Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Mejju
15 min: Avviżi lokali u Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Aqdi lil Jehovah Mingħajr Ebda Aljenazzjoni.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Kopri minn paragrafu 1 sa 6.
15 min: Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-Sena 2000 “Nagħmlu Dak li Tgħid il-Kelma t’Alla.” Taħdita minn anzjan. Enfasizza l-importanza taʼ li wieħed jattendi t-tlett ijiem kollha tal-konvenzjoni distrettwali.
Għanja 201 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Mejju
13 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
20 min: “Aqdi lil Jehovah Mingħajr Ebda Aljenazzjoni.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Kopri minn paragrafu 7 sa 12.
12 min: “Kun Regulari fis-Servizz taʼ l-Għalqa.” Taħdita mill-Indokratur tas-Servizz, jew ħu ieħor kwalifikat. Enfasizza l-bżonn biex kulħadd jipparteċipa regolarment fil-ministeru u biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa minnufih fl-aħħar tax-xahar. (Ara l-ktieb Our Ministry, paġni 106-10.)
Għanja 203 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Mejju
12 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-Kaxxa għall-Mistoqsija.
20 min: “Ishru.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Spjega għala huwa urġenti li aħna nibqgħu mqajmin spiritwalment għalkemm ma nafux il-jum u s-siegħa.—Ara It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 1995, paġna 31.
13 min: X’Inhuma l-Pjanijiet Tiegħek għas-Sajf? Diskussjoni minn grupp taʼ familja u kull membru jgħid x’se jagħmel matul ix-xhur tas-sajf. Huma jitkellmu dwar li jattendu t-tlett ijiem kollha tal-konvenzjoni distrettwali u li jagħmlu xahar jew iktar fix-xogħol taʼ pijunier awżiljarju. Se jkun hemm ukoll l-opportunità li jmorru l-baħar jew jieħdu sehem f’xi rikreazzjoni bnina. Huma lkoll jaqblu biex ma jittraskurawx ir-rutina tagħhom t’attività teokratika.
Għanja 83 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Mejju
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju. Uri preżentazzjoni qasira dwar l-offerta tal-letteratura għal Ġunju. Uri kif toffri studju tal-Bibbja, billi tuża lezzjoni nru. 13 fil-browxer X’Jirrikjedi.
15 min: “Kif Tkun Ferħan fis-Servizz Sagru Tiegħek.” Taħdita. Iddiskuti r-raġunijiet għala għandna nifirħu fil-ministeru tagħna.—Ara Insight, it-2 Volum, paġna 120.
18 min: Qari tal-Bibbja li Huwa Premjanti. Taħdita u turija bbażati fuq l-iSchool Guidebook, paġni 34-5, paragrafi 6-7. Programm stabbilit taʼ qari tal-Bibbja, li fuqu huma bbażati l-punti prinċipali mill-Bibbja, huwa parti mill-kurrikulu taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. (Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru 1999, paġna 7) Ħejji grupp taʼ familja biex juri kif familja setgħet ikkunsidrat ftit mill-qari taʼ l-iskola għal din il-ġimgħa. Joħorġu punt jew tnejn interessanti u jagħmlu iktar riċerka fil-Watch Tower Publications Index jew fl-Insight on the Scriptures. Uri kif il-qari tal-Bibbja jistaʼ jsir iktar sinjifikanti, billi jfornina aħjar biex ‘inxandru bir-reqqa l-kelma tal-verità.’—2 Tim. 2:15.
Għanja 95 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Ġunju
5 min: Avviżi lokali.
10 min: Bżonnijiet lokali.
15 min: “Privileġġ Preżentat liż-Żgħar.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrakkonta xi esperjenzi misjubin fit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1996, paġna 25, paragrafu 15. Stieden liż-żgħar biex jirrakkontaw kif ħadu pjaċir iqassmu r-rivisti. Ħejji żagħżugħ jew tnejn biex juru preżentazzjoni sempliċi bir-rivisti minn bieb għal bieb. Inkuraġġixxi lill-ġenituri biex jieħdu lil uliedhom magħhom kull ġimgħa f’servizz bir-rivisti.
15 min: “‘Jgħaddu mill-Prova’—Kif?” Taħdita minn anzjan. Irrevedi l-arranġament Skritturali biex ikun hemm qaddejja ministerjali fil-kongregazzjoni. (Ara Insight, it-2 Volum, paġna 409.) Uri liema kwalifiki jinħtieġu biex dawn jinħatru. (Ara l-ktieb Our Ministry, paġni 55-7.) Uri b’liema modi jistgħu jaqdu l-qaddejja ministerjali, u inkuraġġixxi iktar aħwa rġiel biex jirsistu għal dan il-privileġġ.
Għanja 82 u talba taʼ l-għeluq.