LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ssb għanja 91
  • Imgħallmin minn Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imgħallmin minn Jehovah
  • Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Materjal Simili
  • Ngħixu kif jixraq lil isimna
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Ngħixu Kif Jixraq lil Isimna
    Għannu lil Ġeħova
  • Xogħol magħmul bl-imħabba
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Mgħallmin Minn Jehovah Sa dan il-Jum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
Għannu Tifħir lil Jehovah
Ssb għanja 91

Għanja 91

Imgħallmin minn Jehovah

(Isaija 54:13)

1. Jehovah jgħid il-​verità;

Hu l-​Akbar Għalliem tagħna.

Bħal ngħaġ ifittex lilna kif

Tant ikel bnin jitmagħna.

Kulħadd issa jsir jaf irid

Li huwa l-​Iktar Għoli,

B’imħabba dejjem lest jgħallimna

u bħal ngħaġ jirgħana.

L-​Imgħallem tagħna Ġesù kien

Fl-​art l-​aqwa fost l-​għalliema.

Hu għallem kollox bħall-​Missier,

Wassalna lejn l-​indiema.

Bħalma il-​qroqqa tgħożż liż-​żgħar,

Hu jgħinna nagħmlu l-​ippridkar

Biex ngħallmu n-​nies minn dar għal dar

Tas-​Saltna ngħidulhom l-​aħbar.

2. Jehovah jagħti ragħ’jja wkoll

Li b’deh’n kuljum jgħallmuna.

Bl-​imġieba u bi kliemhom stess

Eżempji sbieħ jagħtuna.

Jagħtu għajnuna ’l-għajjenin,

Lill-​ħżiena iċanfruhom;

Billi jgħallmuna l-​verità u

kliem Jehovah jtuna.

Jgħallem Jehovah lilna lkoll;

Ibnu Ġesù jmexxina.

Privileġġ kbir għandna tassew

Li ’l qlubna hu jirfina.

Jekk aħna mmorru nippridkaw,

Ngħinu lin-​nies is-​sew jaraw,

Biex huma jirrealizzaw

Li ’l Alla jridu jaduraw.

3. “Nitgħallmu dwar Jehovah lkoll.”

Din l-​istedina tagħna.

Xogħ’l taʼ tagħlim qiegħed isir

Li dalwaqt isalvana.

Bil-​fomm u b’kull mezz taʼ stampar

L-​aħbar tajba tas-​Saltna

Qed tkun imxandra kullimkien lil

kulmin lest jismagħna.

Bħala ħaddiema sħab hemm bżonn

Fil-​fidi ’l quddiem ngħaddu

U nżommu sod mal-​verità,

Lis-​Saltna dejjem naqdu.

Għax dalwaqt Kristu is-​Sultan

Bl-​irxoxt se jwettaq t’Alla l-​għan,

Waqt li jgħallimna b’mod kotran

Kif kulħadd jistaʼ jgħix ferħan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja