10:13) Kompli itlob bla waqfien, billi titlob lil Jehovah biex jgħinek tissaporti. (Rum. 12:12) Ifraħ minħabba li taf li s-​sabar tiegħek żgur se jġibek f’qagħda approvata f’għajnejn Alla. (Rum. 5:​3-5, NW) Il-​fedeltà tiegħek f’li tikkultiva “l-​istess attitudni mentali li kellu Kristu Ġesù” se ġġiblek sodisfazzjon persunali u se tferraħ qalb Jehovah.​—Rum. 15:5, NW; Prov. 27:11.

3 Ibqaʼ Agħmel it-​Tajjeb: Ħu vantaġġ sħiħ mill-​provvedimenti li Jehovah ħejja għall-​poplu tiegħu sabiex jgħinhom ikomplu jagħmlu t-​tajjeb. Żomm rutina persunali tajba tal-​qari tal-​Kelma t’Alla u l-​istudju tal-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja provduti mill-​klassi taʼ l-​ilsir leali u diskret. Tonqosx milli tipprepara, tattendi, u tieħu sehem fil-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni. Qabel u wara l-​laqgħat Kristjani, issieħeb mill-​qrib maʼ l-​aħwa spiritwali tiegħek. Poġġi miri realistiċi fil-​ministeru tiegħek sabiex tagħti sehem sħiħ fis-​servizz taʼ l-​għalqa u ttejjeb l-​abbiltà tiegħek f’li tippreżenta l-​aħbar tajba lil oħrajn.

4 B’dan il-​mod int tkun tistaʼ tibqaʼ tagħmel it-​tajjeb u fl-​istess ħin tikseb ferħ kbir. Dwar dan il-​fatt, wieħed ħu mill-​Italja qal: “Meta jasal fil-​għaxija, u jien niġi lura d-​dar wara ġurnata fis-​servizz taʼ Jehovah, jien inħossni għajjien, huwa veru. Imma nkun ferħan, u niżżi ħajr lil Jehovah talli tani ferħ li ħadd ma jistaʼ jiħodhuli.” Għaldaqstant, ibqaʼ agħmel it-​tajjeb, u int ukoll se tikseb ferħ kbir.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja