GĦANJA 114
“Kunu paċenzjużi”
1. Ġeħova juri żelu
Għal ismu kbir u tant qaddis.
Jixtieq hu b’ħeġġa kbira
Inaddfu sew minn kull tinġis.
Tant ilu jissaporti,
Sa mill-eqdem żminijiet.
Paċenzja kbira juri;
Jistabar hu m’għejiex.
Jixtieq li in-nies kollha
Jobduh ħalli jsalvaw fit-tmiem.
Paċenzja kollha mħabba,
Min-naħa tiegħu mhux dewmien.
2. Biex dejjem nogħġbu ’l Alla
Hemm bżonn paċenzja lkoll nużaw.
B’hekk nibqgħu kalmi f’qalbna
U ma ngħaġġlux biex nirrabjaw.
F’oħrajn naraw it-tajjeb,
Nittamaw dejjem fl-aħjar.
Dan jgħinna nibqgħu sodi
Fi żmien taʼ provi kbar.
Flimkien m’aspetti oħra
Tal-frott tal-ispirtu qaddis,
Se tgħinna il-paċenzja
Biex nixbhu ’l-kbir Alla l-għażiż.
(Ara wkoll Eżo. 34:14; Is. 40:28; 1 Kor. 13:4, 7; 1 Tim. 2:4.)