Għanja 169
Il-Għanja l-Ġdida
1. Għannu lill-Mulej il-għanja l-ġdida taʼ ferħ kbir;
Għidu dwar xogħ’l idu, li sar u għad isir.
Faħħru d-Driegħ qaddis għaliex b’lemintu nithennew;
F’ħarst il-bnedmin kollha huwa ġġudika sew.
(Kor)
2. Għannu bi kliem ġdid ’l Alla Jehovah kullimkien.
Tifħir ’l Alla għannu bil-ferħ ilkoll flimkien.
Lil Jehovah tuh tifħir mill-isbaħ għax fidil;
L-arpa, l-qarn u t-tromba jdoqqu ilkoll fi qbil.
(Kor)
3. Ħallu l-ilmijiet, l-ibħra w taʼ fihom ifaħħruh;
Ħallu ’l dawk fuq l-art tant tifħir ukoll jagħtuh.
Jifirħu l-għarar, iċapċpu x-xmajjar b’ħoss qegħdin;
L-għoljiet u l-muntanji jfaħħru ’l Alla f’kull ħin.
(KOR)
Kant ferħan
Ngħannu lkoll b’wiċċ daħqan!
L-għan hu dan:
Jehovah sar Sultan!