LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 8/15 pp. 11-16
  • Irgħa l-Merħla t’Alla Għax Trid

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Irgħa l-Merħla t’Alla Għax Trid
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nippresiedu fuq in-​Nies taʼ Dar
  • Ippresiedi “Tassew bil-​Ħeġġa”
  • Ragħajja għax Iridu
  • Il-​Ħlewwa Essenzjali
  • Nirgħu bl-​Attenzjoni
  • “Irgħu l-Merħla t’Alla li Hemm fil-Ħarsien Tagħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Rgħajja, Imitaw lill-Aqwa Rgħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Kif Ragħajja Kristjani Jaqdu Lilek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • “Irgħu l-Merħla taʼ Alla”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 8/15 pp. 11-16

Irgħa l-Merħla t’Alla Għax Trid

“Irgħu l-​merħla t’Alla li hemm fil-​ħarsien tagħkom, mhux bil-​fors, imma għax tridu.”—1 PIETRU 5:2.

1. Għala għandna nistennew li l-​anzjani Kristjani ‘jirgħu l-​merħla t’Alla għax iridu’?

JEHOVAH jirgħa lin-​nies tiegħu għax irid. (Salm 23:​1-4) “Ir-​ragħaj mill-​aħjar,” Ġesù Kristu, għax irid ta l-​ħajja umana u perfetta tiegħu għal nies bħal ngħaġ. (Ġwann 10:​11-15) Għalhekk, l-​appostlu Pietru ħeġġeġ b’qawwa lill-​anzjani Kristjani biex ‘jirgħu l-​merħla t’Alla għax iridu.’—1 Pietru 5:2.

2. Liema mistoqsijiet jimmeritahom konsiderazzjoni rigward l-​attivitajiet tax-​xogħol taʼ ragħajja tal-​anzjani Kristjani?

2 Ir-​rieda hija marka tal-​qaddejja t’Alla. (Salm 110:3) Imma iktar mir-​rieda taʼ raġel Kristjan hija meħtieġa biex jiġi maħtur bħala indokratur, jew sotto-ragħaj. Min huma dawk li jikkwalifikaw biex ikunu ragħajja bħal dawn? Ix-​xogħol tagħhom taʼ ragħajja x’jinvolvi? Kif jistaʼ jiġi mwettaq bl-​aħjar mod?

Nippresiedu fuq in-​Nies taʼ Dar

3. Għala jistaʼ jintqal li l-​mod li bih raġel Kristjan jieħu ħsieb lill-​familja tiegħu għandu effett fuq jekk hu jikkwalifikax biex ikun ragħaj fil-​kongregazzjoni?

3 Qabel ma raġel ikun jistaʼ jiġi maħtur għal “kariga taʼ indokratur,” irid jilħaq ħtiġijiet Skritturali. (1 Timotew 3:​1-7; Titus 1:​5-9) L-​ewwelnett, l-​appostlu Pawlu qal li indokratur għandu jkun “raġel li qiegħed jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess b’mod mill-​aħjar, billi għandu wlied sottomessi bis-​serjetà kollha.” Hemm raġuni tajba għal dan, għax Pawlu qal: “Jekk tabilħaqq xi raġel ma jafx kif jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess, kif se jieħu ħsieb tal-​kongregazzjoni t’Alla?” (1 Timotew 3:​4, 5) Meta kien qiegħed jaħtar irġiel ixjeħ fil-​kongregazzjonijiet fuq il-​gżira taʼ Kreta, lil Titus intqallu biex ifittex “kwalunkwe raġel li hu ħieles minn xi akkuża, raġel taʼ mara waħda, li għandu tfal li jemmnu u li ma kinux taħt akkuża taʼ nżul fil-​baxx jew xellerati.” (Titus 1:6) Iva, il-​mod li bih raġel Kristjan jieħu ħsieb tal-​familja tiegħu jrid jiġi kkunsidrat f’li wieħed jiddetermina jekk jikkwalifikax biex jassumi r-​responsabbiltà iktar tqila taʼ li jirgħa l-​kongregazzjoni.

4. Barra li jkollhom studju tal-​Bibbja u talb regulari, ġenituri Kristjani kif juru mħabba lejn il-​familji tagħhom?

4 Irġiel li jippresiedu fuq in-​nies taʼ darhom b’manjiera mill-​aħjar jagħmlu iktar milli jitolbu u jistudjaw il-​Bibbja mal-​familji tagħhom fuq bażi regulari. Huma dejjem lesti biex igħinu lill-​maħbubin tagħhom. Għal dawk li jsiru ġenituri, dan jibda dak in-​nhar li titwieled tarbija. Ġenituri Kristjani jafu li iktar ma jżommu mill-​qrib maʼ rutina taʼ devozzjoni, iktar malajr it-​tarbija tagħhom se tiffittja fl-​iskeda tagħhom taʼ attivitajiet Kristjani fil-​ħajja taʼ kuljum. Skond kemm missier Kristjan jippresiedi sewwa f’dawn iċ-​ċirkostanzi jirrifletti fuq il-​kwalifiki tiegħu bħala anzjan.—Efesin 5:​15, 16; Filippin 3:16.

5. Missier Kristjan kif jistaʼ jrabbi lil uliedu “fid-​dixxiplina u r-​regular mentali taʼ Jehovah”?

5 F’li jippresiedi fuq in-​nies taʼ daru, missier Kristjan kuxjenzjuż jagħti kas tal-​parir taʼ Pawlu: “Tkunux qegħdin tirritaw lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u r-​regular mentali taʼ Jehovah.” (Efesin 6:4) Studju regulari tal-​Bibbja mal-​familja, kemm mal-​mara u kemm mat-​tfal, joffri opportunitajiet mill-​aħjar għal istruzzjoni taʼ mħabba. It-​tfal b’hekk jirċievu “dixxiplina,” jew istruzzjoni taʼ korrezzjoni. “[I]r-regular mentali” li mbagħad iseħħ igħin lil kull tifel u tifla biex isir jaf kif Jehovah iħares lejn l-​affarijiet. (Dewteronomju 4:9; 6:​6, 7; Proverbji 3:11; 22:6) Fl-​atmosfera rilassata taʼ din il-​ġabra spiritwali, il-​missier li jieħu ħsieb jismaʼ bl-​attenzjoni waqt li t-​tfal tiegħu jitkellmu. Mistoqsijiet penetranti b’qalb tajba jiġu wżati biex jislet espressjonijiet onesti mingħandhom dwar it-​tħassib u l-​attitudnijiet tagħhom. Il-​missier ma jassumix li jaf kulma hu għaddej minn ġol-​imħuħ żgħar tagħhom. Tabilħaqq, “meta xi ħadd qiegħed iwieġeb għal xi kwistjoni qabel ma jismagħha, dik hi bluha min-​naħa tiegħu u umiljazzjoni,” igħid Proverbji 18:13. Illum, il-​biċċa l-​kbira tal-​ġenituri jsibu li s-​sitwazzjonijiet li t-​tfal tagħhom jiltaqgħu magħhom huma differenti ferm minn dawk li huma nfushom esperjenzaw meta kienu żgħar. Għaldaqstant, missier se jistinka biex isir jaf l-​isfond u d-​dettalji taʼ problema qabel ma jgħid kif għandha tiġi ttrattata.—Qabbel Ġakbu 1:19.

6. Missier Kristjan għala għandu jikkonsulta l-​Kelma t’Alla meta jkun qiegħed igħin lill-​familja tiegħu?

6 X’jiġri wara li l-​problemi, l-​anzjetajiet, u l-​attitudnijiet tat-​tfal taʼ dak li jkun ikunu magħrufin? Il-​missier li jippresiedi b’manjiera mill-​aħjar jikkonsulta l-​Iskrittura, li hi “taʼ benefiċċju għat-​tagħlim, għat-​twiddib, biex tiddritta l-​affarijiet, biex tiddixxiplina fit-​tjieba.” Hu jgħallem lit-​tfal tiegħu kif japplikaw il-​linji taʼ gwida ispirati tal-​Bibbja. B’dan il-​mod, dawk li għadhom żgħar fl-​età jsiru ‘kompetenti għalkollox, imgħammrin bis-​sħiħ għal kull xogħol tajjeb.’—2 Timotew 3:​16, 17; Salm 78:​1-4.

7. Missirijiet Kristjani għandhom jagħtu liema eżempju rigward it-​talb?

7 Żgħażagħ devoti jiffaċċjaw żminijiet ibsin f’konnessjoni maʼ sħabhom dinjin tal-​iskola. Mela l-​missirijiet Kristjani kif jistgħu jtaffu l-​biżaʼ taʼ wliedhom? Mod wieħed huwa billi jitolbu regolarment magħhom u għalihom. Meta dawn iż-​żgħażagħ jiffaċċjaw sitwazzjonijiet taʼ prova, x’aktarx li se jimitaw l-​eżempju tal-​ġenituri tagħhom taʼ li jistrieħu fuq Alla. Waħda tfajla taʼ 13-il sena, intervistata qabel ma tgħammdet b’simbolu tad-​dedikazzjoni tagħha lil Alla, irrakkontat li kienet esperjenzat twaqqiegħ għaċ-​ċajt u abbuż minn sħabha fl-​iskola. Meta ddefendiet it-​twemmin tagħha bbażat fuq il-​Bibbja fil-​qdusija tad-​demm, tfajliet oħrajn sawtuha u beżqulha. (Atti 15:​28, 29) Irritaljat hi? Le. “Bqajt nitlob lil Jehovah biex igħinni nibqaʼ kalma,” spjegat hi. “Ftakart ukoll dak li l-​ġenituri tiegħi kienu għallmuni fl-​istudju tal-​familja tagħna dwar il-​bżonn li nżommu lilna nfusna mrażżnin taħt il-​ħażen.”—2 Timotew 2:24.

8. Kif jistaʼ anzjan li m’għandux tfal jippresiedi fuq in-​nies taʼ daru b’manjiera mill-​aħjar?

8 Anzjan li m’għandux tfal jistaʼ wkoll jagħmel provvedimenti spiritwali u materjali adekwati għal dawk li qegħdin fid-​dar tiegħu. Dan jinkludi lis-​sieħba tiegħu fiż-​żwieġ u forsi lil qraba Kristjani dipendenti li qegħdin igħixu fid-​dar tiegħu. (1 Timotew 5:8) Li jippresiedi b’hekk b’manjiera mill-​aħjar hija waħda mill-​ħtiġijiet li jridu jintlaħqu minn raġel maħtur biex jerfaʼ fuq spallejh ir-​responsabbiltà bħala anzjan tal-​kongregazzjoni. Kif, allura, għandhom irġiel ixjeħ maħturin iħarsu lejn ir-​responsabbiltajiet ipprivileġġjati tagħhom fil-​kongregazzjoni?

Ippresiedi “Tassew bil-​Ħeġġa”

9. L-​anzjani Kristjani għandhom ikollhom liema attitudni dwar l-​inkarigi taʼ servizz tagħhom?

9 Fl-​ewwel seklu tal-​Era Komuni tagħna, l-​appostlu Pawlu qeda bħala prokuratur fid-​dar t’Alla, il-​kongregazzjoni Kristjana taħt l-​istat taʼ kap taʼ Kristu. (Efesin 3:​2, 7; 4:15) Mill-​banda l-​oħra, Pawlu ħeġġeġ bil-​qawwa lil dawk li kienu jemmnu bħalu f’Ruma: “Ladarba . . . għandna għotjiet differenti skond il-​qalb tajba mhix mistħoqqa mogħtija lilna, jekk inhi profezija, ejjew nipprofetizzaw skond il-​fidi mogħtija b’sehem lilna; jew jekk inhu ministeru, ejjew inkunu f’dan il-​ministeru; jew dak li jgħallem, ħa jkun fit-​tagħlim tiegħu; jew dak li jħeġġeġ, ħa jkun fit-​tħeġġiġ tiegħu; dak li jqassam, ħa jagħmel dan b’idu miftuħa; dak li jippresiedi, ħa jagħmel dan tassew bil-​ħeġġa; dak li juri ħniena, ħa jagħmel dan bil-​ferħ.”—Rumani 12:​6-8.

10. F’li jieħu ħsieb il-​merħla t’Alla, Pawlu liema eżempju ta għall-​anzjani llum?

10 Pawlu fakkar lit-​Tessalonkin: “Bħalma missier jagħmel maʼ wliedu, aħna bqajna neżortaw lil kull wieħed minnkom, u nikkonslaw u nagħtu xiehda lilkom, bil-​għan li tibqgħu mexjin b’mod li jistħoqq lil Alla li qiegħed isejħilkom lejn is-​saltna u l-​glorja tiegħu.” (1 Tessalonkin 1:1; 2:​11, 12) It-​tħeġġiġ kien ġie mogħti b’mod daqshekk teneru u taʼ mħabba li Pawlu setaʼ jikteb: “Sirna ġentili f’nofskom, bħal meta omm li trabbi tgħożż lit-​tfal tagħha stess. Mela, billi għandna affezzjoni tenera għalikom, ħadna pjaċir sewwa li nwasslulkom, mhux biss l-​aħbar tajba t’Alla, imma wkoll lil erwieħna stess, għaliex sirtu maħbubin għalina.” (1 Tessalonkin 2:​7, 8) Fi qbil mal-​eżempju taʼ Pawlu bħala missier, irġiel ixjeħ leali għandhom tħassib profond għal kulħadd fil-​kongregazzjoni.

11. Anzjani maħturin kif jistgħu juru ħerqa?

11 It-​tenerezza, flimkien mal-​ħeġġa, trid tikkaratterizza l-​indokrar bl-​imħabba li r-​ragħajja Kristjani u leali tagħna jeżerċitaw. Il-​manjiera tagħhom għandha effett kbir. Pietru jagħti parir lill-​anzjani biex jirgħu l-​merħla t’Alla “mhux bil-​fors” jew “għal imħabba taʼ qligħ diżonest.” (1 Pietru 5:2) Fuq dan il-​punt, l-​istudjuż William Barclay esprima nota taʼ twissija, billi kiteb: “Hemm mod kif taċċetta kariga u kif tagħti servizz bħal li kieku kien xi dmir ikrah u taʼ dwejjaq, bħal li kieku kien xi ħaġa li tgħajjik, bħal li kieku kien xi tagħbija li trid tistmerrha. Huwa possibbli mhux ħażin għal raġel biex jiġi mitlub li jagħmel xi ħaġa, u biex hu jagħmilha, imma biex jagħmilha b’mod tant mhux grazzjuż li l-​azzjoni kollha kemm hi tiġi mħassra. . . . Imma [Pietru] tassew igħid li kull Kristjan għandu jkun ħerqan bi tregħid biex jagħti servizz bħal dan kif jistaʼ, għalkemm huwa konxju bis-​sħiħ kemm ma jistħoqqlux li jagħtih.”

Ragħajja għax Iridu

12. Anzjani Kristjani kif jistgħu juru li jridu?

12 “Irgħu l-​merħla t’Alla li hemm fil-​ħarsien tagħkom . . . għax tridu,” Pietru jħeġġeġ ukoll. Indokratur Kristjan li jieħu ħsieb in-​ngħaġ jagħmel hekk għax irid, mir-​rieda ħielsa tiegħu stess, taħt id-​direzzjoni tar-​Ragħaj mill-​Aħjar, Ġesù Kristu. Li jaqdi għax irid ifisser ukoll li ragħaj Kristjan jissottometti ruħu lejn l-​awtorità taʼ Jehovah, ‘ir-​ragħaj u l-​indokratur tal-​erwieħ tagħna.’ (1 Pietru 2:25) Sotto-ragħaj Kristjan juri rispett għax irid lejn l-​arranġament teokratiku. Hu jagħmel dan meta jidderieġi lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu parir lejn il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Għalkemm l-​esperjenza se tgħin lil anzjan biex jibni maħżen taʼ pariri bbażati fuq il-​Bibbja, dan ma jfissirx li hu se jkollu s-​soluzzjoni Skritturali għal kull problema lesta għad-​dispożizzjoni tiegħu. Saħansitra meta jkun jaf it-​tweġiba għal mistoqsija, hu jistaʼ jsibha ħaġa għaqlija li flimkien maʼ dak li jistaqsi jikkonsulta l-​Watch Tower Publications Index jew indiċi simili. Hu b’hekk igħallem b’żewġ modi: Juri kif wieħed isib informazzjoni taʼ għajnuna u bl-​umiltà juri rispett lejn Jehovah billi jdawwar l-​attenzjoni lejn dak li l-​organizzazzjoni t’Alla ppubblikat.

13. Liema passi jistgħu jittieħdu biex igħinu lill-​anzjani jagħtu parir f’loku?

13 X’jistaʼ jagħmel anzjan jekk xejn ma ġie ppubblikat fil-​letteratura tas-​Soċjetà fuq il-​problema speċifika li jkun qiegħed jittratta? Bla dubju, se jitlob għad-​dehen u se jfittex għal xi prinċipji Bibliċi li għandhom x’jaqsmu mal-​kwistjoni. Hu jistaʼ wkoll isibha taʼ benefiċċju li jissuġġerixxi li dak li jkun qiegħed ifittex il-​għajnuna jikkunsidra l-​eżempju taʼ Ġesù. L-​anzjan jistaʼ jistaqsi: “Kieku Ġesù, il-​Għalliem il-​Kbir, kien fis-​sitwazzjoni tiegħek, x’taħseb li kien jagħmel?” (1 Korintin 2:16) Raġunar bħal dan jistaʼ jgħin lil wieħed li jistaqsi biex jieħu deċiżjoni għaqlija. Imma kemm ma tkunx ħaġa għaqlija li anzjan joffri opinjoni sempliċement persunali bħal li kieku kienet xi parir Skritturali sod! Minflok, l-​anzjani jistgħu jiddiskutu problemi diffiċli maʼ xulxin. Huma jistgħu saħansitra jġibu kwistjonijiet importanti għal diskussjoni f’laqgħa tal-​ġemgħa tal-​anzjani. (Proverbji 11:14) Permezz tad-​deċiżjonijiet li jirriżultaw kollha kemm huma se jkunu jistgħu jitkellmu fi qbil.—1 Korintin 1:10.

Il-​Ħlewwa Essenzjali

14, 15. X’inhu mitlub mill-​anzjani meta jkunu qegħdin jaġġustaw lil Kristjan li ‘ħa xi pass falz qabel ma nduna bih’?

14 Anzjan Kristjan għandu bżonn juri l-​ħlewwa meta jkun qiegħed igħallem lil oħrajn, speċjalment meta jkun qiegħed jagħtihom parir. “L-​aħwa,” Pawlu jagħti parir, “saħansitra għalkemm raġel jieħu xi pass falz qabel ma jinduna bih, intom li għandkom kwalifiki spiritwali ppruvaw irranġaw lil raġel bħal dan fi spirtu taʼ ħlewwa.” (Galatin 6:1) Taʼ interess, il-​kelma Griega hawn tradotta “irranġaw” għandha x’taqsam maʼ terminu kirurġiku wżat biex jiddeskrivi l-​irranġar taʼ għadma sabiex jiġi evitat mankament tul il-​ħajja. Il-​lessikografu W. E. Vine igħid li dan huwa relatat mar-​restawrazzjoni “minn dawk li huma spiritwali, taʼ wieħed li waqaʼ f’xi nuqqas, billi wieħed bħal dan huwa bħal membru diżlokat tal-​ġisem spiritwali.” Traduzzjonijiet alternattivi huma, “biex tpoġġi lura fil-​pożizzjoni xierqa; biex iġġib f’linja xierqa.”

15 Li tirranġa l-​ħsieb taʼ dak li jkun m’huwiex faċli, u jistaʼ jkun diffiċli ferm biex iġġib il-​ħsibijiet taʼ persuna li qiegħda tiżżballja f’linja xierqa. Imma għajnuna offruta fi spirtu taʼ ħlewwa x’aktarx li tkun milqugħa bi gratitudni. Għaldaqstant, anzjani Kristjani għandhom jagħtu kas il-​parir taʼ Pawlu: “Tlibbsu bl-​affezzjonijiet teneri taʼ mogħdrija, qalb tajba, umiltà tal-​moħħ, ħlewwa, u sabar fit-​tul.” (Kolossin 3:12) X’għandhom jagħmlu l-​anzjani meta individwu li jkollu bżonn li jirranġa jkollu attitudni ħażina? Għandhom ‘jiġru wara t-​temperament kalm.’—1 Timotew 6:11.

Nirgħu bl-​Attenzjoni

16, 17. L-​anzjani għandhom igħassu kontra liema perikli meta jkunu qegħdin jagħtu parir lil oħrajn?

16 Hemm iktar x’wieħed jistaʼ jitgħallem mill-​parir taʼ Pawlu f’​Galatin 6:1. Hu jħeġġeġ lil irġiel ikkwalifikati spiritwalment: “[I]ppruvaw irranġaw lil [wieħed li qiegħed jiżżballja] fi spirtu taʼ ħlewwa, fil-​waqt li kull wieħed minnkom iżomm għajn fuqu nnifsu, minħabba l-​biżaʼ li inti wkoll tistaʼ tiġi ttantat.” X’konsegwenzi serji jistaʼ jkun hemm jekk parir bħal dan ma jingħatax kas tiegħu! Imqanqla minn rapporti dwar bniedem tal-​kleru Anglikan li nstab ħati li kkommetta adulterju maʼ żewġ nisa tal-​parroċċa tiegħu, The Times taʼ Londra qalet li din hi “sitwazzjoni eterna: bniedem li jagħti l-​pariri u li mid-​dehra jaġixxi bħala missier jew bħala ħu jaqaʼ vittma tat-​tentazzjonijiet tal-​fiduċja.” Il-​ġurnalist imbagħad irrefera għal dak li qal Dr. Peter Rutter li “l-​kuntatti esplojtattivi bejn il-​pazjenti u l-​irġiel li jagħtuhom il-​pariri—tobba, avukati, qassisin u min iħaddem—kienu saru, fis-​soċjetà sesswalment libera tagħna, epidemija mhix rikonoxxuta, taʼ ħsara u taʼ għajb.”

17 M’għandniex nimmaġinaw li n-​nies taʼ Jehovah huma ħelsin minn tentazzjonijiet bħal dawn. Wieħed anzjan rispettat li kien qeda fedelment għal snin sħaħ involva ruħu fl-​immoralità għaliex għamel żjajjar pastorali lil oħt miżżewġa meta kienet tkun waħedha. Għalkemm nidem, il-​ħu tilef il-​privileġġi kollha taʼ servizz tiegħu. (1 Korintin 10:12) Kif jistgħu, allura, irġiel ixjeħ maħturin jagħmlu żjajjar pastorali b’tali mod li ma jaqgħux f’tentazzjoni? Kif jistgħu huma jirranġaw għal miżura taʼ li jkunu waħedhom, biex jitolbu, u biex ikunu jistgħu jikkonsultaw il-​Kelma t’Alla u pubblikazzjonijiet Kristjani?

18. (a) Li japplikaw il-​prinċipju tal-​istat taʼ kap kif jistaʼ jgħin lill-​anzjani biex jevitaw sitwazzjonijiet taʼ kompromess? (b) Liema arranġamenti jistgħu jsiru biex wieħed jagħmel żjara pastorali lil xi oħt?

18 Fattur wieħed li l-​anzjani jridu jqisu huwa l-​prinċipju tal-​istat taʼ kap. (1 Korintin 11:3) Jekk xi żagħżugħ ifittex gwida, agħmel ħiltek biex tinvolvi lill-​ġenituri tiegħu fid-​diskussjoni meta jkun xieraq. Meta oħt miżżewġa titlob għajnuna spiritwali, tistaʼ int tirranġa li żewġha jkun preżenti waqt iż-​żjara? X’jiġri jekk dan ma jkunx possibbli jew jekk hu wieħed li ma jemminx u li jkun abbuża minnha b’xi mod? Allura agħmel l-​istess arranġamenti li kont tagħmel kieku se tagħmel żjara pastorali lil xi oħt mhix miżżewġa. Tkun ħaġa għaqlija li żewġt aħwa rġiel ikkwalifikati spiritwalment iżuru lill-​oħt flimkien. Jekk dan ma jkunx jistaʼ jsir, forsi jistaʼ jintgħażel ħin xieraq biex żewġt aħwa rġiel ikollhom diskussjoni magħha fis-​Sala tas-​Saltna, preferibbilment f’kamra li fiha jistgħu jkunu waħedhom. B’aħwa oħrajn irġiel u nisa preżenti fis-​sala, għalkemm ma jkunux f’pożizzjoni li jaraw u jisimgħu d-​diskussjoni, x’aktarx li dak kollu li jikkaġuna gambetta se jiġi evitat.—Filippin 1:​9, 10.

19. Li wieħed jirgħa n-​ngħaġ t’Alla għax irid iġib liema riżultati tajbin, u lil min nesprimu gratitudni għal ragħajja li jridu?

19 Li wieħed jirgħa n-​ngħaġ t’Alla għax irid iġib riżultati tajbin​—merħla mmexxija sewwa u b’saħħitha spiritwalment. Bħall-​appostlu Pawlu, anzjani Kristjani tal-​lum għandhom tħassib kbir għal sħabhom fit-​twemmin. (2 Korintin 11:28) Speċjalment tqila hija r-​responsabbiltà taʼ li wieħed jirgħa n-​nies t’Alla f’dawn iż-​żminijiet kritiċi. Għalhekk, aħna verament grati għax-​xogħol mill-​aħjar li qiegħed isir minn ħutna li jaqdu bħala anzjani. (1 Timotew 5:17) Talli berikna b’“għotjiet fi rġiel” li jirgħu għax iridu, aħna noffru tifħir lid-​Donatur taʼ “kull għotja tajba u kull rigal perfett,” ir-​Ragħaj tas-​sema li jħobb tagħna, Jehovah.—Efesin 4:8; Ġakbu 1:17.

Kif Twieġeb Int?

◻ Raġel kif jistaʼ jippresiedi fuq in-​nies taʼ daru b’manjiera mill-​aħjar?

◻ Liema kwalitajiet għandhom jikkaratterizzaw l-​indokrar minn anzjani Kristjani?

◻ L-​anzjani kif jistgħu juru l-​umiltà u l-​ħlewwa f’li jagħtu parir?

◻ Liema ħaġa tgħin biex l-​aġġustament spiritwali jkun effettiv?

◻ L-​anzjani kif jistgħu jevitaw sitwazzjonijiet taʼ kompromess meta jkunu qegħdin jirgħu l-​merħla?

[Stampa f’paġna 12]

Anzjan Kristjan irid jippresiedi fuq in-​nies taʼ daru b’manjiera mill-​aħjar

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja