LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/13 pp. 14-15
  • Id-Dipressjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dipressjoni
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi d-​dipressjoni?
  • Hija d-​dipressjoni tort taʼ min ibati biha?
  • Kif tistaʼ tkampa mad-​dipressjoni?
  • Kif Int Tistaʼ Tgħin
    Stenbaħ!—2001
  • Faraġ Għal Dawk Dipressi
    Faraġ għal dawk Dipressi
  • Id-Dipressjoni—Xi Jħoss Min Ibati Biha?
    Stenbaħ!—2009
  • Niskopru l-Għerq tal-Problema
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 10/13 pp. 14-15

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Id-​Dipressjoni

X’inhi d-​dipressjoni?

“Inħossni konfuż, in-​niket tiegħi ġegħelni nitbaxxa sa l-​art; il-​jum kollu nippassiġġa mdejjaq.” —Salm 38:6.

DAK LI JGĦIDU XI RIĊERKATURI

Kulħadd iħossu mdejjaq xi kultant, imma d-​dipressjoni klinika hi marda kontinwa li tħallik bla saħħa u li tfixkel il-​ħajja taʼ kuljum. Għandu jiġi notat li mhux l-​esperti kollha jaqblu dwar meta wieħed sempliċement iħossu mdejjaq u meta jkun dipress. Madankollu, nistgħu ngħidu li xi nies jesperjenzaw emozzjonijiet negattivi għall-​aħħar, u li xi kultant iħossuhom ukoll ma jiswew għal xejn u ħatjin b’mod eċċessiv.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja ssemmi ħafna rġiel u nisa li esperjenzaw sentimenti negattivi. Pereżempju, Ħanna ħassitha “mimlija mrar”—frażi li ġiet tradotta “qalbha maqsuma” u “mnikkta ferm.” (1 Samwel 1:10) Darba minnhom, il-​profeta Elija tant kien maħkum mid-​dwejjaq li talab lil Alla biex jiħodlu ħajtu!—1 Slaten 19:4.

Il-​Kristjani tal-​ewwel seklu ġew mgħallmin biex ‘jikkonslaw lid-​dipressi.’ (1 Tessalonikin 5:14) Skont xogħol taʼ referenza, il-​kelma “dipressi” tistaʼ tirreferi għal dawk li “huma temporanjament maħkumin mill-​istress tal-​ħajja.” Jidher ċar li saħansitra rġiel u nisa leali li jissemmew fil-​Bibbja ġieli ħassewhom dipressi.

Hija d-​dipressjoni tort taʼ min ibati biha?

“Il-​ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-​uġigħ flimkien.”—Rumani 8:22.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja tgħallem li l-​mard hu l-​effett tar-​ribelljoni tal-​ewwel koppja umana. Pereżempju, Salm 51:5 jgħid: “Fl-​iżball jien twilidt bl-​uġigħ tal-​ħlas, u ommi nisslitni bid-​dnub.” U Rumani 5:12 jispjega li “permezz taʼ bniedem wieħed [l-​ewwel raġel, Adam] id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.” Minħabba li writna l-​imperfezzjoni mingħand Adam, kull wieħed minna hu suxxettibbli għall-​mard, kemm fiżiku kif ukoll emozzjonali. Il-​Bibbja tgħid li b’riżultat taʼ dan “il-​ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-​uġigħ flimkien.” (Rumani 8:22) Madankollu, il-​Bibbja toffri wkoll tama li ebda tabib ma jistaʼ jagħti—il-​wegħda t’Alla taʼ dinja ġdida taʼ paċi li fiha se jispiċċa l-​mard kollu, inkluż id-​dipressjoni.—Rivelazzjoni 21:4.

Kif tistaʼ tkampa mad-​dipressjoni?

“Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.” —Salm 34:18.

GĦALA HU IMPORTANTI

Mhux dejjem tistaʼ tikkontrolla ċ-​ċirkustanzi tiegħek, u bla dubju, illum jew għada, se tiġi effettwat minn affarijiet ħżiena. (Ekkleżjasti 9:11, 12) Però, int tistaʼ tiżviluppa strateġija prattika sabiex is-​sentimenti negattivi ma jiddominawlekx ħajtek.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja tirrikonoxxi li min hu marid jeħtieġ tabib. (Luqa 5:31) Għalhekk, jekk tbati minn marda li teffettwalek il-​burdata u li tħallik bla saħħa, m’hemm xejn ħażin f’li tfittex għajnuna medika. Il-​Bibbja tenfasizza wkoll il-​valur tat-​talb. Pereżempju, Salm 55:22 jgħid: “Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik. Hu qatt ma jħalli lill-​ġust jogħtor.” It-​talb mhuwiex sempliċi mezz biex iġiegħlek tħossok aħjar; huwa komunikazzjoni reali m’Alla Ġeħova, li hu “qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma.”—Salm 34:18.

Int tistaʼ tibbenefika wkoll billi tiftaħ qalbek dwar is-​sentimenti tiegħek maʼ ħabib tal-​qalb. (Proverbji 17:17) Daniela, li hi waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, tgħid li Xhud ieħor ipperswadieha bil-​ġentilezza biex titkellem dwar id-​dipressjoni tagħha. Daniela tgħid: “Għalkemm kont ilni nevita konversazzjoni bħal din għal ħafna snin, minnufih intbaħt li dan kien dak li kelli bżonn daż-​żmien kollu. Bqajt mistagħġba dwar kemm ħassejtni mistrieħa wara.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja