LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/01 p. 8
  • Ilħaq Qalb l-Istudent Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ilħaq Qalb l-Istudent Tiegħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Oqgħod Attent għall-“Arti tat-Tagħlim” Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—It-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 6/01 p. 8

Ilħaq Qalb l-​Istudent Tiegħek

1 Qabel ma telaʼ s-​sema, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu biex jgħallmu lil oħrajn “iħarsu” dak kollu li hu ordnalhom. (Mt. 28:19, 20) Jekk wieħed se ‘jħares’ l-​ordnijiet taʼ Kristu, l-​għarfien li jieħu jrid jilħaqlu qalbu. (Salm 119:112) Kif tistaʼ tqanqal il-​qalb taʼ xi ħadd li qed tistudja l-​Bibbja miegħu?

2 Itlob għad-​Direzzjoni taʼ Jehovah: Ix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli huwa minn Alla. Li jkollna suċċess jiddependi mill-​barka tiegħu u mhux minn kemm aħna kapaċi. (Atti 16:14; 1 Kor. 3:7) Għalhekk, jinħtieġ li nitolbu għall-​għajnuna taʼ Jehovah meta niġu biex ngħallmu l-​verità lil oħrajn.​—Is. 50:4.

3 Kun Af X’Jemmen l-​Istudent Tiegħek: Jekk inkunu nafu x’jemmnu n-​nies u għala jemmnu hekk se jkollna d-​dehen biex nagħrfu x’għandna ngħidu sabiex nilħqulhom qalbhom. Għala l-​istudent jolqtu ċertu tagħlim partikulari? X’kien li kkonvinċieh li dan taʼ min jemmnu? Li nkunu nafu dawn l-​affarijiet se jgħinna nitkellmu bid-​dehen.​—Atti 17:22, 23.

4 Ibni Argument Loġiku u Skritturali: Il-​verità trid tagħmel sens għall-​istudent. (Atti 17:24-31) Aħna rridu nagħtu raġuni soda tat-​tama tagħna. (1 Pt. 3:​15) Madankollu, dejjem agħmel dan b’qalb tajba u bil-​paċenzja.

5 Saħħaħ it-​Tagħlim bit-​Tixbihat: Minbarra li t-​tixbihat jagħmluha iktar faċli għall-​istudent biex jifhem, dawn iqanqlulu wkoll l-​emozzjonijiet tiegħu. It-​tixbihat jeffettwaw kemm il-​moħħ u kemm il-​qalb. Ġesù kien jużahom spiss. (Mk. 4:​33, 34) M’għandniex xi ngħidu, biex tkun effettiva, it-​tixbiha li tuża trid taqbel mas-​suġġett li tkun qed titkellem fuqu, u jrid ikollha x’taqsam mal-​ħajja taʼ l-​istudent.

6 Urih X’Benefiċċji Hemm f’li Jaċċetta l-​Verità: In-​nies iridu jkunu jafu kif se jibbenefikaw meta japplikaw dak li qed jitgħallmu. Għin lill-​istudent tiegħek jara l-​għerf li hemm fil-​kliem taʼ Pawlu fit-​2 Timotju 3:​14-​17.

7 Taqtax qalbek jekk xi wħud ma jagħtux widen għat-​tagħlim tiegħek. Mhux il-​qlub kollha huma lesti li jaċċettawh. (Mt. 13:15) Madankollu, xi wħud isiru jemmnu. (Atti 17:32-​34) Jalla l-​isforzi tiegħek biex tilħaq il-​qlub bl-​aħbar tajba jgħinu lil ħafna oħrajn jaċċettaw u ‘jħarsu’ dak li Ġesù ordna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja