LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/15 pp. 3-8
  • Stinka biex issebbaħ il-ġenna spiritwali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Stinka biex issebbaħ il-ġenna spiritwali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • NIDENTIFIKAW LIL DAWK LI JAQDU FIT-​TEMPJU SPIRITWALI T’ALLA
  • ĠEĦOVA QED ISEBBAĦ L-​ORGANIZZAZZJONI TIEGĦU
  • KIF AĦNA NISTGĦU NGĦINU BIEX INSEBBĦU L-​ĠENNA SPIRITWALI
  • Ibqaʼ fil-Ġenna Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Għandek Għalxiex Tittama f’Ġenna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • X’Inhi l-Ġenna Spiritwali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/15 pp. 3-8
Oħt avvanzata fl-età turi r-ritratti tagħha tieħu sehem f’diversi aspetti tal-ministeru

Stinka biex issebbaħ il-​ġenna spiritwali

“Se nigglorifika l-​post taʼ saqajja.”—ISAIJA 60:13.

GĦANJIET: 102, 75

TISTAʼ TISPJEGA?

  • L-​aduraturi veri kollha taʼ Ġeħova, xi jridu jagħmlu?

  • X’inhi “l-​ġenna” li l-​appostlu Pawlu ra f’viżjoni?

  • Kif nistgħu nsebbħu l-​ġenna spiritwali?

1, 2. Fl-​Iskrittura Ebrajka, il-​frażi “banketta għal saqajja” għal xiex tistaʼ tirreferi?

ALLA ĠEĦOVA qal: “Is-​smewwiet it-​tron tiegħi, u l-​art il-​banketta għal saqajja.” (Isaija 66:1) Alla kien qed jitkellem dwar ‘il-​banketta għal saqajh’ ukoll meta qal: “Se nigglorifika l-​post taʼ saqajja.” (Isaija 60:13) Kif jigglorifika, jew isebbaħ, il-​banketta għal saqajh? U dan xi jfisser għal dawk li qed jgħixu fuq din il-​banketta, jiġifieri, fuq l-​art?

2 Fl-​Iskrittura Ebrajka, il-​frażi “banketta għal saqajja” ntużat ukoll biex tiddeskrivi t-​tempju tal-​qedem f’Iżrael. (1 Kronaki 28:2; Salm 132:7) It-​tempju kien sabiħ ħafna għal Ġeħova għax kien iċ-​ċentru tal-​qima vera. U kien jintuża biex jigglorifika lil Ġeħova fuq l-​art.

3. X’inhu ċ-​ċentru tal-​qima vera llum, u meta beda jeżisti?

3 X’inhu ċ-​ċentru tal-​qima vera llum? Mhuwiex xi bini bħalma kien it-​tempju. Hu tempju spiritwali, u dan jigglorifika lil Ġeħova iktar milli qatt setaʼ jagħmel kwalunkwe bini. X’inhu t-​tempju spiritwali? Hu l-​arranġament t’Alla li jagħmilha possibbli għall-​bnedmin biex isiru l-​ħbieb tiegħu u jqimuh. Huwa biss permezz tal-​fidwa taʼ Ġesù li dan l-​arranġament sar possibbli. Dan l-​arranġament beda fis-​sena 29 wara Kristu (WK) meta Ġesù tgħammed u ġie midluk bħala l-​Qassis il-​Kbir tat-​tempju spiritwali taʼ Ġeħova.—Ebrej 9:11, 12.

In-nies taʼ Ġeħova għandhom ifaħħruh issa stess

4, 5. (a) L-​aduraturi veri taʼ Ġeħova xi jridu jagħmlu skont Salm 99? (b) Liema mistoqsija għandna nsaqsu lilna nfusna?

4 Aħna tassew grati għall-​arranġament t’Alla għall-​qima vera. Nuru l-​gratitudni tagħna billi ngħidu lil oħrajn dwar l-​isem taʼ Ġeħova u l-​għotja tal-​għaġeb tiegħu tal-​fidwa. Aħna eċċitati li hemm iktar minn tmien miljun Kristjan veru li qed ifaħħru lil Ġeħova kuljum! Filwaqt li ħafna nies reliġjużi b’mod żbaljat jaħsbu li se jfaħħru lil Alla fis-​sema wara li jmutu, in-​nies taʼ Ġeħova jafu kemm hu importanti li jfaħħruh issa stess.

5 Meta nfaħħru lil Ġeħova, inkunu qed nimitaw l-​eżempju tal-​qaddejja leali t’Alla li jissemmew f’​Salm 99:1-3, 5-7. (Aqra.) Irġiel leali bħal Mosè, Aron, u Samwel appoġġaw għalkollox l-​arranġament t’Alla għall-​qima vera fl-​imgħoddi. Illum il-​ġurnata, qabel ma l-​midlukin fuq l-​art jibdew jaqdu maʼ Ġesù bħala qassisin fis-​sema, huma b’lealtà jaqdu lil Ġeħova fil-​parti tat-​tempju spiritwali fuq l-​art. Miljuni taʼ “nagħaġ oħrajn” b’lealtà jgħinuhom. (Ġwanni 10:16) Iż-​żewġ gruppi jqimu lil Ġeħova f’unità. Però, għandna nsaqsu lilna nfusna mistoqsija persunali, ‘Jien qed nappoġġa għalkollox l-​arranġament t’Alla għall-​qima vera?’

NIDENTIFIKAW LIL DAWK LI JAQDU FIT-​TEMPJU SPIRITWALI T’ALLA

6, 7. (a) Liema problema tfaċċat fil-​kongregazzjoni Kristjana tal-​bidu? (b) X’ġara sal-​1919?

6 Inqas minn 100 sena wara li ġiet stabbilita l-​kongregazzjoni Kristjana, tfaċċat l-​apostasija, bħalma kien ġie mbassar. (Atti 20:28-​30; 2 Tessalonikin 2:3, 4) Wara dak iż-​żmien, sar iktar u iktar diffiċli biex jiġu identifikati l-​aduraturi veri t’Alla. Għaddew 1,800 sena qabel ma Ġeħova uża lil Ġesù, li kien għadu kif ġie maħtur bħala Sultan, biex jidentifika min verament kien qed jaqdi lil Alla fit-​tempju spiritwali Tiegħu.

7 Sas-​sena 1919, dawk li kienu approvati minn Alla u li kienu qed jaqdu fit-​tempju spiritwali tiegħu kienu ġew identifikati b’mod ċar. Kienu għamlu aġġustamenti ħalli l-​qima tagħhom tkun saħansitra iktar aċċettabbli għal Ġeħova. (Isaija 4:2, 3; Malakija 3:1-​4) Għalhekk, bdiet titwettaq viżjoni li kellu l-​appostlu Pawlu ħafna mijiet taʼ snin qabel.

8, 9. X’inhi “l-​ġenna” li ra Pawlu f’viżjoni?

8 Il-​viżjoni taʼ Pawlu tiġi deskritta fit-​2 Korintin 12:1-4. (Aqra.) F’dik il-​viżjoni, Ġeħova wera lil Pawlu xi ħaġa li kienet se teżisti fil-​futur. Imma x’inhi “l-​ġenna” li ra Pawlu? Din il-​ġenna tirreferi għal tliet affarijiet differenti. Tirreferi għall-​Ġenna letterali li daqt se jkun hawn fuq l-​art. (Luqa 23:43) Tirreferi wkoll għall-​ġenna spiritwali li se titgawda bis-​sħiħ fid-​dinja l-​ġdida. U minbarra dan, tirreferi għall-​“ġenna t’Alla,” jiġifieri, il-​privileġġ meraviljuż taʼ li wieħed ikun fil-​preżenza taʼ Ġeħova fis-​sema.—Rivelazzjoni 2:7.

9 Iżda, Pawlu għala qal li kien “semaʼ kliem li ma jitlissinx u li skond il-​liġi ebda bniedem ma jistaʼ jgħidu”? Għax kien għadu mhux il-​waqt biex jispjega bid-​dettall l-​affarijiet rimarkevoli li kien ra fil-​viżjoni. Imma llum, Ġeħova jħallina ngħidu lil oħrajn dwar il-​barkiet li n-​nies tiegħu qed igawdu issa stess!

10. Il-​ġenna spiritwali u t-​tempju spiritwali għala mhumiex l-​istess ħaġa?

10 Spiss nitkellmu dwar il-​ġenna spiritwali, imma x’inhi eżattament? Hi atmosfera, jew, kundizzjoni speċjali taʼ paċi li Alla jagħti lin-​nies tiegħu. Allura l-​ġenna spiritwali u t-​tempju spiritwali mhumiex l-​istess ħaġa. It-​tempju spiritwali hu l-​arranġament t’Alla għall-​qima vera. Il-​ġenna spiritwali tidentifika b’mod ċar lil dawk li huma approvati minn Alla u li jqimuh fit-​tempju spiritwali tiegħu.—Malakija 3:18.

11. Liema privileġġ għandna llum?

11 Kemm hu eċċitanti li nkunu nafu li sa mill-​1919, Ġeħova ħalla lil bnedmin imperfetti jikkultivaw, isaħħu, u jkabbru l-​ġenna spiritwali. Qed tgħin int f’dan ix-​xogħol mill-​isbaħ? Tapprezza l-​privileġġ li taħdem maʼ Ġeħova biex tigglorifikah fuq l-​art?

ĠEĦOVA QED ISEBBAĦ L-​ORGANIZZAZZJONI TIEGĦU

12. It-​twettiq taʼ Isaija 60:17 minn xiex jikkonvinċina? (Ara l-​ewwel stampa.)

12 Il-​profeta Isaija bassar li ħafna bidliet u aġġustamenti tal-​għaġeb kienu se jseħħu fil-​parti tal-​organizzazzjoni t’Alla fuq l-​art. (Aqra Isaija 60:17.) Kristjani li għadhom żgħar jew li huma ġodda qraw biss jew semgħu biss dwar dawn l-​affarijiet. Imma hemm ħafna aħwa rġiel u nisa li kellhom il-​privileġġ li jesperjenzaw dawn l-​aġġustamenti tal-​għaġeb! Dawn il-​qaddejja leali huma konvinti li Alla qed juża s-​Sultan tagħna, Ġesù, biex jiggwida u jidderieġi l-​organizzazzjoni Tiegħu! Meta nisimgħu l-​esperjenzi taʼ dawn il-​Kristjani għeżież, il-​fidi u l-​fiduċja tagħna f’Ġeħova se jissaħħu.

Il-ġenna spiritwali tirreferi għall-atmosfera speċjali taʼ paċi fost il-Kristjani llum

13. Skont Salm 48:12-​14, x’għandna nagħmlu?

13 Il-​Kristjani veri kollha għandhom jgħidu lil oħrajn dwar l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Hu miraklu li għalkemm ngħixu fid-​dinja mill-​agħar taʼ Satana, għandna fratellanza paċifika u magħquda! B’ferħ irridu ngħidu “lill-​ġenerazzjoni tal-​futur” dwar l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, jiġifieri Sijon, u dwar il-​ġenna spiritwali!—Aqra Salm 48:12-14.

14, 15. Liema aġġustamenti saru wara l-​1970, u l-​organizzazzjoni kif ibbenefikat?

14 Ħafna wħud akbar fl-​età fil-​kongregazzjonijiet tagħna esperjenzaw aġġustamenti li sebbħu l-​parti tal-​organizzazzjoni t’Alla fuq l-​art. Huma jiftakru meta l-​kongregazzjonijiet kellhom qaddej tal-​kongregazzjoni minflok ġemgħa tal-​anzjani, meta l-​pajjiżi kellhom qaddej tal-​fergħa minflok Kumitat tal-​Fergħa, jew meta l-​president tal-​Watch Tower Society kien jagħti d-​direzzjoni minflok il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Avolja dawn l-​aħwa kollha kellhom assistenti leali, xorta waħda individwu wieħed bażikament kien responsabbli biex jieħu d-​deċiżjonijiet fil-​kongregazzjonijiet, fl-​uffiċċji tal-​fergħa, jew fil-​kwartieri ġenerali. Wara l-​1970, saru aġġustamenti sabiex gruppi t’anzjani jkollhom ir-​responsabbiltà li jieħdu d-​deċiżjonijiet minflok individwu wieħed.

15 Dawn l-​aġġustamenti għala kienu taʼ benefiċċju għall-​organizzazzjoni? Għax kienu bbażati fuq fehma aħjar tal-​Iskrittura. Minflok ma jkun hemm individwu wieħed li jieħu d-​deċiżjonijiet kollha, l-​organizzazzjoni tibbenefika mill-​kwalitajiet tajbin tal-​anzjani kollha, li huma “rġiel bħala għotjiet” mingħand Ġeħova.—Efesin 4:8; Proverbji 24:6.

Raġel żagħżugħ jieħu fuljett minn stand tal-letteratura, jidħol fil-Websajt jw.org, u jistudja l-Bibbja

Ġeħova qed jagħti lin-nies madwar id-dinja kollha l-gwida li għandhom bżonn fil-ħajja (Ara paragrafi 16, 17)

16, 17. Liema aġġustamenti reċenti impressjonawk, u għala?

16 Aħseb dwar ftit mill-​aġġustamenti li kellna fil-​letteratura tagħna dan l-​aħħar. Aħna nieħdu pjaċir noffru letteratura t’għajnuna u li tiġbed l-​għajn meta nkunu fil-​ministeru. Aħseb ukoll dwar kif nużaw teknoloġija ġdida biex inxandru l-​aħbar tajba. Pereżempju, il-​Websajt jw.org tilħaq lil ħafna iktar nies ħalli jkunu jistgħu jirċievu l-​għajnuna li tassew jeħtieġu. F’dawn l-​aġġustamenti kollha, naraw l-​interess profond li Ġeħova għandu fin-​nies u naraw l-​imħabba li għandu għalihom.

Aħna grati għat- taħriġ li nirċievu mill-ħafna skejjel Bibliċi li għandna

17 Napprezzaw ukoll l-​aġġustamenti li saru fil-​laqgħat tagħna ħalli jkollna l-​ħin għall-​qima bħala familja jew għall-​istudju persunali. U napprezzaw il-​bidliet li saru fil-​programmi tal-​assembleat u l-​konvenzjonijiet tagħna. Donnu minn sena għal sena jmissulna qalbna iktar! Aħna grati wkoll għat-​taħriġ li nirċievu mill-​ħafna skejjel Bibliċi li għandna. F’dawn l-​aġġustamenti kollha, jidher ċar daqs il-​kristall li Ġeħova qed jidderieġi l-​organizzazzjoni tiegħu u li qed ikompli jsebbaħ il-​ġenna spiritwali!

KIF AĦNA NISTGĦU NGĦINU BIEX INSEBBĦU L-​ĠENNA SPIRITWALI

18, 19. Kif nistgħu ngħinu biex insebbħu l-​ġenna spiritwali?

18 Ġeħova tana l-​privileġġ li ngħinu biex insebbħu l-​ġenna spiritwali tagħna. Imma kif nistgħu nagħmlu dan? Billi b’żelu nippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna u nagħmlu iktar dixxipli. Kull darba li ngħinu lil xi ħadd isir qaddej t’Alla, inkunu qed ngħinu biex il-​ġenna spiritwali tikber.—Isaija 26:15; 54:2.

19 Ukoll, nistgħu ngħinu biex insebbħu l-​ġenna spiritwali meta nistinkaw ħalli ntejbu l-​personalità Kristjana tagħna. Dan jgħin biex il-​ġenna spiritwali tkun iktar attraenti għal ħaddieħor. Normalment, ma jkunx biss l-​għarfien li għandna tal-​Bibbja li l-​ewwel jiġbed lin-​nies lejn l-​organizzazzjoni u mbagħad lejn Ġeħova u Ġesù imma l-​kondotta nadifa u paċifika tagħna.

Raġel żagħżugħ jattendi laqgħa, iwieġeb waqt il-laqgħa, u jitgħammed

Int tistaʼ tgħin biex il-ġenna spiritwali tikber (Ara paragrafi 18, 19)

20. Skont Proverbji 14:35, x’għandha tkun ix-​xewqa tagħna?

20 Min jaf kemm jieħdu gost Ġeħova u Ġesù meta jaraw il-​ġenna spiritwali tagħna llum! Il-​ferħ li nħossu issa għax qed insebbħuha hu biss eżempju żgħir tal-​ferħ li se nħossu iktar ’il quddiem meta naħdmu biex inbiddlu l-​art f’ġenna letterali. Dejjem għandna niftakru l-​kliem taʼ Proverbji 14:35, li jgħid: “Sultan jieħu pjaċir b’qaddej li qed jaġixxi bid-​dehen.” Ejja nkunu għaqlin hekk kif nistinkaw biex insebbħu l-​ġenna spiritwali!

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • “Il-banketta għal saqajn Alla”: Din l-espressjoni tirreferi għall-art. Tintuża wkoll biex tiddeskrivi t-tempju tal-qedem f’Ġerusalemm

  • Tempju spiritwali: L-arranġament taʼ Ġeħova li jagħmilha possibbli għalina biex inqimuh b’tali mod li hu aċċettabbli għalih

  • Ġenna spiritwali: Il-paċi u l-unità li Alla jagħtina fl-organizzazzjoni tiegħu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja