LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g97 7/8 pp. 3-4
  • Kliem Iebes, Spirti Mfarrkin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kliem Iebes, Spirti Mfarrkin
  • Stenbaħ!—1997
  • Materjal Simili
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenituri Waħedhom imma Ħafna Huma l-Isfidi
    Stenbaħ!—2002
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għallem lil Uliedek Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1997
g97 7/8 pp. 3-4

Kliem Iebes, Spirti Mfarrkin

“Qisek ir-​rieqda!”a Mara fil-​Ġappun tiftakru sew dak il-​kliem​—kien jintqalilha spiss meta kienet żgħira. Minn min? Mit-​tfal taʼ l-​iskola? Minn ħutha? Le. Mill-​ġenituri tagħha. Tiftakar: “Kont inkun imdejqa għaliex dan it-​tgħajjir kien tant iweġġagħni.”[1]

Raġel fl-​Istati Uniti jiftakar li meta kien żgħir, kien iħossu beżgħan u fuq ix-​xwiek kull meta missieru kien jirritorna d-​dar. “Għadni sal-​ġurnata tal-​lum nismaʼ ċar il-​ħoss tat-​tajers quddiem id-​dar,” jiftakar, “u għadni nitkexkex. Oħti ż-​żgħira kienet tmur tistaħba. Missieri kien perfezzjonist u l-​ħin kollu kien ibeżbiżhielna għax kien jgħid li ma konniex nagħmlu xogħolna tajjeb biżżejjed.”

Oħt dan ir-​raġel tkompli: “Qatt ma niftakar li xi darba wieħed mill-​ġenituri tiegħi għannaqna miegħu, biesna, jew qalilna xi kliem bħal ‘inħobbok’ jew ‘kemm jien kburi bik.’ U għat-​tfal, li qatt ma jisimgħu ‘inħobbok’ hu l-​istess daqs li kieku jisimgħu ‘nobogħdok’​—tul ħajjithom kollha.”

XI WĦUD għandhom mnejn jgħidu li l-​hemm li sofrew dawn in-​nies bħala tfal kien żgħir. Ċertament m’huwiex rari li t-​tfal jiġu trattati b’mod kattiv u bi kliem iebes u mingħajr mogħdrija. Dan it-​tip taʼ trattament ma tantx jissemma fil-​gazzetti u fi programmi televiżivi li jħobbu jirrapportaw stejjer sensazzjonali. Il-​ħsara m’hijiex viżibbli. Imma jekk il-​ġenituri jittrattawhom ħażin hekk lil uliedhom jum wara l-​ieħor, l-​effetti xorta waħda jistgħu jkunu diżastrużi​—u jibqgħu hemm għal għomorhom.

Ikkunsidra studju li sar fl-​1990 wara wieħed li kien sar fl-​1951 fejn kienu ġew eżaminati l-​prattiċi wżati mill-​ġenituri fuq grupp taʼ tfal taʼ ħames snin. Ir-​riċerkaturi rnexxielhom isibu lil ħafna minn dawn it-​tfal, illum taʼ mezz’età, biex jiksbu dehen fuq l-​effetti fit-​tul tat-​trobbija tagħhom. L-​istudju l-​ġdid ikkonkluda li t-​tfal li spiċċaw biex kellhom l-​iktar żmien iebes f’ħajjithom, li kienu neqsin minn hena emozzjonali, u li kellhom żmien iebes fiż-​żwieġ, maʼ ħbiebhom, u saħansitra fuq ix-​xogħol, ma kinux neċessarjament it-​tfal taʼ ġenituri fqar u lanqas saħansitra taʼ ġenituri li kienu inkwetati b’mod ovvju. Kienu t-​tfal li l-​ġenituri tagħhom kienu mbegħdin minnhom u berdin lejhom u li wrewhom ftit jew l-​ebda affezzjoni.

Din l-​iskoperta hija biss riflessjoni inferjuri taʼ verità li kienet miktuba kważi 2,000 sena ilu: “Intom, missirijiet, la ddejjqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom.” (Kolossin 3:​21) Abbuż verbali u emozzjonali mill-​ġenituri ċertament li jdejjaq lit-​tfal u jistaʼ tabilħaqq bħala riżultat iġagħalhom jaqtgħu qalbhom.

Skond il-​ktieb Growing Up Sad, m’ilux wisq li t-​tobba kienu jaħsbu li ma kinitx teżisti d-​dipressjoni fit-​tfal. Imma ż-​żmien u l-​esperjenza taw prova li kien mod ieħor. Illum, iħaqqu l-​awturi, id-​dipressjoni fit-​tfal hija magħrufa u m’hi rari xejn. Fost il-​kawżi tagħha hemm it-​twarrib u t-​trattament ħażin mill-​ġenituri. L-​awturi jispjegaw: “F’xi każi l-​ġenitur issuġġetta lit-​tfal għal baraxx kontinwu taʼ kritika u umiljazzjoni. F’każi oħrajn hemm sempliċement vojt fir-​relazzjoni bejn il-​ġenitur u t-​tfal: l-​imħabba li l-​ġenitur għandu għal uliedu qatt ma tiġi espressa. . . . Ir-​riżultat huwa partikolarment traġiku għat-​tfal taʼ ġenituri bħal dawn għaliex għat-​tfal​—jew għall-​kbar, jekk niġu f’dan​—l-​imħabba hi bħas-​sħana tax-​xemx u l-​ilma għal xitla.”

Permezz taʼ l-​imħabba tal-​ġenituri, jekk inhi espressa b’mod ċar u bil-​miftuħ, it-​tfal jitgħallmu verità importanti: Huma taʼ min iħobbhom; għandhom valur. Ħafna jfixklu dan il-​kunċett maʼ forma t’arroganza, imħabba għalihom infushom qabel dik lejn oħrajn. Imma f’dan il-​kuntest, m’huwiex dak li rridu nfissru. Waħda awtriċi fil-​ktieb tagħha fuq is-​suġġett tgħid: “L-​opinjoni li ibnek għandu tiegħu nnifsu tinfluwenza t-​tip taʼ ħbieb li jagħżel, kif jaġixxi m’oħrajn, it-​tip taʼ persuna li jiżżewweġ, u kemm se jirnexxi fil-​ħajja.” Il-​Bibbja tagħraf kemm hu importanti li jkollok ħarsa tiegħek innifsek ibbilanċjata u mhux egoistika meta ssemmi dak li hu t-​tieni l-​akbar wieħed mill-​kmandamenti: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” (Korsiv tagħna.)​—Mattew 22:38, 39.

Diffiċli timmaġina li xi ġenitur normali jkun irid ikisser xi ħaġa daqshekk importanti u fraġli daqskemm hi l-​istima li uliedu għandu jkollhom fihom infushom. Dan, allura, għala jseħħ daqshekk spiss? U kif nistgħu nilqgħulu minn qabel?

[Nota taʼ taħt]

a Bil-Ġappuniż, noroma baka!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja