LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 1/8 p. 3
  • Pijunieri fil-Mediċina

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pijunieri fil-Mediċina
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Tkompli Tiżdied il-Ħtieġa għal Mediċina u Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—2000
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • It-​Tobba Jikkunsidraw mill-​Ġdid il-​Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—1998
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiħdux Demm?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 1/8 p. 3

Pijunieri fil-​Mediċina

FL-​ETÀ taʼ 61 sena, José, Belġjan mill-​belt ċkejkna taʼ Oupeye, intqallu li kellu bżonn trapjant tal-​fwied. “Kienet l-​akbar qatgħa taʼ ħajti,” jgħid hu. Daqs erbgħin sena ilu, it-​trapjanti tal-​fwied lanqas biss kont timmaġinahom. Anki fis-​snin 70, ir-​rata taʼ sopravivenza kienet taʼ xi 30 fil-​mija biss. Madankollu, illum it-​trapjanti tal-​fwied isiru b’mod regulari, u r-​rata taʼ suċċess hija ħafna akbar.

Imma xorta għad hemm żvantaġġ kbir. Peress li fit-​trapjanti tal-​fwied taʼ spiss jintilef ħafna demm, ġeneralment it-​tobba jagħtu t-​trasfużjonijiet tad-​demm waqt l-​operazzjoni. Minħabba l-​konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu, José ma riedx demm. Imma t-​trapjant tal-​fwied riedu. Impossibbli? Hekk jistgħu jaħsbu xi wħud. Imma l-​kirurgu ewlieni ħass li hu u l-​kollegi tiegħu kellhom ċans tajjeb li joperaw b’suċċess mingħajr demm. U eżatt hekk għamlu! Ħamsa u għoxrin jum biss wara l-​operazzjoni tiegħu, José mar lura d-​dar fejn martu u bintu.a

Grazzi għall-​abbiltajiet taʼ dawk li r-​rivista Time issejħilhom “eroj tal-​mediċina,” il-​mediċina u l-​kirurġija mingħajr demm issa saret komuni iktar minn qatt qabel. Imma għala hija mfittxija daqshekk? Biex inwieġbu din il-​mistoqsija, ejja neżaminaw l-​istorja mimlija konflitti tat-​trasfużjonijiet tad-​demm.

[Nota taʼ taħt]

a Ix-Xhieda taʼ Jehovah jqisu l-​operazzjonijiet tat-​trapjanti taʼ l-​organi bħala kwistjoni taʼ kuxjenza individwali.

[Stampa f’paġna 3]

Mad-​dinja kollha, bħalissa hemm iktar minn 90,000 tabib li ddikjara li hu lest illi jagħti kura mingħajr demm lix-​Xhieda taʼ Jehovah

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja