Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inħarrġu lil uħud ġodda
Għala hu importanti: Id-dixxipli ġodda taʼ Ġesù għandhom jitgħallmu josservaw “dak kollu” li kkmanda. Dan jinkludi li jgħallmu l-verità lil oħrajn. (Mt. 28:19, 20) Ħafna wħud ġodda diġà huma miktubin fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u għandhom mnejn diġà taw xhieda b’mod informali lill-membri tal-familja jew ħbieb. Madankollu, hekk kif isiru japprezzaw dak li qed jitgħallmu u jsiru jafu li Ġeħova jrid lil kulħadd jismaʼ l-aħbar tajba, għandhom mnejn jesprimu x-xewqa li jkunu jridu jieħdu sehem fil-ministeru tal-għalqa. (Rum. 10:13, 14) Wara li wħud ġodda jiġu approvati bħala pubblikaturi mhux mgħammda, taħriġ tajjeb se jgħinhom ikunu iktar kunfidenti hekk kif jagħmlu dan il-pass neċessarju fil-progress spiritwali tagħhom.—Lq. 6:40.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Aħdem fil-ministeru minn bieb għal bieb mal-istudent tiegħek, u ħudu fuq żjara lura jew studju tal-Bibbja. Jekk m’għandekx student, stieden lil pubblikatur b’inqas esperjenza biex jaħdem miegħek.