LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/00 p. 1
  • “Ma Nistgħux Ma Nitkellmux”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ma Nistgħux Ma Nitkellmux”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ Tkellem il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Kompli Tkellem il-Kelma t’Alla Bi Qlubija
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • ‘Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • “Aħna Għandna Nobdu lil Alla Bħala Mexxej”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 7/00 p. 1

“Ma Nistgħux Ma Nitkellmux”

1 Ġesù Kristu qed jifli mill-​qrib ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. (Mt. 28:20; Mk. 13:10) Għalkemm hemm kważi sitt miljun proklamatur attiv li qed jagħti xiehda f’234 pajjiż, aħna ma rridux naħsbu li x-​xogħol taʼ l-​ippridkar spiċċa. Sakemm Alla jiddikjara li x-​xogħol lest, “ma nistgħux ma nitkellmux” dwar l-​affarijiet li tgħallimna.—Atti 4:20.

2 Nistrieħu fuq l-​Ispirtu t’Alla: Satana jitfaʼ pressjoni kbira fuqna sabiex jiskuraġġina. (Apk. 12:17) Ukoll, il-​ġisem imperfett tagħna stess jitturmentana b’ħafna problemi. Dawn l-​affarijiet jistgħu jdawrulna l-​attenzjoni tagħna mill-​iktar xogħol importanti taʼ l-​ippridkar. Minkejja dan, jekk aħna nafdaw f’Jehovah, l-​ispirtu tiegħu se jgħinna niffaċċjaw kwalunkwe ostaklu.

3 Meta l-​kongregazzjoni Kristjana taʼ l-​ewwel seklu ġiet persegwitata bl-​aħrax, l-​aħwa talbu lil Alla biex jgħinhom ikomplu jitkellmu dwar il-​kelma tiegħu bil-​qlubija kollha. Jehovah wieġeb it-​talba tagħhom, billi sawwab fuqhom l-​ispirtu tiegħu kif ukoll tahom iż-​żelu u d-​determinazzjoni meħtieġa biex ikomplu jippridkaw. Bħala riżultat, huma baqgħu jiddikjaraw bil-​qlubija l-​aħbar tajba mingħajr waqfien.—Atti 4:29, 31; 5:42.

4 Ma Nibżgħux minn Diskors Skuraġġanti: L-​opinjoni ġenerali jew l-​għajdut li jimmalafama għandu mnejn ibeżżagħna. Madankollu, ftakar l-​istqarrija li Pietru u l-​appostli l-​oħrajn għamlu bil-​qlubija quddiem is-​Sinedriju, dokumentata f’Atti 5:29-32. Bħalma ammetta Gamaljel, l-​għalliem tal-​Liġi, ix-​xogħol t’Alla ma jistax jinġieb fix-​xejn. Dan ix-​xogħol kbir ma jitwettaqx permezz tal-​qawwa tagħna imma għandu l-​appoġġ t’Alla, u hu biss jistaʼ jwettqu!—Żak. 4:6.

5 Ejja nitolbu kuljum bil-​ħrara lil Jehovah għall-​ispirtu tiegħu sabiex jgħinna nipproklamaw l-​aħbar tajba biż-​żelu. Jalla ngħidu, bħalma qal Ġeremija, li l-​messaġġ tas-​Saltna huwa bħal nar jaqbad fl-​għadam tagħna. (Ġer. 20:9) Ma nistgħux noqogħdu siekta!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja