LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ba p. 3
  • Ktieb li Għandu Jinqara

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ktieb li Għandu Jinqara
  • Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Materjal Simili
  • Għala Għandek Taqra l-Bibbja?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Tagħlim Veru li Jogħġob lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Ktieb Għan-Nies Kollha
ba p. 3

Ktieb li Għandu Jinqara

“Il-​Bibbja ma tridx tittieħed bis-​serjetà.” Hekk qal professur taʼ l-​università lil waħda mara żagħżugħa taʼ żaqqha f’fommha.

“Int qatt qrajtha l-​Bibbja?” staqsietu.

Maħsud, il-​professur kellu jammetti li ma kienx qraha.

“Kif tistaʼ tesprimi konvinzjoni soda dwar ktieb li qatt ma qrajt?”

Kienet laqtet il-​musmar fuq rasu. Hu ddeċieda li jaqra l-​Bibbja u mbagħad jifforma opinjoni dwarha.

IL-​BIBBJA, komposta minn 66 ktieb, ġiet deskritta bħala li hija “probabbilment l-​iktar kollezzjoni influwenti taʼ kotba fl-​istorja umana.”1 Tabilħaqq, din influwenzat xi ftit mill-​aqwa arti, letteratura u mużika tad-​dinja. Kellha impatt sinjifikanti fuq il-​liġi. Ġiet imfaħħra għall-​istil letterarju tagħha u ġiet meqjusa bi stima kbira minn bosta individwi taʼ skola kbira. L-​effett li din għandha fuq il-​ħajjiet tan-​nies fil-​livelli kollha tas-​soċjetà kien u għadu partikolarment profond. Din ispirat grad rimarkevoli taʼ lealtà f’ħafna mill-​qarrejja tagħha. Xi wħud saħansitra ssograw li jinqatlu sempliċement biex jaqrawha.

Fl-istess ħin, hemm ċertu xettiċiżmu dwar il-​Bibbja. Hemm nies li għandhom opinjonijiet fissi dwarha għalkemm qatt ma qrawha personalment. Għandhom mnejn jirrikonoxxu l-​valur letterarju jew storiku tagħha, imma jirraġunaw: Kif qatt jistaʼ ktieb li nkiteb eluf taʼ snin ilu jkun relevanti f’din id-​dinja moderna? Aħna ngħixu fl-​“era taʼ l-​informazzjoni.” Informazzjoni aġġornata għall-​aħħar dwar il-​ġrajjiet kurrenti u t-​teknoloġija hija disponibbli faċilment. Pariri “esperti” fuq tistaʼ tgħid l-​isfidi kollha tal-​ħajja moderna jistgħu jinkisbu malajr. Tistaʼ l-​Bibbja tassew iġġorr informazzjoni li hija prattika llum?

Dan il-​brochure jagħmel mill-​aħjar biex iwieġeb dawn il-​mistoqsijiet. M’huwiex iddisinjat biex jimponi fuqek opinjonijiet jew twemmin reliġjużi, imma huwa intenzjonat biex juri li dan il-​ktieb influwenti storikament, il-​Bibbja, jistħoqqlu l-​konsiderazzjoni tiegħek. Rapport ippubblikat fl-​1994 innota li xi edukaturi huma konvinti li l-​Bibbja tant hija ankrata tajjeb fil-​kultura tal-​Punent li “kull min, kemm jekk jemmen u kemm jekk ma jemminx, m’huwiex familjari mat-​tagħlim u r-​rakkonti Bibliċi jkun illitterat kulturalment.”2

Jistaʼ jkun li, wara li tkun qrajt dak li ġie ppubblikat hawnhekk, se taqbel li​—kemm jekk wieħed hu reliġjuż u kemm jekk le—​il-Bibbja hija, minn taʼ l-​inqas, ktieb li għandu jinqara.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 3]

“Id-​dehen spiritwali tiegħi huwa dovut sempliċement għall-​qari taʼ ktieb.​—Ktieb? Iva, u huwa ktieb qadim sempliċi, modest daqs in-​natura nfisha, u daqstant naturali . . . U l-​isem taʼ dan il-​ktieb huwa sempliċement il-​ktieb, il-​Bibbja.”​—Heinrich Heine, kittieb Ġermaniż tas-​seklu 19.3

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja