LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 6/15 pp. 12-16
  • Il-Libertà li Tana Alla Ġġib il-Ferħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Libertà li Tana Alla Ġġib il-Ferħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ferh taʼ Jehovah Huwa l-​Fortizza Tagħna
  • Istma l-​Libertà li Tak Alla
  • Tjassru għal Xulxin bl-​Imħabba
  • Frott taʼ Kuntrast
  • Raġunijiet Oħrajn għal Ferħ
  • Imberkin b’Għajnuna li Dejjem Preżenti
  • Għożżha l-​Libertà li Tak Alla
  • Il-Ferħ taʼ Jehovah Huwa l-Post b’Saħħtu Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Titlifx il-Għan tal-Libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Aqdi lil Jehovah b’Qalb Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Żomm Sod mal-Libertà li Tak Alla!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 6/15 pp. 12-16

Il-​Libertà li Tana Alla Ġġib il-​Ferħ

“Il-​ferħ taʼ Jebovah huwa l-​fortizza tagħkom.”—NEĦEMIJA 8:10.

1. X’inhu l-​ferħ, u dawk li huma ddedikati lil Alla għala jistgħu jġarrbuh?

JEHOVAH jimla l-​qlub tal-​poplu tiegħu bil-​ferħ. Dan l-​istat taʼ hena jew eżaltazzjoni kbira jirriżulta mill-​akkwistar jew mill-​istennija taʼ ġid. Bnedmin iddedikati lil Alla jistgħu jġarrbu emozzjoni bħal din għaliex il-​ferħ hu frotta tal-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, tiegħu. (Galatin 5:22, 23) Mela saħansitra jekk provi taʼ niket jiġu fuqna, aħna nistgħu nkunu ferħanin bħala qaddejja taʼ Jehovah, li niġu mmexxijin mill-​ispirtu tiegħu.

2. Il-​Lhud għala ferħu f’okkażjoni speċjali fi żmien Eżra?

2 F’okkażjoni speċjali fil-​ħames seklu Q.E.K., il-​Lhud użaw il-​libertà li tahom Alla biex josservaw Festa tal-​Għerejjex taʼ ferħ f’Ġerusalemm. Wara li Eżra u Leviti oħrajn qrawlhom u spjegawlhom il-​Liġi t’Alla, “in-​nies kollha telqu ’l hemm biex jieklu u jixorbu u biex jibagħtu porzjonijiet u biex jibqgħu jifirħu b’ferħ kbir, għax kienu fehmu l-​kliem li kien ġie mgħarraf lilhom.”−Neħemija 8:5-12.

Il-​Ferh taʼ Jehovah Huwa l-​Fortizza Tagħna

3. Taħt liema ċirkostanzi jistaʼ “l-​ferħ taʼ Jehovah” ikun il-​fortizza tagħna?

3 Matul dik il-​festa, il-​Lhud irrealizzaw il-​verità tal-​kliem: “Il-​ferħ taʼ Jehovah huwa l-​fortizza tagħkom.” (Neħemija 8:10) Dan il-​ferħ huwa l-​fortizza tagħna wkoll jekk aħna qegħdin inżommu sod mal-​libertà li tana Alla bħala Xhieda ddedikati u mgħammdin taʼ Jehovah. Ftit minna ġarrbu dlik mill-​ispirtu qaddis u adozzjoni għal ġol-​familja t’Alla bħala werrieta sħab fis-​sema maʼ Kristu. (Rumani 8:15-23) Il-​maġġoranza vasta minna llum għandhom il-​prospett taʼ ħajja f’ġenna tal-​art. (Luqa 23:43) Kemm għandna għax inkunu ferħanin!

4. Il-​Kristjani għala jistgħu jissaportu tbatijiet u persekuzzjoni?

4 Għalkemm għandna prospetti tal-​għaġeb, mhux faċli li tissaporti tbatijiet u persekuzzjoni. Aħna nistgħu nagħmlu dan, madankollu, għaliex Alla jagħtina l-​ispirtu qaddis tiegħu. Bih għandna l-​ferħ u l-​konvinzjoni li xejn ma jistaʼ jisirqilna t-​tama tagħna jew l-​imħabba t’Alla. Barra minn dan, nistgħu nkunu ċerti li Jehovah se jkun il-​fortizza tagħna dment li aħna nħobbuh b’qalbna, b’ruħna, b’saħħitna, u b’moħħna kollu.—Luqa 10:27.

5. Fejn nistgħu nsibu raġunijiet biex nifirħu?

5 In-​nies taʼ Jehovah igawdu barkiet għonja u għandhom ħafna raġunijiet biex jifirħu. Xi raġunijiet għall-​ferħ huma suġġeriti fl-​ittra taʼ Pawlu lill-​Galatin. Oħrajn huma indikati x’imkien ieħor fl-​Iskrittura. L-​ispirtu tagħna se jitgħolla jekk nikkunsidraw barkiet taʼ ferħ bħal dawn.

Istma l-​Libertà li Tak Alla

6. Pawlu għala heġġeġ lill-​Kristjani Galatin biex iżommu sodi?

6 Bħala Kristjani, għandna l-​barka hienja taʼ waqfa aċċettabbli maʼ Alla. Ladarba Kristu ħeles lis-​segwaċi tiegħu mil-​Liġi taʼ Mosè, il-​Galatin kienu mħeġġin biex iżommu sod u ma jintrabtux f’dak il-​“madmad tal-​jasar.” Xi ngħidu għalina? Li kieku aħna pprovajna niġu ddikjarati twajbin billi nżommu l-​Liġi, konna niġu mifrudin minn Kristu. Mgħejjunin mill-​ispirtu t’Alla, madankollu, aħna nistennew it-​tjieba li ttamajna fiha u li tirriżulta mill-​fidi li topera permezz tal-​imħabba, mhux miċ-​ċirkonċiżjoni fiżika jew xi xogħlijiet oħrajn tal-​Liġi.—Galatin 5:1-6.

7. Kif għandna nħarsu lejn servizz sagru lil Jehovah?

7 Hija barka li nużaw il-​libertà li tana Alla biex “naqdu lil Jehovah bil-​ferħ.” (Salm 100:2) Tabilħaqq, huwa privileġġ bla paragun li tagħti serviżz sagru lil ‘Alla Jehovah, li Jistaʼ Kollox,’ l-​istess “Sultan tal-​eternità”! (Rivelazzjoni 15:3) Jekk kultant tinħakem minn mewġiet taʼ nuqqas taʼ stima lejk innifsek, forsi jkun taʼ għajnuna li tirrealizza li Alla ressqek lejh permezz taʼ Ġesù Kristu u tak sehem “fix-​xogħol qaddis tal-​aħbar tajba t’Alla.” (Rumani 15:16; Ġwann 6:44; 14:6) X’raġunijiet dawk għal ferħ u gratitudni lejn Alla!

8. Rigward Babilonja l-​Kbira, liema raġuni għal ferħ għandu l-​poplu t’Alla?

8 Kawża oħra għal ferħ hija l-​libertà li tana Alla minn Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. (Rivelazzjoni 18:2, 4, 5) Għalkemm din il-​prostituta reliġjuża b’mod figurattiv qiegħda “bil-​qiegħda fuq ħafna il-​mijiet,” li jfissru “popli u folol u ġnus u ilsna,” hi ma tinsabx bil-​qiegħda fuq, jew tinfluwenza u tikkontrolla reliġjożament lil, il-​qaddejja taʼ Jehovah. (Rivelazzjoni 17:1, 15) Aħna nifirħu bid-​dawl tal-​għaġeb t’Alla, fil-​waqt li dawk li jappoġġjaw lil Babilonja l-​Kbira jinsabu fi dlam spiritwali. ( 1 Pietru 2:9) Iva, jistaʼ jkun diffiċli li tifhem xi ftit mill-​“affarijiet profondi t’Alla.” (1 Korintin 2:10) Imma t-​talb għall-​għerf u għall-​għajnuna mill-​ispirtu qaddis igħinna biex nifhmu verità Skritturali li teħles spiritwalment lil dawk li jippossjeduha.—Ġwann 8:31, 32; Ġakbu 1:5-8.

9. Jekk irridu ngawdu l-​barka taʼ libertà kontinwa minn żball reliġjuż, x’irridu nagħmlu?

9 Aħna ngawdu l-​barka taʼ libertà kontinwa mill-​iżball reliġjuż, imma biex inżommu dik il-​libertà, irridu nirriġettaw l-​apostasija. Il-​Galatin kienu bdew jiġru t-​tiġrija Kristjana sewwa, imma xi wħud kienu qegħdin ifixkluhom milli jobdu l-​verità. Persważjoni mill agħar bħal din ma kinetx minn Alla u kellha tiġi reżistita. Bħalma daqsxejn ħmira tiffermenta għaġna sħiħa, għalliema foloz jew tendenza lejn l-​apostasija jistgħu jikkorrompu kongregazzjoni sħiħa. Pawlu xtaq li dawk li jappoġġjaw liċ-​ċirkonċiżjoni u li kienu qegħdin jipprovaw jaqilbu l-​fidi tal-​Galatin mhux biss jiġu ċirkonċiżi imma jiġu huma nfushom immankati sesswalment. Tabilħaqq kliem iebes! Imma aħna għandna nkunu daqstant sodi f’li nirriġettaw l-​apostasija jekk irridu nżommu l-​libertà li tana Alla minn żball reliġjuż.—Galatin 5:7-12.

Tjassru għal Xulxin bl-​Imħabba

10. X’inhi r-​responsabbiltà tagħna bħala parti mill-​fratellanza Kristjana?

10 Libertà mogħtija minn Alla ġabitna fi sħubija maʼ fratellanza taʼ mħabba, imma aħna rridu nagħmlu l-​parti tagħna biex nuru mħabba. Il-​Galatin ma kellhomx jużaw il-​libertà tagħhom bħala “tħeġġiġ għal-​laħam” jew skuża għal egoiżmu bla mħabba. Huma kellhom jitjassru għal xulxin bl-​imħabba bħala l-​mottiv. (Levitiku 19:18. Ġwann 13:35) Aħna wkoll irridu nevitaw li nitkellmu kontra xulxin u li nobogħdu lil xulxin għax dan jistaʼ jwassal biex niġu meqrudin minn xulxin. M’għandniex x’ingħidu, dan ma jseħħx jekk aħna nuru mħabba tal-​aħwa.—Galatin 5:13-15.

11. Kif nistgħu nkunu barka għal oħrajn, u kif jistgħu huma jberkuna?

11 Billi nużaw il-​libertà li tana Alla fi qbil maʼ kif imexxina l-​ispirtu t’Alla, se nuru mħabba u nkunu barka għal oħrajn. Għandha tkun id-​drawwa tagħna li nħallu lilna nfusna nħunu kkontrollati u mmexxijin mill-​ispirtu qaddis. B’hekk ma nkunux imxaqilbin lejn li b’nuqqas taʼ mħabba nissodisfaw il-​laħam midneb tagħna li “hu kontra l-​ispirtu fix-​xewqa tiegħu.” Jekk aħna nkunu mmexxijin mill-​ispirtu t’Alla, se nagħmlu dak li hu taʼ mħabba imma mhux għaliex ir-​reġoli jirrikjedu hekk u jimponu pwieni fuq min jagħmel il-​ħażin. Per eżempju, l-​imħabba—mhux sempliċi xi liġi—se żżommna milli nikkalunnjaw lil oħrajn. (Levitiku 19:16) L-​imħabba se tqanqalna biex nitkellmu u naġixxu b’qalb tajba. Peress li nuru l-​frotta tal-​ispirtu tal-​imħabba, oħrajn se jberkuna, jew jitkellmu tajjeb dwarna. (Proverbji 10:6) Barra minn dan, sħubija magħna se tkun taʼ barka għalihom.—Galatin 5:16-18.

Frott taʼ Kuntrast

12. Liema huma xi wħud mill-​barkiet assoċjati maʼ li nevitaw ix-​“xogħlijiet [midinba] tal-​laħam”?

12 Ħafna barkiet assoċjati mal-​libertà li tana Alla jirriżultaw milli nevitaw ix-​“xogħlijiet [midinba] tal-​laħam.” Bħala poplu t’Alla, aħna, inġenerali, nevitaw ħafna niket għaliex ma nipprattikawx iż-​żina, in-​nuqqas taʼ ndafa, u l-​kondotta laxka. Billi nevitaw l-​idolatrija, aħna għandna l-​ferħ li jirriżulta milli nogħgbu lil Jehovah f’dak ir-​rigward. (1 Ġwann 5:21) Ladarba ma nipprattikawx l-​ispiritiżmu, aħna ħielsa milli niġu ddominati mid-​demonji. Il-​fratellanza Kristjana tagħna mhix irvinata b’mibgħeda, ġlied, għira, dagħbigħat taʼ rabja, argumentar, firdiet setet, u invidji. U l-​ferħ tagħna ma jintilifx f’episodji taʼ sokor u xalar. Pawlu wissa li dawk li jipprattikaw ix-​xogħlijiet tal-​laħam ma jirtux is-​Saltna t’Alla. Billi nagħtu kas taʼ kliemu, madankollu, aħna nistgħu naqbdu sod mat-​tama ferriħija tas-​Saltna.—Galatin 5:19-21.

13. L-​ispirtu qaddis taʼ Jehovah jipproduċi liema frott?

13 Il-​libertà li tana Alla ġġibilua ferħ għaliex il-​Kristjani juru l-​frott tal-​ispirtu taʼ Jehovah. Mill-​kliem taʼ Pawlu lill-​Galatin, huwa faċli li tara li x-​xogħlijiet tal-​laħam midneb huma bħal xewk f’kuntrast mal-​frott splendidu tal-​ispirtu taʼ mħabba, ferħ, paċi, sabar fit-​tul, qalb tajba, tjubija, fidi, ħlewwa, u kontroll fuqna nfusna mħawwel fi qlub taʼ tjieba. Billi aħna determinati li ngħixu kuntrarju għax-​xewqat tal-​laħam midneb, aħna nixtiequ niġu mmexxijin mill-​ispirtu t’Alla u li ngħixu bih. L-​ispirtu jagħmilna umlin u taʼ paċi, mhux “egoisti, billi nqanqlu l-​kompetizzjoni maʼ xulxin, billi ngħiru għal xulxin.” Mhux taʼ b’xejn li hija ħaġa taʼ ferħ li tassoċja maʼ dawk li juru l-​frott tal-​ispirtu!—Galatin 5:22-26.

Raġunijiet Oħrajn għal Ferħ

14. Liema armar għandna bżonn fil-​ġlieda tagħna kontra forzi taʼ spirti mill-​agħar?

14 Assoċjata mal-​libertà spiritwali li tana Alla hija l-​barka taʼ protezzjoni minn Satana u d-​demonji. Biex nirnexxu fis-​sarâr tagħna kontra forzi taʼ spirti mill-​agħar, irridu nilbsu “l-​libsa tal-​ħadid sħiħa mingħand Alla.” Għandna bżonn il-​ħżiem tal-​verità u l-​kurazza tat-​tjieba. Saqajna jridu jkunu mlibbsin it-​tagħmir tal-​aħbar tajba tal-​paċi. Meħtiega, ukoll, hija t-​tarka kbira tal-​fidi, li biha nitfu l-​missili jaqbdu tal-​wieħed mill-​agħar. Irridu nilbsu l-​elmu tas-​salvazzjoni u naqbdu “s-​sejf tal-​ispirtu,” il-​Kelma t’Alla. Ejjew ukoll ‘nibqgħu nitolbu f’kull okkażjoni fl-​ispirtu.’ (Efesin 6:11-18) Jekk nilbsu l-​armar spiritwali u nirriġettaw id-​demoniżmu, nistgħu nkunu mhux beżagħnin imma ferħanin.—Qabbel Atti 19:18-20.

15. Liema barka taʼ ferħ hija tagħna għaliex aħna nġibu rwieħna fi qbil mal-​Kelma t’Alla?

15 Il-​ferħ huwa tagħna għaliex il-​kondotta tagħna hija fi qbil mal-​Kelma t’Alla, u aħna ħelsin mill-​ħtija li taħkem fuq ħafna li jagħmlu l-​ħażen. Aħna ‘neżerċitaw ruħna kontinwament biex ikollna kuxjenza taʼ li ma nikkommettu ebda offiża kontra Alla u l-​bnedmin.’ (Atti 24:16) Għaldaqstant m’għandniex għax nibżgħu mit-​tpattija divina li waslet biex tiġi fuq uħud li jidinbu apposta, bla ma jindmu. (Mattew 12:22-32; Ebrej 10:26-31) Billi napplikaw il-​parir taʼ Proverbji 3:21-26, aħna nġarrbu t-​twettieq taʼ dak il-​kliem: “Issalvagwardja l-​għerf prattiku u l-​abbiltà tal-​ħsieb, u huma se juru li jkunu ħajja għal ruħek u tiżjina għal gerżumtek. F’dak il-​każ int se timxi fis-​sigurtà fil-​mogħdija tiegħek, u saħansitra sieqek ma se taħbat maʼ xejn. Kull meta timtedd ma se tħoss ebda tkexkix; u ċertament li se timtedd, u l-​irqad tiegħek se jkun taʼ pjaċir. Mhux se jkollok bżonn tibżaʼ minn xi ħaġa f’daqqa li tkexkex, lanqas mit-​tempesta fuq dawk mill-​agħar, għaliex ġejja. Għax Jehovah innifsu se juri li jkun, effettivament, il-​fiduċja tiegħek, u hu ċertament li se jżomm lil sieqek li ma tinqabadx.”

16. It-​talb kif inħu raġuni għal ferħ, u l-​ispirtu taʼ Jehovah x’parti jilgħab f’dan ir-​rigward?

16 Kawża oħra għal ferħ hija l-​libertà li tana Alla biex navviċinaw lil Jehovah fit-​talb biċ-​ċertezza li se ninstemgħu. Iva, it-​talb tagħna jiġi mwieġeb għax aħna għandna l-​“biżaʼ [reverenzjali] taʼ Jehovah.” (Proverbji 1:7) Barra minn dan, aħna mgħejjunin biex inżommu lilna nfusna fl-​imħabba t’Alla billi nitolbu bl-​ispirtu qaddis.’ (Ġuda 20, 21) Dan nagħmluh billi nuru kundizzjoni tal-​qalb aċċettabbli għal Jehovah u billi nitolbu taħt l-​influwenza tal-​ispirtu għal affarijiet fi qbil mar-​rieda tiegħu u mal-​Kelma tiegħu, li turina kif nitolbu u għal liema affarijiet nitolbu. (1 Ġwann 5:13-15) Jekk għaddejjin minn xi provi ħorox u ma nafux x’għandna nitolbu, ‘l-​ispirtu jissieħeb b’għajnuna għad-​djufija tagħna, billi jidħol għalina bi krib mhux imlissen.’ Alla jwieġeb talb bħal dan. (Rumani 8:26, 27 ) Ejjew nitolbu għall-​ispirtu qaddis u nħalluh jipproduċi fina dak mill-​frott tiegħu li hu b’mod partikulari meħtieġ biex niffaċċjaw xi prova partikulari. (Luqa 11:13) Aħna se nżidu wkoll il-​ferħ tagħna jekk bit-​talb u bil-​bżulija nistudjaw il-​Kelma t’Alla mnebbħa mill-​ispirtu u pubblikazzjonijiet Kristjani mħejjijin taħt il-​gwida tal-​ispirtu.

Imberkin b’Għajnuna li Dejjem Preżenti

17. L-​esperjenzi taʼ Mosè u l-​kliem taʼ David kif juru li Jehovah hu mal-​poplu tiegħu?

17 Billi nużaw b’mod tajjeb il-​libertà li tana Alla, għandna l-​ferħ li nafu li Jehovah huwa magħna. Meta ċirkostanzi kontra tiegħu ġagħlu lil Mosè jitlaq mill-​Eġittu, bil-​fidi “hu baqaʼ sod bħal li kieku qiegħed jara lil Dak li hu inviżibbli.” (Ebrej 11:27) Mosè ma mexiex waħdu; hu kien jaf li Jehovah kien miegħu. B’mod simili, ulied Kora kantaw: “Alla hu għalina refuġju u saħħa, għajnuna li tistaʼ tinstab malajr waqt in-​niket. Hu għalhekk li aħna m’aħniex se nibżgħu, għalkemm l-​art tgħaddi minn bidla u għalkemm il-​muntanji jixxenglu għal ġo qalb il-​baħar vast; għalkemm l-​ilmijiet tiegħu jkunu mqallbin, mimlijin ragħwa, għalkemm il-​muntanji jitheżhżu mal-​istorbju qawwi tiegħu.” (Salm 46:1-3) Jekk int għandek fidi bħal dik f’Alla, hu qatt ma se jabbandunak. David qal: “F’każ li missieri stess u ommi stess jitilquni, saħansitra Jehovah innifsu jtellagħni.” (Salm 27:10) X’ferħ hemm f’li tkun taf li Jehovah jieħu ħsieb tal-​qaddejja tiegħu daqshekk!—1 Pietru 5:6, 7.

18. Dawk li għandhom il-​ferħ taʼ Jehovah għala jippossjedu libertà li tahom Alla minn anzjetà irreżistibbli?

18 Billi għandna l-​ferħ taʼ Jehovah, aħna nippossjedu mingħand Alla libertà minn anzjetà irreżistibbli. “Tkunu anzjużi fuq xejn,” qal Pawlu “imma f’kollox bit-​talb u bit-​tħannin flimkien maʼ radd il-​ħajr ħalli jkunu l-​petizzjonijiet tagħkom imgħarrfin lil Alla; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb se tgħasses lil qlubkom u l-​qawwiet mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.” (Filippin 4:6, 7) Il-​paċi t’Alla hija kalma bla paragun saħansitra fl-​iktar ċirkostanzi taʼ prova. Biha qlubna jibqgħu kalmi—xi ħaġa tajba għalina spiritwalment, emozzjonalment, u fiżikament. (Proverbji 14:30) Hija tgħinna wkoll biex inżommu bilanċ mentali, għax aħna nafu li xejn li Alla jippermetti ma jistaʼ jagħmlilna ħsara dejjiema. (Mattew 10:28) Din il-​paċi li tirriżulta minn relazzjoni intima m’Alla permezz taʼ Kristu hija tagħna għaliex aħna ddedikati lil Jehovah u nissottomettu ruħna għall-​gwida tal-​ispirtu tiegħu, li jipproduċi frott bħalma hu l-​ferħ u l-​paċi.

19. Li nżommu qlubna fissi fuq liema affarijiet se jgħinna biex inkunu ferħanin?

19 Li nżommu qlubna marbutin mal-​libertà li tana Alla u mat-​tama tas-​Saltna se jgħinna biex inkunu ferħanin. Per eżempju, xi drabi ftit li xejn jistaʼ jsir dwar nuqqas taʼ saħħa, imma aħna nistgħu nitolbu għall-​għerf u għall-​kapaċita biex niffaċċjawh u nistgħu nsibu faraġ f’li naħsbu dwar is-​saħħa spiritwali li aħna ngawdu issa u dwar il-​fejqan fiżiku li se jseħħ taħt it-​tmexxija tas-​Saltna. (Salm 41:1-3; Isaija 33:24) Għalkemm forsi jkollna noqogħdu neqsin illum, ma se jkun hemm ebda skarsezza tan-​neċessitajiet tal-​ħajja fl-​art Ġenna li hi tant fil-​qrib. (Salm 72:14, 16; Isaija 65:21-23) Iva, Missierna tas-​sema se jwiżinna issa u fl-​aħħarnett se jagħmel il-​ferħ tagħna komplut.—Salm 145:14-21.

Għożżha l-​Libertà li Tak Alla

20. Skond Salm 100:1-5, kif għandna nippreżentaw lilna nfusna quddiem Jehovah?

20 Bħala l-​poplu taʼ Jehovah, ċertament li għandna ngħozzu l-​libertà li tana Alla u li ġabitilna ferħ u daqstant barkiet. Mhux taʼ b’xejn li Salm 100:1-5 iħeġġiġna biex niġu fil-​preżenza t’Alla “b’għajta ferrihija.” Aħna nappartjenu lil Jehovah u hu jieħu ħsiebna bħala Ragħaj taʼ mħabba. Iva, “aħna n-​nies tiegħu u n-​ngħag tal-​mergħa tiegħu.” L-​istat tiegħu taʼ Hallieq u l-​kwalitajiet grandjużi tiegħu jipprovdulna l-​inċentiva biex nidħlu fil-​btieħi tas-​santwarju tiegħu b’tifħir u b’ringrazzjament. Aħna mqanqlin biex ‘inbierku lil ismu,’ biex nitkellmu tajjeb dwar Alla Jehovah. Jerġaʼ, aħna dejjem nistgħu nistrieħu fuq il-​qalb tajba bl-​imħabba, jew stima taʼ mogħdrija tiegħu, għalina. “Ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni” Jehovah huwa leali, bla ma jitbiddel f’li juri mħabba lejn dawk li jagħmlu r-​rieda tiegħu.

21. Liema nkuraġġiment ġie offrut fl-​ewwel ħarġa taʼ din ir-​rivista, u x’għandna nagħmlu dwar libertà mogħtija minn Alla?

21 Bħala bnedmin imperfetti, ma nistgħux issa naħarbu mill-​provi kollha. B’għajnuna divina, madankollu, aħna nistgħu nkunu Xhieda taʼ Jehovah kuraġġużi u ferħanin. Notevoli f’dan ir-​rigward huwa l-​kliem misjub fl-​ewwel ħarġa taʼ din ir-​rivista (Lulju 1879): ”Kuraġġ . . . ħija jew oħti fi Kristu waqt li tfittex b’pass imqit li tiġri fit-​triq id-​dejqa. Tagħtix kas li l-​korsa hija mħarbta; hi mbierka u mqaddsa bis-​saqajn imberkin tas-​Sid. Għodd kull xewka bħala fjura; kull blata ħarxa bħala marka fejn wasalt, li tgħaġġlek ‘il quddiem lejn il-​mira.... Żomm għajnek fissa fuq il-​premju.” Il-​miljuni li issa qegħdin jaqdu lil Jehovah iżommu għajnejhom fuq il-​premju u għandhom ħafna ragunijiet għal kuraġġ u ferħ. Magħhom, żomm sod mal-​libertà li tak Alla. Titlifx il-​għan tagħha, u jalla l-​ferħ taʼ Jehovah ikun dejjem il-​fortizza tiegħek.

Kif Twieġeb Int?

◻ “Il-​ferħ taʼ Jehovah” kif jistaʼ jkun il-​fortizza tagħna?

◻ F’sens reliġjuż liema barkiet ġabet lill-​poplu taʼ Jehovah il-​libertà li tah Alla?

◻ Għala nitjassru għal xuixin bl-​imħabba?

◻ Liema huma xi barkiet assoċjati mal-​libertà li tana Alla?

◻ In-​nies t’Alla kif jistgħu jibqgħu ferħanin?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja