Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa oħra
Għala hu importanti: Ġeħova hu interessat fil-benesseri spiritwali tan-nies “f’kull ġens.” (Atti 10:34, 35) Għalhekk, Ġesù wera li l-aħbar tajba kellha tiġi ppritkata “fl-art abitata kollha” u “lill-ġnus kollha.” (Mt. 24:14) Żakkarija pprofetizza li nies “mill-ilsna kollha tal-ġnus” kienu se jilqgħu l-messaġġ. (Żak. 8:23) Skont il-viżjoni tal-appostlu Ġwanni, dawk li jgħaddu ħajjin mit-tribulazzjoni l-kbira se jinkludu individwi “minn kull ġens u tribù u poplu u lsien [jew, lingwa].” (Riv. 7:9, 13, 14) Meta nqisu dan kollu, naraw li meta niltaqgħu maʼ xi ħadd fit-territorju tagħna li jitkellem lingwa oħra, għandna nipprovaw nagħtuh xhieda.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Matul il-lejla tal-Qima Bħala Familja li jmiss, agħmel sessjoni taʼ prattika li fiha tagħti xhieda lil xi ħadd li ma jitkellimx il-lingwa tiegħek.