Għanja 70
Kun bħal Ġeremija
1. F’servizz tas-Saltna t’Alla
Hemm ferħ kbir li ma tkejlux.
Bl-għajnuna taʼ Jehovah
Dan ix-xogħ’l żgur ma nibdlux.
Iżda kif twissi l-Bibbja,
U din hija verità
Minbarra l-ferħ li nġarrbu lkoll
Hemm ukoll diffikultà.
2. Niftakru f’Ġeremija
Li ġie msejjaħ meta żgħir
Biex jaqdi f’servizz sagru
U ’l Jehovah jiżżi ħajr.
Alla qawwielu qalbu,
Billi qallu dan il-kliem:
‘Għalkemm il-għadu jqum kontrik,
Lili ssibni fuq quddiem.’
3. Ta prova Ġeremija
Taʼ Jehovah l-verità.
Kellu suċċess fil-qadi;
Għeleb kull diffikultà.
Ejjew bħal Ġeremija
Nafdaw f’Alla b’fedeltà
U nippridkaw bla biżaʼ dwar
Taʼ Jehovah s-sovr’intà.