LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/00 pp. 2-7
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 3 t’April
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 3/00 pp. 2-7

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Marzu

Għanja 118

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: “Aħna Nippridkaw Aħbar Tajba.” Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Agħti eżempji taʼ punti Skritturali pożittivi li nistgħu noħorġu mill-​ktieb Għarfien meta noffruh fil-​ministeru.

20 min: “Nistgħu Nagħmlu x-​Xahar t’April 2000 l-​Aħjar Wieħed li qatt Kellna?” (Paragrafi 1-11) Mistoqsijiet u tweġibiet. Semmi l-​akbar numru taʼ pijunieri awżiljarji li kellha l-​kongregazzjoni dan l-​aħħar. Ħejji lil xi wħud li huma fost dak in-​numru, biex jgħidu dwar kif jibbenefikaw personalment kulmeta jżidu s-​sehem tagħhom fil-​ministeru. Inkuraġġixxi lill-​kongregazzjoni biex taħdem lejn quċċata ġdida taʼ pijunieri awżiljarji matul April. Irrevedi l-​kwalifiki li huma mniżżlin fil-​ktieb Our Ministry, paġni 113-14. Il-​pubblikaturi li jixtiequ jkunu pijunieri awżiljarji jistgħu jiksbu applikazzjoni wara l-​laqgħa.

Għanja 187 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Marzu

Għanja 21

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: “X’Nistaʼ Nagħmel?” Ħu li jikkonduċi l-​istudju tal-​ktieb jiddiskuti l-​artiklu maʼ qaddej ministerjali jew tnejn. Minħabba diversi limitazzjonijiet, xi pubblikaturi jistgħu jħossuhom li huma kapaċi jikkontribwixxu ftit biss għall-​attività tal-​kongregazzjoni. Irrevedi ftit mill-​ħafna modi kif ilkoll nistgħu nagħtu kontribut siewi f’li nsaħħu l-​kongregazzjoni u navanzaw ix-​xogħol tas-​Saltna. Ikkonkludi billi turi kif kulħadd jistaʼ jieħu sehem f’rapport finali.—Ara l-​ktieb Our Ministry, paġni 108-10.

20 min: “Nistgħu Nagħmlu x-​Xahar t’April 2000 l-​Aħjar Wieħed li qatt Kellna?” (Paragrafi 12-18) Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi turija qasira dwar kif nistiednu lil xi ħadd li nafuh personalment għall-​Mafkar. Irrevedi x-​xahar t’April fuq il-​kalendarju tas-​Soċjetà għas-​sena 2000, u spjega fuq fuq il-​laqgħat għas-​servizz pjanati għall-​kongregazzjoni tagħkom. Fakkar lil kulħadd biex jagħmel skeda prattika sabiex jieħu sehem kemm jistaʼ jkun fil-​ministeru matul dan ix-​xahar, billi nimmiraw għal 100 fil-​mija tal-​parteċipazzjoni mill-​kongregazzjoni. Inkuraġġixxi lil kulmin jistaʼ, biex jagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju u biex jikseb applikazzjoni wara l-​laqgħa.

Għanja 65 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Marzu

Għanja 119

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Marzu. Ħabbar l-​ismijiet taʼ dawk li se jkunu pijunieri awżiljarji f’April. Spjega li m’huwiex tard wisq biex jagħtu l-​applikazzjoni. Spjega fuq fuq l-​iskeda sħiħa tal-​laqgħat għas-​servizz pjanati matul dan ix-​xahar. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem fil-​ministeru f’dan it-​tmiem il-​ġimgħa, billi jibda x-​xahar t’April tajjeb. Fakkar lill-​aħwa li fi tmiem il-​ġimgħa se nimxu siegħa ’l quddiem. Dan jistaʼ jgħin lill-​pijunieri awżiljarji f’li jilħqu l-​miri tagħhom. Matul dan ix-​xahar se noffru kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Enfasizza artiklu wieħed u punt interessanti u xieraq li jistgħu jintużaw b’mod effettiv fil-​preżentazzjonijiet taʼ kull ħarġa kurrenti. Kulħadd għandu jkollu kopja tal-​browxer X’Jirrikjedi u jistinka biex jużah ħalli jibda studji tal-​Bibbja maʼ nies li juru interess.

13 min: “Itlob l-​Għajnuna.” Taħdita u diskussjoni minn anzjan. Spjega kif ilkoll kemm aħna kultant żmien ikollna bżonn taʼ xi tip t’għajnuna. M’għandniex xi ngħidu, kulħadd irid jerfaʼ t-​tagħbija tiegħu stess. (Gal. 6:5) Madankollu, meta ma nkunux nistgħu nlaħħqu, m’għandniex inżommu lura milli nfittxu l-​għajnuna minn xi membru matur spiritwalment fil-​kongregazzjoni. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif għajnuna b’qalb tajba minn oħrajn inkuraġġiethom.

10 min: Bżonnijiet lokali.

12 min: Irrevedi t-​2000 Yearbook. Diskussjoni maʼ l-​udjenza u reviżjoni tal-​punti prinċipali tan-​“1999 Grand Totals,” f’paġna 31. Iddiskuti wkoll “A Letter From the Governing Body,” f’paġni 3-5. Itlob xi kummenti minn ċerti wħud dwar x’bi ħsiebhom jagħmlu wara li ngħataw dan l-​inkuraġġiment.

Għanja 195 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 3 t’April

Għanja 72

10 min: Avviżi lokali u xi esperjenzi mis-​servizz taʼ l-​għalqa. Uża esperjenzi reċenti magħżulin mit-​territorju lokali li se jinkuraġġixxu lil oħrajn biex jieħdu sehem ukoll.

17 min: “Nistudjaw Il-​Profezija taʼ Danjel.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Ikkummenta fil-​qosor dwar kif se nibbenefikaw milli nistudjaw il-​ktieb Bibliku taʼ Danjel. (Ara kapitlu 1, paragrafi 15-17, fil-​ktieb Il-​Profezija taʼ Danjel.) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jattendi l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni regolarment.

18 min: Għandi Nirrapporta xi Ħażen Serju? Taħdita serja minn anzjan, diretta lejn iż-​żgħażagħ. Żviluppaw ħafna problemi fis-​soċjetà moderna li kellhom effett taʼ ħsara fuq iż-​żgħażagħ: nuqqas taʼ livelli morali, żjieda fil-​vjolenza, dipendenza mid-​drogi, u nuqqas taʼ rispett lejn l-​awtorità. Xi adolexxenti jgħixu ħajja doppja, billi jaħbu l-​imġiba ħażina tagħhom. Dan tassew jhedded il-​benesseri spiritwali tal-​kongregazzjoni kollha. Xi wħud jikkommettu xi ħażen serju u jkunu jridu jżommuh fil-​moħbi. Jekk issir taf li xi ħu jew oħt fil-​kongregazzjoni jkunu għamlu xi ħaġa li biha jkunu kisru serjament il-​liġi t’Alla, x’għandek tagħmel? Ikkunsidra l-​prinċipju msemmi f’Levitiku 5:1. (Ara l-​Watchtower tal-​15 t’Awissu, 1997, paġni. 27-30.) Irreferi għall-​ktieb Young People Ask, paġni 68-9, u spjega x’għandha tagħmel persuna f’każ bħal dan.

Għanja 68 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja