LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/05 p. 1
  • Ippersisti fl-Ippridkar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ippersisti fl-Ippridkar
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ibqgħu Ppridkaw!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • “Faħħru Isem Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • ‘Imxi mill-Qrib Wara l-Passi Tiegħu’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 4/05 p. 1

Ippersisti fl-​Ippridkar

1 Aħna ninsabu fi żminijiet kritiċi. Taqbid ċivili, gwerer etniċi, diżastri naturali, u ġrajjiet oħra tal-​biżaʼ saru xi ħaġa komuni. Issa iktar minn qatt qabel, il-​familja umana għandha bżonn aħbar tajba. Madankollu, l-​apatija lejn l-​affarijiet spiritwali hija mifruxa. F’xi postijiet, jistaʼ jkun diffiċli li nsibu nies id-​dar u iktar diffiċli biex insibu nies li se jisimgħuna jew li jkunu jridu studju tal-​Bibbja. Minkejja dan, huwa vitali li nippersistu fl-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna stabbilita minn Alla.​—Mt. 24:14.

2 L-​Imħabba għan-​Nies: Lippridkar tagħna jiġbed l-​attenzjoni lejn l-​imħabba li Ġeħova għandu għan-​nies. “Ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-​indiema.” (2 Pt. 3:9; Eżek. 33:11) Għalhekk, hu ħareġ digriet li, bħalma qal Ġesù, “l-​ewwel trid tiġi pridkata l-​aħbar tajba fil-​ġnus kollha.” (Mk. 13:10) Alla jsejjaħ lin-​nies biex iduru lejh u jaħarbu mill-​ġudizzju li ġej fuq id-​dinja taʼ Satana. (Ġoel 2:​28, 29, 32; Sof. 2:​2, 3) M’aħniex grati li Ġeħova estenda din l-​opportunità għalina?​—1 Tim. 1:​12, 13.

3 Ir-​rapport taʼ madwar id-​dinja juri li matul is-​sena taʼ servizz 2004, medja taʼ 6,085,387 studju tal-​Bibbja kienu kondotti kull xahar, u medja taʼ madwar 5,000 dixxiplu ġdid ġew mgħammdin kull ġimgħa! Xi wħud minn dawn li għadhom kif tgħammdu nstabu permezz tal-​barka li Ġeħova tefaʼ fuq l-​isforzi persistenti tal-​pubblikaturi li għamlu ħilithom biex jitkellmu maʼ kulħadd fit-​territorji assenjati tagħhom. Kemm ipproduċa ferħ dan fil-​kongregazzjonijiet, u xi privileġġ huwa li tkun ħaddiem sħab m’Alla f’dan ix-​xogħol li jsalva l-​ħajjiet!​—1 Kor. 3:​5, 6, 9.

4 Infaħħru l-​Isem t’Alla: Aħna nippersistu fl-​ippridkar biex b’hekk inkunu nistgħu nfaħħru lil Ġeħova pubblikament u biex inqaddsu ismu quddiem il-​bnedmin kollha. (Ebr. 13:15) Satana qarraq “bl-​art abitata kollha” billi ġagħalhom jemmnu li Alla m’għandux il-​qawwa biex isolvi l-​problemi taʼ l-​umanità, li ma jimpurtahx mis-​sofferenzi tal-​bniedem, jew li sempliċement ma jeżistix. (Riv. 12:9) Bl-​ippridkar tagħna, aħna niddefendu l-​verità dwar Missierna tas-​sema li hu tant meraviljuż. Jalla nibqgħu nfaħħru lil ismu—issa u għal dejjem.​—Salm 145:​1, 2.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja