LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/00 p. 1
  • Int se Tkun Hemm?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int se Tkun Hemm?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għall-2006, “Il-Ħelsien fil-Qrib”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Konvenzjonijiet Distrettwali U Internazzjonali “Il-Mod taʼ Ħajja t’Alla” għall-1998
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Tapprezzahom Int l-Affarijiet Sagri?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għas-sena 2007, “Segwi lill-Kristu!”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 1/00 p. 1

Int se Tkun Hemm?

1 Wieħed Xhud li ilu jaqdi għal żmien twil darba qal: “Jekk titlef l-​ewwel jum tal-​konvenzjoni, diġà tkun tlift wisq!” Għala ħassu hekk? Għax l-​ewwel jum hu l-​bidu taʼ pranzu spiritwali abbundanti li l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah tkun ħejjiet għalina. (Is. 25:6) Li nkunu hemmhekk mill-​bidunett juri li aħna naqblu mas-​sentimenti tas-​salmista: “Fraħt meta qaluli: ‘Sejrin f’dar il-​Mulej!’”—Salm 122:1.

2 Madankollu, f’xi Konvenzjonijiet Distrettwali intitolati “Il-​Kelma Profetika t’Alla” li saru s-​sena l-​oħra, l-​attendenza tal-​Ġimgħa kienet sostanzjalment inqas minn dik tas-​Sibt u l-​Ħadd. Dan ifisser li persentaġġ kbir minn ħutna ma bbenefikawx għax naqsu li jisimgħu partijiet tal-​konvenzjoni li ppreżentaw tagħrif vitali dwar il-​kelma profetika. Huma tilfu wkoll sħubija pjaċevoli maʼ kredenti sħabhom.

3 Tħallix ix-​Xogħol Sekulari Jfixklek: Tħassib li dak li jkun setaʼ jitlef xogħlu tistaʼ tkun ir-​raġuni għala xi wħud m’attendewx il-​Ġimgħa. Madankollu, ħafna Xhieda sabu li l-​imgħallmin tagħhom ikunu lesti li jikkooperaw magħhom f’din il-​kwistjoni jekk jistaqsu għal-​leave minn ħafna qabel. Wieħed mgħallem tant baqaʼ impressjonat bid-​determinazzjoni soda taʼ waħda oħt pijuniera biex tattendi għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni u l-​assembleat kollha, li hu qattaʼ ġurnata sħiħa fil-​konvenzjoni li hi kienet attendiet!

4 Int m’għandekx taqtagħha li l-​imgħallem tiegħek m’hux se jkun lest li jagħtik il-​leave, u lanqas m’għandek tikkonkludi li ma jimpurtax jekk titlef jum wieħed mill-​konvenzjoni. B’konvinzjoni mill-​qalb, ipprepara biex lill-​imgħallem tiegħek turih bit-​tattika mill-​Iskrittura għala li tattendi għall-​konvenzjoni hija parti importanti mill-​qima tiegħek. (Lhud 10:​24, 25) Imbagħad poġġi fiduċja sħiħa fil-​wegħdi taʼ Jehovah, billi tirrikonoxxi li dak kollu li teħtieġ materjalment se jiġi provdut lilek jekk iżżomm il-​bżonnijiet spiritwali bħala l-​iktar ħaġa importanti f’ħajtek.—Mt. 6:33; Lhud 13:​5, 6.

5 Il-​fattur fundamentali huwa l-​apprezzament għall-​“affarijiet iktar importanti.” (Flp. 1:​10, 11, New World Translation; Salm 27:4) Dan iqanqalna biex nagħmlu pjanijiet sabiex nibbenefikaw bis-​sħiħ minn dan il-​provvediment vitali li ġej mingħand Jehovah. Ibda agħmel il-​pjanijiet definiti tiegħek minn issa, u kun determinat li int se tkun hemm it-​tlett ijiem kollha!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja