LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/00 p. 1
  • ‘X’Nistaʼ Nagħmel?’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘X’Nistaʼ Nagħmel?’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Għin lill-Kongregazzjoni Tiegħek
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ħa Tinbena l-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • April—Żmien biex ‘Nitħabtu u Nitqabdu’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Għożż il-Post Tiegħek fil-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 3/00 p. 1

‘X’Nistaʼ Nagħmel?’

1 ‘X’nistaʼ nagħmel?’ Mingħajr ebda dubju, din il-​mistoqsija kienet fl-​imħuħ tal-​membri tal-​grupp żgħir taʼ studenti tal-​Bibbja organizzat minn Charles Taze Russell fis-​snin 70 tas-​seklu 19. Hekk kif ipprogressaw fil-​fehma tagħhom taʼ x’inhi r-​rieda t’Alla, dawk l-​istudenti bikrin tal-​Bibbja żgur li ħasbu dwar x’jistgħu jagħmlu sabiex jgħinu lil oħrajn jitgħallmu dwar l-​iskop t’Alla. Żgur li kienet biċċa xogħol kbira ferm li jilħqu d-​dinja kollha bl-​għarfien Bibliku li kienu qed jiksbu.

2 B’ferħ għalina, huma laqgħu din l-​isfida u kellhom suċċess. Kif? Billi kull individwu għamel il-​parti tiegħu għalkemm kienet tidher insinjifikanti, u b’hekk illum ix-​Xhieda taʼ Jehovah saru magħrufin mad-​dinja kollha. Saru organizzazzjoni taʼ kważi sitt miljun proklamatur tas-​Saltna. Dawn qed jaqdu f’xi 90,000 kongregazzjoni f’234 pajjiż u gżejjer tal-​baħar!—Is. 60:22.

3 Offri l-​Appoġġ Sħiħ Tiegħek: Huwa vitali għal kull wieħed u waħda minna li jkollna xi sehem fix-​xogħol tremend li Ġesù bassar li kellu jsir f’dawn l-​aħħar jiem. (Mk. 13:10) Żgur li dan ix-​xogħol ma jistax jitħalla biss f’idejn in-​numru limitat taʼ l-​anzjani; u lanqas m’għandha din l-​attività taʼ l-​ippridkar taqaʼ biss fuq spallejn il-​pijunieri. Fir-​realtà, kull Kristjan dedikat għandu rwol importanti. Ilkoll kemm aħna nistgħu nipparteċipaw f’xi qasam taʼ l-​attività taʼ l-​ippridkar. (1 Tim. 1:12) Nagħmlu kemm nagħmlu, se nibbenefikaw kemm aħna kif ukoll oħrajn.—1 Tim. 4:​16.

4 Kull wieħed minna jistaʼ joffri wkoll appoġġ sħiħ lill-​fratellanza Kristjana b’modi sinjifikanti oħra. Nistgħu nappoġġaw il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni billi nattendu regolarment u billi nipparteċipaw b’entużjażmu. (Salm 122:​1, 8, 9) Nistgħu nagħmlu l-​parti tagħna biex inżommu l-​kongregazzjoni nadifa moralment. Nistgħu nipprovdu appoġġ finanzjarju għax-​xogħol mad-​dinja kollha, skond il-​mezzi tagħna. Nistgħu nagħtu sehemna fit-​tindif tas-​Sala tas-​Saltna. Kulħadd jistaʼ jikkontribwixxi spirtu qawwi taʼ mħabba u unità fil-​kongregazzjoni billi jassisti lil uħud ġodda, liż-​żgħażagħ, u kif ukoll lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien.—Kol. 3:​12, 14.

5 Mela forsi tistaqsi, ‘X’nistaʼ nagħmel?’ Għalkemm l-​isforzi individwali tiegħek jistgħu jidhru żgħar, jekk tagħmel il-​parti tiegħek, int tikkontribwixxi għal kongregazzjoni soda, attiva, u b’saħħitha. B’hekk, ilkoll kemm aħna għandna sehem vitali f’li nonoraw l-​isem taʼ Jehovah!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja