LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/11 p. 18
  • Għandek Miri Realistiċi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Miri Realistiċi?
  • Stenbaħ!—2011
  • Materjal Simili
  • Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ħobb lin-Nies, Mhux il-Flus u l-Ġid Materjali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Prosperità Vera fid-Dinja l-Ġdida t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ibbenefika Billi Tirsisti għal Valuri Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2011
g 4/11 p. 18

Għandek Miri Realistiċi?

● Xi trid tikseb mill-​ħajja? Għandek stennijiet raġunevoli, jew toħlom dwar affarijiet li jmorru lil hinn mill-​abbiltà jew il-​mezzi tiegħek? Wieħed li osserva bir-​reqqa n-​natura umana ta dan il-​parir għaqli: “Aħjar tara b’għajnejk milli ssiefer bil-​ħsieb. Imma dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.”—Koħèlet 6:9, Għaqda Biblika Maltija.

Dak ‘li naraw b’għajnejna’ jirreferi għaċ-​ċirkustanzi u r-​realtajiet preżenti tagħna. M’għandniex xi ngħidu, m’hemm xejn ħażin jekk nipprovaw intejbu ħajjitna. Madankollu, il-​punt li l-​Bibbja trid toħroġ hu li l-​għorrief ma jiġrux wara miri mhux realistiċi. Dawn jistgħu jkunu l-​fama, l-​għana, is-​sieħeb jew is-​sieħba ideali fiż-​żwieġ, jew is-​saħħa perfetta.

Iktar minn hekk, dawk li jilħqu ċerta mira, bħalma hu l-​għana materjali, għandhom mnejn xorta jixxennqu għal iktar. “Min iħobb il-​fidda ma jixbax bil-​fidda, u lanqas min iħobb l-​għana ma jixbaʼ bid-​dħul. Dan ukoll frugħa,” tgħid il-​Bibbja bla tlaqliq. (Ekkleżjasti 5:10) Għalhekk, dawk li huma għorrief spiritwalment jipprovaw jikkuntentaw b’dak li għandhom, dak ‘li jaraw b’għajnejhom.’ Iva, huma jirrikonoxxu din il-​verità: “Ma ġibna xejn magħna fid-​dinja, u ma nistgħu nieħdu xejn.”—1 Timotju 6:7.

Il-​bnedmin huma magħmulin b’tali mod li jiksbu l-​akbar hena meta jissodisfaw il-​bżonnijiet spiritwali tagħhom. (Mattew 5:3) Kif nistgħu nagħmlu dan? Ġesù Kristu qal: “Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.” (Mattew 4:4) Dan il-​kliem prezzjuż insibuh fil-​Bibbja, u hu disponibbli għal kulħadd.

Eżempju taʼ dan insibuh f’Salm 37:4. Dan jgħid: “Tgħaxxaq b’Ġeħova bil-​kbir, u hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.” Bħala Alla li Jistaʼ Kollox, Ġeħova se jagħti lill-​aduraturi leali tiegħu affarijiet li ebda uman ma jistaʼ jagħti: saħħa perfetta, sigurtà materjali, u ħajja taʼ dejjem f’Ġenna fuq l-​art. (Luqa 23:43; Rivelazzjoni 21:3, 4) Aħna nkunu realistiċi jekk nafdaw f’dan il-​kliem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja