LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 7/15 pp. 8-12
  • Żgħażagħ—Wara Liema Ħaġa Qegħdin Tiġru?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żgħażagħ—Wara Liema Ħaġa Qegħdin Tiġru?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għasses Kontra Sħubijiet Ħżiena
  • Aħrab Xewqat Ħżiena
  • Iġri Wara Relazzjoni mill-​Qrib maʼ Jehovah
  • Agħti Qalbek lill-​Ġenituri Tiegħek
  • Ibqaʼ Iġri Wara t-​Tjieba!
  • Żgħażagħ, Qegħdin Tippreparaw għall-Futur Tagħkom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Żgħażagħ, Imxu Kif Jixraq Quddiem Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Afda f’Jehovah u fil-Kelma Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Żgħażagħ—Irreżistu l-Ispirtu tad-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 7/15 pp. 8-12

Żgħażagħ—Wara Liema Ħaġa Qegħdin Tiġru?

“Aħrab mix-​xewqat li jiġru liż-​żgħożija, imma iġri wara t-​tjieba, il-​fidi, l-​imħabba, il-​paċi, flimkien maʼ dawk li jsejħu ’l Mulej minn qalb nadifa.”—2 TIMOTEW 2:22.

1. X’inhi t-​tama tagħna għaż-​żgħażagħ f’nofsna?

“IX-​XHIEDA TAʼ JEHOVAH,” iddikjarat Dagen (Il-Jum), gazzetta Pentakostali Żvediża, “jifformaw il-​grupp li jirbħu l-​ikbar għadd taʼ membri ġodda kull sena u għandhom l-​ikbar folla taʼ żgħażagħ.” Forsi int parti minn din il-​folla taʼ żgħażagħ indaf u li jibżgħu minn Alla. Int forsi ġejt imrobbi fil-​mogħdija Kristjana miċ-​ċokon, jew forsi smajt u weġibt għall-​messaġġ tas-​Saltna minn jeddek. Hu x’inhu l-​każ, aħna ferħanin li intom tinsabu f’nofsna. U hija t-​tama tagħna li ssegwu korsa taʼ tjieba, bħalma għamlu żgħażagħ Kristjani leali fl-​ewwel seklu. Il-​kliem tal-​appostlu Ġwanni jistaʼ jiddeskrivikom tajjeb: “Intom b’saħħitkom u l-​kelma t’Alla tibqaʼ fikom u intom ikkonkwistajtu lill-​wieħed mill-​agħar.”—1 Ġwann 2:14.

2. Liema fatturi jistgħu jagħmlu diffiċli l-​ġiri wara korsa taʼ tjieba matul “il-​fjur taż-​żgħożija”?

2 Ħafna—iva l-​maġġoranza—miż-​żgħażagħ Kristjani llum qegħdin jiqfulhom lill-​pressjonijiet tad-​dinja. Forsi qed issib, iżda, li m’huwiex faċli li żżomm din il-​korsa. Meta tkun fil-​“fjur taż-​żgħożija,” tistaʼ tħossok maħkum minn emozzjonijiet ġodda u intensi. (1 Korintin 7:36) Fl-​istess ħin, forsi qed tħoss tagħbija taʼ responsabbiltajiet li dejjem tiżdied fl-​iskola, fid-​dar, u fil-​kongregazzjoni. Hemm saħansitra pressjoni minn Satana x-​Xitan innifsu. Billi hu determinat biex iqarraq b’kemm nies possibbli, hu jattakka lil dawk li jistgħu jidhru li jċedu malajr—l-​istess bħalma għamel fil-​ġnien taʼ Għeden. Dak in-​nhar, hu ffoka l-​malizzja perswassiva tiegħu, mhux fuq Adam li kien ikbar u kellu aktar għarfien, imma fuq il-​mara, Eva, li kienet iżgħar u kellha inqas esperjenza. (Ġenesi 3:​1-5) Sekli wara, Satana uża tattiċi simili fuq il-​kongregazzjoni, li kien għadha bħal tarbija, taʼ Kristjani f’Korintu. Qal l-​appostlu Pawlu: “Nibżaʼ li b’xi mod, bħalma s-​serpent isseduċa lil Eva bil-​makakkerija tiegħu, imħuħkom jistgħu jiġu korrotti lil hinn mis-​sinċerità u l-​kastità li jixirqu lill-​Kristu.”—2 Korintin 11:3.

3, 4. Liema huma xi għodod li juża Satana x-​Xitan biex iqarraq biż-​żgħażagħ, u b’liema riżultat possibbli?

3 Illum, il-​ġenituri Kristjani tiegħek jistgħu bl-​istess mod jinsabu kkonċernati dwarek. Mhux għax jaħsbu li int inklinat lejn dak li hu mill-​agħar, imma huma jafu mill-​esperjenza li ż-​żgħażagħ huma b’mod speċjali vulnerabbli għall-​“atti makakki” taʼ Satana. (Efesin 6:​11, nota taʼ taħt) In-​nasbiet taʼ Satana mhux talli ma jidhrux strambi, anzi jintgħamlu jidhru attraenti u mixtieqa. It-​televiżjoni jippreżenta bil-​għaqal lill-​materjaliżmu, lis-​sess espliċitu, lill-​vjolenza grafika, u lill-​ispiritiżmu bħala divertiment. L-​imħuħ taż-​żgħażagħ jistgħu jiġu mimlijin b’affarijiet li huma ’l bogħod milli jkunu ‘veri, taʼ tħassib serju, taʼ tjieba, nodfa, u taʼ min iħobbhom.’ (Filippin 4:8) Il-​pressjoni minn dawk taʼ mparkom hija arma qawwija oħra taʼ Satana. Dawk taʼ mparkom jistgħu jpoġġukom taħt pressjoni intensa biex tikkonformaw mal-​istil taʼ ħajja, l-​ilbies, u l-​maxta tagħhom. (1 Pietru 4:​3, 4) Il-​ġurnalist William Brown osserva: “Jekk hemm xi Alla sekulari wieħed għat-​teenager dan huwa l-​Alla tal-​konformiżmu. . . . Li jkunu differenti għat-​teenagers huwa destin agħar mill-​mewt.” Waħda tfajla Xhud fl-​Italja stqarret: “Jien kont nistħi nuri lil sħabi tal-​iskola li jien Xhud. U għaliex kont naf li Jehovah mhux ferħan bija, kont imdejqa u qalbi sewda.”

4 Titqarraqx​—Satana jrid imexxik lejn ir-​rovina. Ħafna żgħażagħ fid-​dinja se jsofru t-​telfa taʼ ħajjithom matul it-​tribulazzjoni l-​kbira għaliex ħallew lilhom infushom jiġu mqarrqin. (Eżekjel 9:6) L-​uniku mod biex issalva hu li tiġri wara dak li hu sewwa.

Għasses Kontra Sħubijiet Ħżiena

5, 6. (a) Iż-​żagħżugħ Timotew liema sfidi ffaċċja waqt li kien igħix ġewwa Efesu? (b) Pawlu liema parir kellu għal Timotew?

5 Dak kien il-​qofol tal-​parir li l-​appostlu Pawlu ta liż-​żagħżugħ Timotew. Għal iktar minn għaxar snin, Timotew kien akkumpannja lill-​appostlu Pawlu fuq il-​vjaġġi missjunarji tiegħu. F’xi żmien meta Timotew kien jimministra fil-​belt pagana taʼ Efesu, Pawlu kien f’xi ħabs f’Ruma jistenna l-​esekuzzjoni. Hekk kif qorob il-​waqt tal-​mewt tiegħu, Pawlu kien bla dubju kkonċernat dwar x’kien se jsir minn Timotew. Efesu kienet belt rinomata għall-​ġid, l-​immoralità, u d-​divertiment baxx tagħha, u Timotew ma kienx se jkollu iżjed l-​appoġġ tal-​għalliem fdat u maħbub tiegħu.

6 Pawlu għalhekk kiteb lit-​“tfajjel maħbub” tiegħu dan li ġej: “Issa f’dar kbira hemm reċipjenti mhux biss tad-​deheb u l-​fidda imma wkoll tal-​injam u l-​fuħħar, u x’uħud għal għan taʼ unur imma oħrajn għal għan nieqes mill-​unur. Jekk, għalhekk, xi ħadd jissaffa minn tal-​aħħar, ikun reċipjent għal għan taʼ unur, imqaddes, taʼ ħtieġa għal sidu, imħejji għal kull xogħol tajjeb. Mela, aħrab mix-​xewqat li jiġru liż-​żgħożija, imma iġri wara t-​tjieba, il-​fidi, l-​imħabba, il-​paċi, flimkien maʼ dawk li jsejħu ’l Mulej minn qalb nadifa.”—2 Timotew 1:2; 2:20-22.

7. (a) X’kienu r-​‘reċipjenti neqsin mill-​unur’ li Pawlu wissa kontra tagħhom? (b) Iż-​żgħażagħ illum kif jistgħu japplikaw il-​kliem taʼ Pawlu?

7 Pawlu b’hekk wissa lil Timotew li saħansitra fost Kristjani sħabu setaʼ kien hemm ‘reċipjenti neqsin mill-​unur’​—individwi li ma kinux iġibu ruħhom tajjeb. Issa jekk sħubija maʼ ċertu Kristjani midlukin setgħet kienet taʼ ħsara għal Timotew, kemm iżjed sħubija maʼ nies tad-​dinja se tkun taʼ ħsara għal żagħżugħ Kristjan illum! (1 Korintin 15:33) Dan ma jfissirx li għandek tkun indifferenti lejn sħabek tal-​iskola. Imma għandek toqgħod attent li ma tiġix involut iżżejjed magħhom, saħansitra jekk dan se jġagħlek tidher qisek tippreferi toqgħod waħdek xi drabi. Dan jistaʼ jkun diffiċli ħafna. Tgħid waħda tfajla Brażiljana: “Huwa diffiċli. Jien dejjem niġi mistiedna minn sħabi tal-​iskola biex immur parties u postijiet li m’humiex xierqa għal żgħażagħ Kristjani. Huma jgħiduli: ‘X’inhu! M’intix sejra? Int belha!’”

8, 9. (a) Is-​sħubija, saħansitra maʼ nies tad-​dinja li jidhru mill-​aħjar, kif inhi taʼ periklu għal wieħed Kristjan? (b) Fejn tistaʼ ssib ħbieb moralment tajbin?

8 Xi żgħażagħ tad-​dinja jistgħu jidhru mill-​aħjar sempliċement għaliex ma jpejpux, ma jitkellmux ħażin, jew ma jiħdux sehem f’sess immorali. Jekk m’humiex jiġru wara t-​tjieba, iżda, il-​ħsieb u l-​attitudni tal-​laħam tagħhom jistgħu faċilment jinfluwenzawk. Barra minn dan, int kemm jistaʼ jkollok interessi komuni maʼ nies li ma jemmnux? (2 Korintin 6:​14-16) Iva, il-​valuri spiritwali li huma għeżież għalik huma sempliċement “bluha” għalihom! (1 Korintin 2:14) Tistaʼ int iżżomm il-​ħbiberija tagħhom mingħajr ma tikkomprometti l-​prinċipji tiegħek?

9 Għalhekk evita ħbieb li jistgħu jkunu taʼ ħsara għalik. Illimita s-​sħubija tiegħek għal maʼ Kristjani li moħħhom fuq affarijiet spiritwali u li verament iħobbu lil Jehovah. Oqgħod attent saħansitra minn żgħażagħ fil-​kongregazzjoni li huma negattivi u jħobbu jikkritikaw. Hekk kif tikber spiritwalment, il-​gosti tiegħek fil-​għażla tal-​ħbieb x’aktarx li jinbidlu. Tgħid waħda tfajla Xhud: “Jiena qiegħda nagħmel ħbieb ġodda f’kongregazzjonijiet differenti. Dan ġagħalni nirrealizza kemm m’għandix bżonn ħbieb tad-​dinja.”

Aħrab Xewqat Ħżiena

10, 11. (a) Xi jfisser li ‘taħrab mix-​xewqat li jiġru liż-​żgħożija’? (b) Wieħed kif jistaʼ ‘jaħrab miż-​żina’?

10 Pawlu ħeġġeġ ukoll lil Timotew biex ‘jaħrab mix-​xewqat li jiġru liż-​żgħożija.’ Meta tkun għadek żagħżugħ, ix-​xewqa biex tkun popolari, biex tieħu pjaċir, jew biex tissodisfa x-​xewqat sesswali tistaʼ tkun attraenti. Jekk ma jiġux ikkontrollati, xenqiet bħal dawn jistgħu jwaqqgħuk fid-​dnub. Pawlu għalhekk qal biex taħrab minn xewqat taʼ ħsara​—biex tiġri bħal li kieku ħajtek kienet fin-​nofs.a

11 Ix-​xewqa sesswali, per eżempju, wasslet lil ħafna żgħażagħ Kristjani għal rovina spiritwali. Għal raġuni tajba, allura, il-​Bibbja tgħidilna biex ‘naħarbu miż-​żina.’ (1 Korintin 6:18) Jekk koppja huma nteressati f’xulxin u qegħdin joħorġu flimkien, jistgħu japplikaw dan il-​prinċipju billi jevitaw ċirkostanzi taʼ tentazzjoni—bħal li jkunu waħedhom f’xi appartament jew f’karozza pparkjata. Li jkollkom lil xi ħadd jakkumpanjakom bħala chaperon tistaʼ tinstemaʼ bħala ħaġa antikwata, imma tistaʼ tkun ħaġa verament taʼ protezzjoni. U waqt li xi espressjonijiet taʼ mħabba jistgħu jkunu xierqa, għandu jkun hemm limiti xierqa biex tiġi evitata kondotta maħmuġa. (1 Tessalonkin 4:7) Li taħrab miż-​żina jinkludi wkoll li tevita films u wirjiet televiżivi li jistgħu jqanqlu xewqa ħażina. (Ġakbu 1:​14, 15) Jekk ħsibijiet immorali jidħlu f’moħħok mingħajr ma stedinthom int, biddel is-​suġġett mentalment. Mur imxi, aqbad aqra; agħmel xi xogħol fid-​dar. It-​talb hu b’mod partikulari għajnuna qawwija f’dan ir-​rigward.—Salm 62:8.b

12. Kif titgħallem tobgħod dak li hu ħażin? Agħti eżempju.

12 Fuq kollox, int trid titgħallem tobgħod, taborrixxi, u tistmerr dak li hu ħażin. (Salm 97:10) Kif se tobgħod dak li għall-​ewwel jistaʼ jkun taʼ gost jew pjaċir? Billi taħseb dwar il-​konsegwenzi! “Tkunux żvijati: Alla mhux wieħed li żżebilħu. Għax kulma bniedem qiegħed jiżraʼ, dan ukoll se jaħsad; għaliex dak li qiegħed jiżraʼ b’ħarsa għal laħmu se jaħsad il-​korruzzjoni minn laħmu.” (Galatin 6:​7, 8) Meta tiġi ttantat biex iċċedi għall-​passjoni, aħseb dwar dak li hu taʼ konsegwenza akbar​—kif dan se jweġġaʼ lil Alla Jehovah. (Qabbel Salm 78:41.) Aħseb, ukoll, dwar il-​possibiltà taʼ tqala mhix mixtieqa jew li tieħu xi marda, bħalma hi l-​AIDS. Ikkunsidra l-​ħsara emozzjonali u t-​telfien tar-​rispett għalik innifsek li ġġarrab. Jistaʼ jkun hemm ukoll konsegwenzi fit-​tul. Waħda mara Kristjana tammetti: “Ir-​raġel tiegħi u jien kellna relazzjonijiet sesswali qabel ma sirna nafu lil xulxin. Għalkemm illum it-​tnejn li aħna sirna Kristjani, il-​ħajja sesswali tagħna tal-​passat hija sors taʼ ġlied u ġelożija fiż-​żwieġ tagħna.” Li ma tridx tinsa, ukoll, hu t-​telfa tal-​privileġġi teokratiċi tiegħek jew il-​possibiltà li tiġi mkeċċi mill-​kongregazzjoni Kristjana! (1 Korintin 5:​9-13) Jiswa kwalunkwe pjaċir momentarju prezz daqshekk għoli?

Iġri Wara Relazzjoni mill-​Qrib maʼ Jehovah

13, 14. (a) Għala m’huwiex biżżejjed li taħrab minn dak li hu ħażin? (b) Wieħed kif jistaʼ ‘jiġri wara biex ikun jaf lil Jehovah’?

13 M’huwiex biżżejjed, madankollu, li taħrab minn dak li hu ħażin. Timotew ġie mħeġġeġ ukoll biex ‘jiġri wara t-​tjieba, il-​fidi, l-​imħabba, il-​paċi.’ Dan jissuġġerixxi azzjoni vigoruża. Il-​profeta Ħosea b’mod simili talab bil-​ħniena lill-​ġens taʼ Iżrael li ma kienx leali: “Ejjew u ejja mmorru lura lejn Jehovah . . . Se niġru wara biex inkunu nafu lil Jehovah.” (Ħosea 6:​1-3) Agħmilt int ġiri bħal dan? Jinvolvi iżjed milli sempliċement tattendi l-​laqgħat u takkumpannja lill-​ġenituri tiegħek fis-​servizz tal-​għalqa. Waħda mara Kristjana stqarret: “Il-​ġenituri tiegħi rabbewni fil-​verità, u tgħammidt taʼ età żgħira. . . . Rari biex kont nonqos minn xi laqgħa u qatt ma fallejt xi xahar taʼ servizz, imma qatt ma żviluppajt relazzjoni persunali mill-​qrib maʼ Jehovah.”

14 Żagħżugħa oħra tammetti li hi wkoll naqset li ssir taf lil Jehovah bħala Ħabib u Missier, billi ħarset lejh iżjed bħala Spirtu astratt. Hi waqgħet fl-​immoralità u saret omm mhux miżżewġa fl-​età taʼ 18-il sena. Tagħmilx l-​istess żball! ‘Iġri wara biex tkun taf lil Jehovah,’ kif ħeġġeġ Ħosea. Billi titlob u timxi kuljum maʼ Jehovah, int tistaʼ tagħmlu l-​ħabib kunfidenzjali tiegħek. (Qabbel Mikea 6:8; Ġeremija 3:4.) “M’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna” jekk infittxuh. (Atti 17:27) Programm regulari taʼ studju persunali tal-​Bibbja huwa b’hekk essenzjali. Rutina bħal din m’hemmx bżonn li tkun elaborata jew ikkomplikata. “Jien naqra l-​Bibbja kuljum għal madwar 15-il minuta,” tgħid żagħżugħa li jisimha Melody. Agħmel il-​ħin biex taqra kull ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa u l-​Awake! Kun ippreparat għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni biex tkun tistaʼ ‘tqanqal lil oħrajn għall-​imħabba u xogħlijiet mill-​aħjar.’—Ebrej 10:24, 25.

Agħti Qalbek lill-​Ġenituri Tiegħek

15. (a) Xi drabi għala huwa diffiċli li tobdi lill-​ġenituri tiegħek? (b) L-​ubbidjenza għala hija normalment taʼ vantaġġ għal żagħżugħ?

15 Ġenituri li għandhom il-​biżaʼ t’Alla jistgħu jkunu tassew sors taʼ għajnuna u appoġġ. Imma nnota l-​parti li int trid tagħmel: “Kunu ubbidjenti lejn il-​ġenituri tagħkom f’għaqda mal-​Mulej, għax dan hu taʼ tjieba: ‘Onora lil missierek u lil ommok’; li hu l-​ewwel kmandament b’wegħda: ‘Biex imurlek tajjeb u tistaʼ ddum żmien twil fuq l-​art.’” (Efesin 6:1-3) Veru, int qed tikber u wisq probabbli trid iżjed libertà. Int forsi wkoll qed issir iżjed konxju tal-​limitazzjonijiet tal-​ġenituri tiegħek. “Missirijietna umani,” ammetta l-​appostlu Pawlu, “setgħu biss jagħmlu dak li ħasbu li hu l-​aħjar.” (Ebrej 12:10, The Jerusalem Bible) Madankollu, fl-​aħħar mill-​aħħar, xorta waħda huwa għall-​vantaġġ tiegħek li tobdihom. Il-​ġenituri tiegħek iħobbuk u jafuk aħjar minn kwalunkwe bniedem ieħor. Fil-​waqt li int forsi mhux dejjem taqbel magħhom, huma normalment għandhom l-​aħjar interessi tiegħek f’qalbhom. Għala tipprova tirreżisti l-​isforzi tagħhom biex irabbuk “fid-​dixxiplina u r-​regular mentali taʼ Jehovah”? (Efesin 6:4) Verament, wieħed iblah “ma jurix rispett lejn id-​dixxiplina taʼ missieru.” (Proverbji 15:5) Żagħżugħ għaqli se jirrikonoxxi l-​awtorità tal-​ġenituri tiegħu u juri rispett xieraq.—Proverbji 1:8.

16. (a) Għala mhux għaqli meta ż-​żgħażagħ jaħbu l-​problemi mill-​ġenituri tagħhom? (b) Iż-​żgħażagħ x’jistgħu jagħmlu biex itejbu l-​komunikazzjoni mal-​ġenituri tagħhom?

16 Dak se jinkludi li titkellem il-​verità mal-​ġenituri tiegħek, billi turihom jekk qed ikollok xi problemi, bħal ma huma xi dubji dwar il-​verità jew xi waqgħa f’kondotta mhix xierqa. (Efesin 4:25) Li taħbi sitwazzjonijiet li jinkwetawk bħal dawn mill-​ġenituri joħloq iżjed problemi. (Salm 26:4) Veru, xi ġenituri ma tantx jagħmlu sforz biex jikkomunikaw. “Ommi qatt ma tpoġġi bil-​qiegħda u toqgħod titkellem miegħi,” ilmentat waħda tfajla. “Jien qatt ma nagħmel kuraġġ biex ingħid dak li nħoss għaliex nibżaʼ li hi tikkritikani.” Jekk int tinsab f’sitwazzjoni simili, agħżel b’mod għaqli ħin xieraq biex turi lill-​ġenituri x’int tħoss. “Ibni, tassew agħtini qalbek,” iħeġġeġ Proverbji 23:26. Ipprova ddiskuti t-​tħassib tiegħek magħhom b’mod regulari, qabel ma jiżżviluppaw problemi serji.

Ibqaʼ Iġri Wara t-​Tjieba!

17, 18. X’se jgħin lil żagħżugħ biex ikompli jiġri wara t-​tjieba?

17 Lejn it-​tmiem tat-​tieni ittra tiegħu, Pawlu ħeġġeġ lil Timotew: “Kompli fl-​affarijiet li tgħallimt u ġejt ipperswadut biex temmen.” (2 Timotew 3:14) Int għandek tagħmel l-​istess. Tħalli lil ħadd u xejn iħajrek biex tieqaf milli tiġri wara t-​tjieba. Id-​dinja taʼ Satana—bit-​tħajjir kollu tagħha—hija mgħaddsa fil-​ħażen. Dalwaqt hi u dawk kollha li huma parti minnha se jġarrbu qerda totali. (Salm 92:7) Kun determinat li ma tinqeridx mal-​folla taʼ Satana.

18 Għal dak il-​għan, int trid kontinwament teżamina l-​miri, ix-​xewqat, u l-​interessi tiegħek. Staqsi lilek innifsek, ‘Inżomm jien livelli għoljin taʼ kliem u kondotta meta l-​ġenituri tiegħi u l-​membri tal-​kongregazzjoni ma jkunux jistgħu jarawni? Liema xorta taʼ ħbieb nagħżel? Dawk taʼ mpari fid-​dinja jiddettawli huma l-​mod kif nilbes u nidher? Liema miri għamilt għalija nnifsi? Hija qalbi mitfugħa fuq il-​ministeru full-time​—jew fuq xi karriera fis-​sistema taʼ affarijiet moribonda taʼ Satana?’

19, 20. (a) Żagħżugħ għala m’għandux iħossu skuraġġit minħabba l-​ħtiġijiet taʼ Jehovah? (b) Iż-​żgħażagħ minn liema provvedimenti jistgħu jagħmlu użu?

19 Forsi tara l-​bżonn li tagħmel xi aġġustamenti fil-​ħsieb tiegħek. (2 Korintin 13:11) Tħossokx skuraġġit. Ftakar, Jehovah ma jistenniex minnek iktar milli hu raġonevoli. Staqsa l-​profeta Mikea: “X’qiegħed jitlob lura minnek Jehovah ħlief li teżerċita l-​ġustizzja u li tħobb il-​qalb tajba u li tkun modest f’li timxi maʼ Alla tiegħek?” (Mikea 6:8) Dan ma jkunx diffiċli żżejjed jekk int tieħu vantaġġ mill-​provvedimenti taʼ Jehovah biex igħinuk. Żomm qrib tal-​ġenituri tiegħek. Assoċja regolarment mal-​kongregazzjoni Kristjana. B’mod partikulari, agħmel sforz biex issir taf lill-​anzjani tal-​kongregazzjoni. Huma kkonċernati dwar il-​benesseri tiegħek u jistgħu jkunu sors taʼ appoġġ u faraġ. (Isaija 32:2) Fuq kollox, ikkultiva relazzjoni mill-​qalb u mill-​qrib maʼ Alla Jehovah. Hu jagħtik is-saħħa u r-​rieda biex tiġri wara dak li hu tajjeb!

20 Xi żgħażagħ, iżda, idgħajfu l-​isforzi tagħhom biex jikbru spiritwalment billi jisimgħu mużika moralment taʼ ħsara. L-​artiklu li jmiss se jagħti attenzjoni speċjali lil dan is-​suġġett.

[Noti taʼ taħt]

a Il-kelma Griega għal “aħrab” tintuża wkoll f’Mattew 2:​13, fejn Marija u Ġużeppi ntqalilhom biex “jaħarbu ġewwa l-​Eġittu” biex jiskansaw mill-​komplott qattiel taʼ Erodi.—Qabbel Mattew 10:23.

b Issib għadd taʼ suġġerimenti biex tikkontrolla xewqa sesswali fil-​kapitlu 26 tal-​ktieb Questions Young People Ask​—Answers That Work, ippublikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Tiftakar Int?

◻ Iż-​żgħażagħ għala huma b’mod speċjali vulnerabbli għall-​“atti makakki” taʼ Satana?

◻ Li tassoċja mill-​qrib maʼ żgħażagħ tad-​dinja għala huwa perikoluż?

◻ Kif tistaʼ taħrab mill-​immoralità sesswali?

◻ Kif tistaʼ tiġri wara relazzjoni mill-​qrib maʼ Jehovah?

◻ Għala huwa importanti li tikkomunika mal-​ġenituri tiegħek?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja