LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/00 p. 1
  • Privileġġ Preżentat liż-Żgħar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Privileġġ Preżentat liż-Żgħar
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Ġenituri—Ħarrġu Lil Uliedkom Biex Jippridkaw
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ipprepara L-Preżentazzjoni Tiegħek Stess Bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 5/00 p. 1

Privileġġ Preżentat liż-​Żgħar

1 Ħafna li llum huma ġenituri jiftakru b’affezzjoni privileġġ li gawdew bħala tfal li trabbew fil-​verità—l-​attività tal-​Ġurnata tar-​Rivisti. Dan ix-​xogħol inbeda fl-​1949 fil-​kongregazzjonijiet kollha. Darba fil-​ġimgħa, kulħadd kellu jikkonċentra f’li jqassam It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! fit-​toroq, minn dar għal dar, minn ħanut għal ieħor, u f’modi oħra. Il-​pubblikaturi żgħar kienu b’mod speċjali jħarsu ’l quddiem biex jipparteċipaw f’dan ix-​xogħol għax kien jagħtihom l-​opportunità li jieħdu sehem fl-​istess attività bħall-​adulti fil-​kongregazzjoni. Hekk kont tagħmel int meta kont żgħir?

2 Involvi lil Uliedek: Tfal tassew żgħar li għadhom mhux lesti biex jibdew diskussjoni Skritturali fuq il-​bibien xorta jistgħu joffru r-​rivisti. Dan ifisser li jitgħallmu biss preżentazzjoni sempliċi taʼ ftit sentenzi qosra. Kumment qasir, forsi fuq is-​suġġett tal-​qoxra tar-​rivista, jistaʼ jkun biżżejjed. Ħafna inkwilini jkunu lesti li jaċċettaw ir-​rivisti mingħand iż-​żgħar, u taʼ spiss jikkummentaw tajjeb dwar is-​sinċerità u l-​kondotta tajba taʼ dawn iż-​żgħar. Bi ftit għajnuna, it-​tfal jistgħu jagħmlu dan is-​servizz tassew tajjeb, billi jagħtu s-​sehem prezzjuż tagħhom f’li jxerrdu l-​messaġġ tas-​Saltna. M’għandniex xi ngħidu, hekk kif it-​tfal jikbru, il-​ġenituri tagħhom għandhom jgħinuhom biex ikomplu jagħmlu progress f’li jiżviluppaw il-​kapaċitajiet tagħhom fl-​għoti taʼ xiehda.

3 Manuel beda jippriedka minn dar għal dar fl-​età taʼ tliet snin. Il-​ġenituri tiegħu għenuh jitgħallem preżentazzjoni qasira bl-​amment. Hu jippriedka b’mod żeluż flimkien magħhom, billi jqassam ħafna rivisti, browxers, u fuljetti. Hu jagħti xiehda wkoll b’mod informali. F’okkażjoni waħda meta l-​ġenituri tiegħu ħaduh fi ġnien għar-​rikreazzjoni, hu ħa l-​inizjattiva li jqassam xi fuljetti maʼ nies oħrajn li kienu hemmhekk. Għalkemm għadu żgħir ħafna, l-​entużjażmu taʼ Manuel għall-​ministeru verament huwa sors taʼ inkuraġġiment għall-​ġenituri tiegħu u għall-​kongregazzjoni kollha.—Prov. 22:6.

4 Fuq il-​kalendarju tas-​Soċjetà għas-​sena 2000, kull nhar taʼ Sibt huwa mmarkat bħala “Ġurnata tar-​Rivisti.” Ġenituri, aħna nissuġġerulkom li ġġeddu l-​interess tagħkom f’dan ix-​xogħol, billi tgħinu lil uliedkom jieħdu sehem regolarment kemm jistaʼ jkun f’dan il-​privileġġ taʼ servizz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja