LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g97 7/8 pp. 5-7
  • Ġenituri Taħt Pressjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġenituri Taħt Pressjoni
  • Stenbaħ!—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Żmien Iebes”
  • “Bla Qalb”
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Uliedna —Wirt Prezzjuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri—Kunu t’Eżempju mill-Aħjar għal Uliedkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1997
g97 7/8 pp. 5-7

Ġenituri Taħt Pressjoni

ĠENITURI ġodda taʼ spiss jidhru eċċitati għall-​aħħar. Kważi kulma tagħmel it-​tarbija tagħhom donnu jikkommovahom. L-​ewwel tbissima tat-​tarbija, l-​ewwel kliem, u l-​ewwel passi huma okkażjonijiet speċjali ferm. Huma jpaxxu lill-​ħbieb u lill-​qraba bi stejjer u ritratti. Bla dubju, huma jħobbuha lit-​tarbija tagħhom.

F’xi familji, iżda, tiżviluppa traġedja hekk kif jgħaddu s-​snin. Iż-​żegħil ċajtier tal-​ġenituri jinbidel fi kliem iebes u mhux xieraq; tgħanniq mimli affezzjoni jinbidel f’daqqiet bir-​rabja jew nuqqas għal kollox taʼ kuntatt fiżiku; is-​sens taʼ kburija tal-​ġenituri jinbidel f’ħaġa morra. “Ma messnix kelli t-​tfal,” ħafna jgħidu. Ġo familji oħrajn il-​problema hija saħansitra agħar​—il-​ġenituri naqsu li juru mħabba anki meta t-​tfal kienu trabi! Fiż-​żewġ każi, x’ġara? Fejn hi dik l-​imħabba?

It-tfal, naturalment, m’humiex kapaċi jsibu t-​tweġibiet għal mistoqsijiet bħal dawn. Imma dak mhux se jwaqqafhom milli jaslu għal ċerti konklużjonijiet waħedhom. Fil-​fond taʼ qalbhom, it-​tfal għandhom mnejn jikkonkludu, ‘Jekk il-​Mamà jew il-​Papà ma jħobbunix, sinjal li għandi xi ħaġa ħażina. Jien żgur li ħażin wisq.’ Dan għandu mnejn isir twemmin miżmum fil-​fond​—wieħed li jistaʼ jikkaġuna kull tip taʼ ħsara matul ħajjithom.

Il-verità, iżda, hija li l-​ġenituri x’aktarx li jonqsu li juru lit-​tfal l-​imħabba li għandhom bżonn għal varjetà kbira taʼ raġunijiet. Irridu nammettu li l-​ġenituri llum qegħdin jiffaċċjaw pressjonijiet tremendi, xi wħud minnhom fuq skala li qatt ma kien hawn bħalha. Għall-​ġenituri li m’humiex lesti li jieħdu ħsiebhom sewwa, dawn il-​pressjonijiet jistgħu jagħmlu ħsara lix-​xogħol tagħhom bħala ġenituri. Bħalma jiddikjara qawl antik: “Il-​moħqrija tħawwad moħħ l-​għaref.”​—Koħèlet 7:7.

“Żmien Iebes”

Era Utopjana. Dan huwa dak li n-​nies stennew li se jiżviluppa f’dan is-​seklu. Immaġina​—qatt iżjed pressjonijiet ekonomiċi, ġuħ, nixfa, gwerer! Imma tamiet bħal dawn baqgħu ma twettqux. Minflok, id-​dinja tal-​lum ġralha kif ipprofetizza kittieb tal-​Bibbja lura fl-​ewwel seklu E.K. Hu kiteb li fi żmienna kellna niffaċċjaw “żmien iebes.” (2 Timotju 3:​1-5) Il-​biċċa l-​kbira tal-​ġenituri jkunu minn taʼ l-​ewwel biex jaqblu maʼ dan il-​kliem.

Ħafna ġenituri ġodda jsibu ruħhom imbellhin b’kemm trid flus biex trabbi t-​tfal fid-​dinja tal-​lum. Taʼ spiss, it-​tnejn li huma jridu jaħdmu ’l barra mid-​dar biex ilaħħqu mal-​ħajja. Spejjeż għall-​mediċini, għall-​ħwejjeġ, għall-​iskola, għall-​ħajja taʼ kuljum, u saħansitra għall-​ikel u biex ikollok saqaf fuq rasek, kollha jistgħu jikkontribwixxu għal mewġa taʼ kontijiet li ġġiegħel lill-​ġenituri jħossuhom qishom se jegħrqu. Is-​sitwazzjoni ekonomika tfakkar lill-​istudenti tal-​Bibbja fil-​profezija taʼ l-​Apokalissi li tbassar żmien meta n-​nies kellhom jonfqu paga taʼ ġurnata sħiħa biex sempliċement jixtru n-​neċessitajiet li jservuhom għal ġurnata waħda!​—Apokalissi 6:6.

Ma tistax tippretendi li t-​tfal jifhmu dawn il-​pressjonijiet kollha li jiffaċċjaw il-​ġenituri. Le, min-​natura stess tagħhom, it-​tfal għandhom bżonn l-​imħabba u l-​attenzjoni u huma għatxana għalihom. U l-​pressjoni li dawn jassorbu mill-​mezzi taʼ komunikazzjoni u minn sħabhom taʼ l-​iskola biex ikollhom l-​iktar ġugarelli, ħwejjeġ, u affarijiet elettroniċi moderni taʼ spiss tissarraf fi pressjoni mpoġġija fuq il-​ġenituri biex ifornu lista li dejjem titwal t’affarijiet li jridu.

Pressjoni oħra fuq il-​ġenituri, li tidher li qed issir agħar f’dawn il-​jiem, hija r-​ribelljoni. Huwa taʼ interess li l-​Bibbja pprofetizzat tixrid taʼ diżubbidjenza fit-​tfal lejn il-​ġenituri bħala indikazzjoni oħra taż-​żminijiet mimlijin inkwiet tagħna. (2 Timotju 3:2) Veru, problemi fid-​dixxiplina mat-​tfal m’humiex xi ħaġa ġdida. U l-​ebda ġenitur ma jistaʼ jiġġustifika l-​ħtija taʼ trattament abbużiv fuq it-​tfal talli dawn m’obdewx. Imma ma taqbilx int li l-​ġenituri llum iridu jikkumbattu biex irabbu t-​tfal f’kultura sħiħa taʼ ribelljoni? Mużika popolari li tippromwovi rabja, irvell, u ddisprar; programmi televiżivi li jpinġu lill-​ġenituri bħala boloh u injoranti u lit-​tfal bħala superjuri għalihom; films li jigglorifikaw l-​imġiba bbażata fuq impulsi vjolenti—​illum it-​tfal huma bbombardjati minn influwenzi bħal dawn. Tfal li jassorbu u jimitaw din il-​kultura taʼ ribelljoni jistgħu jpoġġu toqol kbir fuq il-​ġenituri tagħhom.

“Bla Qalb”

Hemm aspett ieħor f’din l-​istess profezija antika, iżda, li jbassar saħansitra iżjed inkwiet għall-​familja tal-​lum. Dan jindika li numru kbir taʼ nies se jkunu “bla qalb” jew bla ebda “affezzjoni naturali.” (2 Timotju 3:​3, New World Translation) L-​affezzjoni naturali hija dik li żżomm il-​familja flimkien. U saħansitra dawk l-​iżjed xettiċi dwar profeziji tal-​Bibbja jkollhom jammettu li żmienna ra tkissir li jkexkex fil-​ħajja tal-​familja. Madwar id-​dinja kollha, ir-​rati tad-​divorzju għolew m’ogħla s-​sema. F’ħafna komunitajiet, familji b’ġenitur wieħed u familji tar-​rispett huma iżjed komuni minn familji tradizzjonali. Ġenituri waħedhom u ġenituri tar-​rispett xi kultant jiffaċċjaw sfidi speċjali u pressjonijiet li jistgħu jagħmluhielhom diffiċli li juru lil uliedhom l-​imħabba li għandhom bżonn.

Hemm impatt iżjed profond, iżda. Ħafna mill-​ġenituri tal-​lum kibru huma nfushom fi djar fejn kien hemm ftit jew xejn “affezzjoni naturali”​—djar maqsumin minħabba l-​adulterju u d-​divorzju; djar milqutin minn bruda u mibegħda; forsi saħansitra djar fejn l-​abbuż verbali, emozzjonali, fiżiku, jew sesswali kien xi ħaġa taʼ kuljum. Li jikbru fi djar bħal dawn mhux biss jagħmlilhom ħsara meta jkunu tfal imma jistaʼ jkun taʼ ħsara għalihom meta jsiru adulti. L-​istatistiċi juru stampa kerha​—ġenituri li ġew abbużati meta kienu żgħar hemm iżjed ċans li jabbużaw lit-​tfal tagħhom huma stess. Fiż-​żminijiet Bibliċi l-​Lhud kellhom qawl: “Il-​missirijiet kielu l-​għeneb qares u ddarrsu snien uliedhom.”​—Eżekjel 18:2.

Madankollu, Alla qal lill-​poplu tiegħu li l-​affarijiet ma kellhomx għalfejn ikunu hekk. (Eżekjel 18:3) Hawnhekk irid jintgħamel punt importanti. Ifissru dawn il-​pressjonijiet kollha fuq il-​ġenituri li sempliċement ma jistgħu jagħmlu xejn ħlief li jimmaltrattaw lil uliedhom stess? ’Il bogħod minn hekk! Jekk int ġenitur u ssib lilek innifsek titqabad maʼ xi wħud mill-​pressjonijiet li semmejna u titħasseb jekk tistax qatt tkun ġenitur tajjeb, qawwi qalbek! Int m’intix xi statistika. Il-​passat tiegħek ma jiddeterminax awtomatikament il-​futur tiegħek.

Fi qbil maʼ l-​assiguranza Skritturali li titjib huwa possibbli, il-​ktieb Healthy Parenting jagħmel dan il-​kumment: “Jekk int ma tiħux passi determinati biex taġixxi b’mod differenti mill-​ġenituri tiegħek stess, il-​mudelli tat-​tfulija tiegħek se jirrepetu ruħhom trid u ma tridx. Sabiex tkisser dan iċ-​ċiklu, int trid issir konxju tal-​mudelli mill-​agħar li qed iżżomm u titgħallem kif tibdilhom.”

Iva, jekk inhu neċessarju, int tistaʼ tkisser iċ-​ċiklu taʼ ġenitur abbużiv! U tistaʼ tittratta mal-​pressjonijiet li jagħmlu x-​xogħol taʼ ġenitur daqshekk diffiċli llum. Imma kif? Minn fejn tistaʼ titgħallem l-​aħjar u l-​iktar livelli taʼ min joqgħod fuqhom taʼ kif tkun ġenitur mill-​aħjar? L-​artiklu tagħna li jmiss se jikkunsidra din il-​kwistjoni.

[Stampa fʼpaġna 6]

Taħt pressjoni, xi ġenituri jonqsu li jesprimu l-​imħabba lejn uliedhom

[Stampa fʼpaġna 7]

Il-​ġenituri għandhom jesprimu l-​imħabba li għandhom bżonn uliedhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja