LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/14 p. 3
  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Sofonija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Sofonija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Fittex lil Jehovah Qabel Jum il-Korla Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • ‘Ibqgħu Stennewni’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • “Tħallix Idejk Jintelqu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Jum il-Ħaqq taʼ Jehovah Qrib!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 7/14 p. 3

Ħu bħala mudell lill-profeti—Sofonija

1. X’kien l-​ambjent li fih Sofonija qeda bħala profeta, u hu kif inhu eżempju tajjeb għalina llum?

1 Kien madwar nofs is-​sebaʼ seklu QEK, u f’​Ġuda n-​nies kienu qed iqimu lil Bagħal bla ħabi taʼ xejn. Is-​sultan ħażin Amon kien għadu kif ġie maqtul, u issa kien qed jaħkem is-​sultan ċkejken Ġosija. (2 Kron. 33:21–34:1) Matul dan iż-​żmien, Ġeħova ħatar lil Sofonija biex jiddikjara l-​messaġġ Tiegħu taʼ ġudizzju. Għalkemm Sofonija għandu mnejn kien membru tad-​dar irjali taʼ Ġuda, hu ma ċekkinx il-​messaġġ taʼ kundanna taʼ Ġeħova lill-​ħakkiema taʼ Ġuda. (Sof. 1:1; 3:1-​4) B’mod simili, aħna nistinkaw biex nimitaw il-​kuraġġ taʼ Sofonija u nevitaw li nħallu r-​rabtiet tal-​familja jeffettwaw ħażin il-​qima tagħna lil Ġeħova. (Mt. 10:34-​37) Sofonija liema messaġġ iddikjara, u x’kienu r-​riżultati?

2. Liema azzjoni għandna nieħdu biex ninħbew f’jum ir-​rabja taʼ Ġeħova?

2 Fittex lil Ġeħova: Ġeħova biss jistaʼ jsalva lil individwi f’jum ir-​rabja tiegħu. Għalhekk, Sofonija ħeġġeġ lin-​nies taʼ Ġuda biex ifittxu lil Ġeħova, ifittxu s-​sewwa, u jfittxu li jkunu ġwejdin waqt li kien għad fadlilhom iż-​żmien. (Sof. 2:2, 3) L-​istess hu minnu fi żmienna. Bħal Sofonija, aħna ninkuraġġixxu lil oħrajn biex ifittxu lil Ġeħova, imma anki aħna għandna nieħdu azzjoni, billi nkunu determinati li qatt ma ‘nerġgħu lura milli nimxu wara Ġeħova.’ (Sof. 1:6) Minflok, aħna nfittxu lil Ġeħova billi nistudjaw il-​Kelma tiegħu bir-​reqqa u billi nitolbu għall-​gwida tiegħu. Infittxu s-​sewwa billi ngħixu ħajja nadifa moralment. Infittxu li nkunu ġwejdin billi nikkultivaw attitudni sottomessa u billi nkunu lesti li nwieġbu għad-​direzzjoni li tagħtina l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova.

3. Għala għandna nżommu attitudni pożittiva fil-​ministeru?

3 Riżultati pożittivi: Kien hemm xi wħud f’​Ġuda li ġew imqanqlin mill-​messaġġ taʼ ġudizzju taʼ Sofonija imma x’aktarx li l-​iktar wieħed li ġie mqanqal kien iċ-​ċkejken Ġosija, li beda jfittex lil Ġeħova waqt li kien għadu tifel. Ġosija iktar tard beda kampanja entużjasta kontra l-​idolatrija fil-​pajjiż. (2 Kron. 34:2-​5) Illum, għalkemm xi ftit miż-​żrieragħ tas-​Saltna jaqgħu fil-​ġenb tat-​triq, fuq il-​blat, jew qalb ix-​xewk, ftit minnhom jaqgħu wkoll fuq il-​ħamrija tajba u jagħmlu l-​frott. (Mt. 13:18-​23) Aħna fiduċjużi li Ġeħova se jkompli jbierek l-​isforzi tagħna hekk kif inkomplu nħabirku fit-​tixrid taż-​żrieragħ tas-​Saltna.—Salm 126:6.

4. Għala għandna ‘nibqgħu nistennew lil Ġeħova’?

4 Xi wħud f’​Ġuda ħassew li Ġeħova qatt ma kien se jieħu azzjoni. Madankollu, Ġeħova assigura lil kulħadd li l-​jum il-​kbir tiegħu kien fil-​qrib. (Sof. 1:12, 14) Dawk biss li stkennew fih kienu se jsalvaw. (Sof. 3:12, 17) Hekk kif ‘nibqgħu nistennew lil Ġeħova,’ jalla tkun l-​għaxqa tagħna li naqdu lill-​Alla l-​kbir tagħna flimkien mal-​aduraturi sħabna!—Sof. 3:8, 9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja