Għanja 108
Il-Kelma taʼ Jehovah Hi Leali
1. Sew bħalma x-xita tinżel mis-sema
U ġġiegħel l-art illi tagħti l-frott,
Hekk hu l-kliem li Jehovah jitkellem;
Jikseb suċċess, verità żgur irodd.
2. Ġożwè sew stqarr mal-ġens kbir taʼ Iżr’el
Li tjieba kbir’ Alla kien urieh.
Dak kollu li Jehovah kien wiegħed
Kollox kien seħħ; xejn bla mwettaq ħallieh.
3. Lill-poplu tiegħu Alla qalilhom
Li Kliemu ma jinbidilx b’xi mod.
“Bija stess naħlef,” hekk qal Jehovah.
Dan jagħti tama bħal ankra fis-sod.
4. Ċerti ilkoll minn dak li qal Alla.
Il-wegħdiet tiegħu se jseħħu żgur.
F’dik l-Ordni l-Ġdida li qed iħejji,
Ġieh lil Jehovah għax b’fedeltà jfur.